This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1758
Council Regulation (EC) No 1758/2006 of 22 May 2006 concerning the implementation of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and Malaysia pursuant to Article XXIV:6 and Article XXVIII of the General Agreement on Tariffs and Trade (GATT) 1994 relating to the modification of concessions in the schedules of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia and the Slovak Republic in the course of their accession to the European Union and amending Annex I to Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1758/2006 tat- 22 ta’ Mejju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1758/2006 tat- 22 ta’ Mejju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
ĠU L 335, 1.12.2006, p. 1–2
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 239–240
(MT)
In force
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
239 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1758/2006
tat-22 ta’ Mejju 2006
dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) li jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u li jiffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni 2006/862/KE tat-22 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi bil-ħsieb li jingħalqu n-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. |
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat għaldaqstant, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Parti Tnejn “Skeda ta' dazji doganali” ta' l-Anness I għal Regolament (KEE) Nru 2658/87, għandha tiġi emendata kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 22 ta’ Mejju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PRÖLL
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 838/2006 (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 1).
(2) Ara paġna 242 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet qed ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bl-użu tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu waqt l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Fejn jiġu indikati kodiċi ex NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.
F' Parti Tnejn “Skeda ta' dazji doganali” ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ir-rati tad-dazju li ġejjin għandhom japplikaw għall-perijodu indikat:
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Rata ta’ dazju |
“1511 90 19 |
Frazzjonijiet solidi ta’ żejt tal-palm, kemm jekk raffinat jew le, iżda li mhux kimikament modifikat, f’pakketti ta’ > 1kg |
Rata applikata ta’ 10,0 % (*) |
8525 40 99 |
Kameras tal-vidjoreġistrazzjoni oħrajn għajr dawk li jistgħu biss jirreġistraw il-ħoss u l-immaġni meħuda bil-‘kamera’ tat-televiżjoni |
Implimentata permezz tar-Regolament (KE) 2114/2005 |
(*) Ir-rata inferjuri applikata indikata hawn fuq għandha tiġi applikata għal tliet snin jew sa meta l-implimentazzjoni tar-riżultati tar-Rawnd ta’ l-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp tilħaq il-livell tariffarju ta’ hawn fuq, kwalunkwe minnhom tiġi l-ewwel.”