EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1179

1179/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/2006 ta’ l- 1 ta'Awwissu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur

ĠU L 212, 2.8.2006, p. 7–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 358–362 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0533

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1179/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

358


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1179/2006

ta’ l-1 ta'Awwissu 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 (1) dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/96 (2) jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 (3), li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (4), jipprovdi għal żieda fil-kwota tariffarja annwali tal-importazzjoni tal-laħam tat-tjur, erga omnes, ta' 49 tunnellata ta' ċerti karkassi tat-tiġieġ frisk, imkessħa jew iffriżati, ta' 4 070 tunnellata ta' qatgħat tat-tiġieġ friski, imkessħa jew iffriżati, ta' 1 605 tunnellata ta' qatgħat ta' tjur u ta' 201 tunnellata għal-laħam tad-dundjan frisk, imkessaħ jew iffriżat.

(3)

Biż-żieda fil-kwota tariffarja għall-qatgħat tat-tjur m'għadx hemm il-ħtieġa għall-miżura li hemm provvediment għaliha fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1251/96.

(4)

Minħabba l-adeżjoni probabbli mill-1 ta' Jannar 2007 tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ikun għaqli jekk jingħata perjodu differenti għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-ewwel tliet xhur tas-sena 2007.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, għandu jitħassar it-tieni paragrafu.

(2)

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-perjodu mill-1 Jannnar sal-31 ta' Marzu 2007 l-applikazzjonijiet tal-liċenzja għandhom jiġu ppreżentati matul l-ewwel ħmistax ta' Jannar 2007.”

(3)

L-Annessi huma sostitwiti bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta'Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 679/2006, ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 136. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2001 (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 24).

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

(4)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.


ANNESS

ANNESS I

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-Kodiċi tan-NM

Rata ta' dazju applikabbli

(EUR/tunnellata)

Kwantitajiet annwali

(il-piż tal-prodotti f'tunnellati)

P 1

09.4067

0207 11 10

131

6 249

0207 11 30

149

0207 11 90

162

0207 12 10

149

0207 12 90

162

P 2

09.4068

0207 13 10

512

8 070

0207 13 20

179

0207 13 30

134

0207 13 40

93

0207 13 50

301

0207 13 60

231

0207 13 70

504

0207 14 20

179

0207 14 30

134

0207 14 40

93

0207 14 60

231

P 3

09.4069

0207 14 10

795

2 305

P 4

09.4070

0207 24 10

170

1 201

0207 24 90

186

0207 25 10

170

0207 25 90

186

0207 26 10

425

0207 26 20

205

0207 26 30

134

0207 26 40

93

0207 26 50

339

0207 26 60

127

0207 26 70

230

0207 26 80

415

0207 27 30

134

0207 27 40

93

0207 27 50

339

0207 27 60

127

0207 27 70

230

ANNESS II

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/96

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq

Is-settur tal-laħam tat-tjur

Applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni b'dazju mnaqqas

GATT

Data:

Perjodu:


 

Stat Membru:

 

Mingħand:

 

Persuna li tista' tiġi kkuntattjata:

 

Telefon.

 

Faks.:

 

Min qed jirċievi n-notifika: AGRI.D.2

 

Faks: + 32 2 292 17 41

 

indirizz tal-posta elettronika: AGRI-IMP-POULTRY@ec.europa.eu


Numru tas-serje

Kwantità li ssir applikazzjoni għaliha

(il-piż tal-prodotti f'kg)

 

 

ANNESS III

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/96

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq

Is-settur tal-laħam tat-tjur

Applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni b'dazju mnaqqas

GATT

Data:

Perjodu:


Stat Membru:


Numru tas-serje

Kodifiċi NM

Applikant

(Isem u Indirizz)

Il-kwantità

(il-piż tal-prodotti f'kg)

 

 

 

 

ANNESS IV

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/96

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej — DĠ għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Unità D.2 — Implimentazzjoni ta' miżuri tas-suq

Is-settur tal-laħam tat-tjur

NOTIFIKA DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET ATTWALI

 

Stat Membru:

 

Applikazzjoni tal-Artikolu 5(8) tar-Regolament (KE) Nru 1251/96

 

Kwantità tal-prodotti (skont il-piż tal-prodotti f'kg) attwalment importati:

 

Min qed jirċievi n-notifika: AGRI.D.2

 

Faks: + 32 2 292 17 41

 

indirizz tal-posta elettronika: AGRI-IMP-POULTRY@ec.europa.eu


In-Nru tal-Ordni

Kwantità li attwalment iddaħħlet għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

Il-pajjiż tal-oriġini

 

 

 


Top