Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1446

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1446/2006 tad- 29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l- Enterococcus faecium (Biomin IMB52) bħala addittiv fl-għalf Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 271, 30.9.2006, p. 25–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 248–250 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1446/oj

    1.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    248


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1446/2006

    tad-29 ta' Settembru 2006

    rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l- Enterococcus faecium (Biomin IMB52) bħala addittiv fl-għalf

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium (Biomin IMB52), addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    Il-metodu ta’ analiżi inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 rigward id-determinazzjoni tas-sustanza attiva ta’ l-addittiv fl-għalf. Għalhekk il-metodu ta’ analiżi msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament ma għandux jinftiehem bħala l-metodu ta’ analiżi tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali u r-regoli tal-benesseri ta’ l-annimali (2).

    (5)

    L-użu tal-preparazzjoni Enterococcus faecium DSM 3530 kienet diġà awtorizzata għall-għoġla sa l-età ta’ 6 xhur mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ġodda u użi ta’ addittivi fi għalf (3). Ġiet sottomessa data ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tiġieġ tat-tismin. Fil-valutazzjoni tagħha, l-Awtorità għas-Sigurtà Alimentari (‘l-Awtorità’) tikkonkludi li s-sigurtà ta’ dan l-addittiv għall-konsumatur, l-utent u l-ambjent diġà ġiet stabbilita u mhux se tinbidel bl-użu ġdid propost. Tikkonkludi ulterjorment, li l-użu tal-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq din il-kategorija supplimentari ta’ l-annimali u li l-użu ta’ din il-preparazzjoni tista’ ttejjeb il-parametri żootekniċi fit-tiġieġ għat-tismin. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri addattati għas-sigurtà ta’ l-utent. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittiv fl-għalf, f’għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

    (2)  ĠU L 165, 30.4.2004. kif korretta bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3)

    (3)  ĠU L 62, 2.3.2001, p. 3.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

    Isem ta’ min għandu l-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    (Isem kummerċjali)

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta’ annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

    4b1850

    Biomin GmbH

    Enterococcus faecium DSM 3530

    (Biomin IMB52)

     

    Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

    Enterococcus faecium DSM 3530 b’kontenut minimu ta’ 1.0x1011 CFU/g preparazzjoni ta’ addittiv

    Trab tal-ħalib xkumat (grad ta’ l-ikel) 10 +/- 5 %

    Glukożju 15 +/- 5 %

    Xaħmijiet Idroġenati (grad ta’ l-ikel) 50 +/- 5 %

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Koltura pura ta’ mikro-organiżmi vijabbli (batterja ta’ aċidu lattiku Enterococcus faecium DSM 3530)

     

    Metodu analitiku  (1)

    Metodu ta’ enumerazzjoni bi pjanċi għad-diffużjoni ta' bile esculin azide agar.

    Tiġieġ għat-tismin

    5 × 108

    2,5 × 109

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

    L-użu huwa permess f’għalf li jkun fih il-coccidiostats permessi: sodju monensin jew narsin-nicarbazin

    Għas-sigurtà ta’ l-utent: sistemi għall-ħarsien tan-nifs matul l-immaniġġjar u nuċċali tas-sigurtà

    10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament'


    (1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/


    Top