This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1785
Commission Regulation (EC) No 1785/2006 of 4 December 2006 laying down rules for the management and distribution of textile quotas established for the year 2007 under Council Regulation (EC) No 517/94
Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1785/2006 ta' l- 4 ta' Diċembru 2006 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2007 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94
Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1785/2006 ta' l- 4 ta' Diċembru 2006 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2007 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94
ĠU L 337, 5.12.2006, p. 5–11
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 377–383
(MT)
In force
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
377 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) 1785/2006
ta' l-4 ta' Diċembru 2006
li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2007 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' importazzjoni speċifiċi tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi biex jiġu allokati fuq bażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel. |
(2) |
Taħt dak ir-Regolament huwa possibbli, li f'ċerti ċirkustanzi, jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, biex jinqasmu l-kwoti f'qatgħat, jew biex jiġi riżervat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklussivament għall-applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment ta' l-importazzjoni fl-imgħoddi. |
(3) |
Ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti stabbiliti fl-2007 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota biex b'hekk il-kontinwità tal-kummerċ tibqa' għaddejja u ma tiġix affettwata għalxejn. |
(4) |
Il-miżuri adottati fis-snin ta' qabel, bħal dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2038/2005 li jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2006 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2007. |
(5) |
Sabiex jissodisfa l-akbar numru possibbli ta' operaturi huwa xieraq li l-metodu ta' allokazzjoni ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel”, għandu jsir iktar flessibbli billi jitpoġġa l-ogħla limitu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jiġu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu. |
(6) |
Biex jiġi garantit grad ta' kontinwità fil-kummerċ u amministrazzjoni effiċenti tal-kwota, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-ewwel applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għall-2007 ekwivalenti għall-kwantità li impurtaw fl-2006. |
(7) |
Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża ta' l-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplikka għal ammont ieħor, sakemm il-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti. |
(8) |
Għall-fini ta' amministrazzjoni soda, l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data li jinħarġu iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u biss jekk l-operatur jista' jipprova l-eżistenza ta' kuntratt u jista' jiċċertifika, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li hu għadu ma ġiex allokat awtorizzazzjoni ta' importazzjoni tal-Komunità taħt dan ir-Regolament għall-kategoriji u pajjiżi kkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandhom, madankollu jkunu awtorizzati, bi tweġiba għall-applikazzjonijiet ta' l-importaturi, jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2008, liċenzji li minnhom ta' l-anqas nofshom ikunu ntużaw sad-data ta' l-applikazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistipula r-regoli tal-ġestjoni ta' kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili stabbiliti fl-Anness III B u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 għas-sena 2007.
Artikolu 2
Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu allokati kronoloġikament skond meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri ta' l-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantità massima għal kull operatur kif imniżżel fl-Anness I.
Il-kwantitajiet massimi m'għandhomx, madankollu, japplikaw għal operaturi li jkunu kapaċi jagħtu prova lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2007, li, fir-rigward ta' kategoriji partikolari u pajjiżi terzi partikolari, importaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skond il-liċenzji ta' importazzjoni mogħtija lilhom għall-2006.
Fil-każ ta' operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2006 minn pajjiżi terzi partikolari u f'kategoriji partikolari, sakemm ikun hemm biżżejjed kapaċità ta' kwota disponibbli.
Artikolu 3
Kwalunkwe importatur li diġà uża 50 % jew aktar mill-ammont allokat għalih skond dan ir-Regolament jista' jagħmel applikazzjoni oħra, fil-konfront ta' l-istess kategorija u pajjiż ta' oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-massimu tal-kwantitajiet stipulati fl-Anness I.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti elenkati fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta' fil-għodu ta' l-4 ta' Jannar 2007, javżaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta' awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni.
Iż-żmien stabbilit fl-ewwel sottoparagrafu għandu jiġi mifhum bħala l-ħin ta' Brussell.
2. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 li l-kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni.
Huma għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:
(a) |
jgħati provi ta' l-eżistenza ta' kuntratt li għandu x'jaqsam mal-forniment ta' l-oġġetti u, |
(b) |
jiċċertifika bil-miktub li, fil-konfront tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:
|
3. Awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ, iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.
L-awtoritjiet nazzjonali kompetenti jistgħu madankollu fuq talba ta' l-importatur jagħtu estensjoni ta' tliet xhur għall-awtorizzazzjonijiet li jkunu ta' l-inqas 50 % użati fil-ħin tat-talba. Estensjoni bħal din ma għandha qatt tiskadi aktar tard mill-31 ta' Marzu 2008.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament ser jorbot fl-intier tiegħu u ser japplika direttamentfl-Istati Membri kollha
Magħmul fi Brussell, 4 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 931/2005 (ĠU L 162, 23.6.2005, p. 37).
(2) ĠU L 328, 15.12.2005, p. 27.
ANNESS I
Ammonti massimi msemmija fl-Artikoli 2 u 3
Pajjiż ikkonċernat |
Kategorija |
Unità |
Ammont massimu |
Il-Korea ta' Fuq |
1 |
Kilogrammi |
10 000 |
2 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
3 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
4 |
Biċċiet |
10 000 |
|
5 |
Biċċiet |
10 000 |
|
6 |
Biċċiet |
10 000 |
|
7 |
Biċċiet |
10 000 |
|
8 |
Biċċiet |
10 000 |
|
9 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
12 |
Pari |
10 000 |
|
13 |
Biċċiet |
10 000 |
|
14 |
Biċċiet |
10 000 |
|
15 |
Biċċiet |
10 000 |
|
16 |
Biċċiet |
10 000 |
|
17 |
Biċċiet |
10 000 |
|
18 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
19 |
Biċċiet |
10 000 |
|
20 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
21 |
Biċċiet |
10 000 |
|
24 |
Biċċiet |
10 000 |
|
26 |
Biċċiet |
10 000 |
|
27 |
Biċċiet |
10 000 |
|
28 |
Biċċiet |
10 000 |
|
29 |
Biċċiet |
10 000 |
|
31 |
Biċċiet |
10 000 |
|
36 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
37 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
39 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
59 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
61 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
68 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
69 |
Biċċiet |
10 000 |
|
70 |
Biċċiet |
10 000 |
|
73 |
Biċċiet |
10 000 |
|
74 |
Biċċiet |
10 000 |
|
75 |
Biċċiet |
10 000 |
|
76 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
77 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
78 |
Kilogrammi |
5 000 |
|
83 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
87 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
109 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
117 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
118 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
142 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
151A |
Kilogrammi |
10 000 |
|
151B |
Kilogrammi |
10 000 |
|
161 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
Ir-Repubblika tal-Montenegro, il-Kosovo (1) |
1 |
Kilogrammi |
20 000 |
2 |
Kilogrammi |
20 000 |
|
2a |
Kilogrammi |
10 000 |
|
3 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
5 |
Biċċiet |
10 000 |
|
6 |
Biċċiet |
10 000 |
|
7 |
Biċċiet |
10 000 |
|
8 |
Biċċiet |
10 000 |
|
9 |
Kilogrammi |
10 000 |
|
15 |
Biċċiet |
10 000 |
|
16 |
Biċċiet |
10 000 |
|
67 |
Kilogrammi |
10 000 |
(1) Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999.
ANNESS II
Lista ta' uffiċċji tal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 4
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
|