Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1204

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1204/2006 tad- 9 ta' Awwissu 2006 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1899/2005 dwar il-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

    ĠU L 219, 10.8.2006, p. 5–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 160–161 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1204/oj

    1.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    160


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1204/2006

    tad-9 ta' Awwissu 2006

    li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1899/2005 dwar il-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1899/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Federazzjoni Russa (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffirmaw ftehim dwar kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar fit-3 ta’ Novembru 2005 (2) (“il-Ftehim”).

    (2)

    L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jipprevedi li kwantitajiet mhux użati f’sena speċifika jistgħu jinġarru għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 7 % tal-limitu relevanti kwantitattiv imsemmi fl-Anness II tal-Ftehim.

    (3)

    Skond l-Artikolu 3(4) tal-Ftehim, jistgħu jsiru trasferimenti bejn gruppi ta’ prodotti sa 7 % tal-limitu kwantitattiv ta’ grupp ta’ prodott speċifiku u trasferimenti bejn kategoriji ta’ prodott jistgħu jsiru sa massimu ta’ 25 000 tunnellata.

    (4)

    Ir-Russja għarrfet lill-Komunità bl-intenzjoni tagħha li tuża d-dispozizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(3) u (4) fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-Ftehim. B’riżultat tat-talba Russa, huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2006.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru. 1899/2005 għandu jkun emendat skond dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2006 msemmija fl-Anness V għar-Regolament (KE) 1899/2005 jinbidlu ma’ dawk imsemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li jkun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 9 ta' Awwissu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Peter MANDELSON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 303, 22.11.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 303, 22.11.2005, p. 39.


    ANNESS

    LIMITI KWANTITATTIVI GĦAS-SENA 2006

    (tunnellata)

    Prodotti

    2006

    SA Prodotti ċatti rrumblati

    SA1. Kojls

    995 554

    SA2. Folji tqal

    201 025

    SA3. Prodotti oħra ċatti rrumblati

    462 118

    SA4. Prodotti llegati

    103 015

    SA 5. Folji quarto llegati

    22 010

    SA 6. Pjanċi b’kisja u llegati li jsiru permezz ta’ tisfif tal-metall mingħajr l-użu tas-sħana

    109 604

    SB. Prodotti twal

    SB1. Travi

    50 373

    SB2. Virga tal-wajer

    195 080

    SB3. Prodotti oħra twal

    289 151

    Nota: SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

    SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti


    Top