This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1124
Council Regulation (EC) No 1124/2006 of 11 July 2006 on the conclusion of the Agreement in the form of an exchange of letters extending the Protocol setting out, for the period 1 June 2005 to 31 May 2006 , the fishing opportunities and the financial contribution provided for by the Agreement between the European Economic Community and the Government of the Democratic Republic of São Tomé and Príncipe on fishing off the coast of São Tomé e Príncipe
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1124/2006 tal- 11 ta’ Lulju 2006 dwar Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill- 1 ta’ Ġunju 2005 sal- 31 ta’ Mejju 2006
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1124/2006 tal- 11 ta’ Lulju 2006 dwar Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill- 1 ta’ Ġunju 2005 sal- 31 ta’ Mejju 2006
ĠU L 200, 22.7.2006, pp. 1–2
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 76M, 16.3.2007, pp. 92–93
(MT)
In force
|
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
92 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1124/2006
tal-11 ta’ Lulju 2006
dwar Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 37, flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe (2), qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-protokoll mehmuż mal-Ftehim, il-partijiet tal-kuntratt jintrabtu li jidħlu f’negozjati bil-għan li jiddeterminaw, bi Ftehim, il-kontenut ta’ protokoll għall-perjodu sussegwenti u, jekk ikun meħtieġ, dwar it-tibdil jew iż-żidiet li għandhom isiru fl-anness. |
|
(2) |
Iż-żewġ partijiet kontraenti iddeċidew li jġeddu l-protokoll attwali, approvat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2348/2002 (3), għal perjodu ta’ sena f’forma ta’ skambju ta’ ittri sakemm isiru n-negozjati dwar it-tibdil fil-protokoll li għandu jiġi miftiehem; |
|
(3) |
Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dan it-tiġdid; |
|
(4) |
Huwa importanti li jkun ifkkonfermat it-tqassim tad-drittijiet ta’ sajd fost l-Istati Membri tal-protokoll li wasal biex jiskadi. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006, huwa approvat f’isem il-Kummissjoni.
It-test tal-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament (4).
Artikolu 2
Id-drittijiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll jitqassmu fost l-Istati Membri skond kif ġej:
|
Franza: |
18 |
||
|
Spanja: |
18 |
|||
|
Il-Portugall: |
2 |
||
|
Spanja: |
20 |
||
|
Il-Portugall: |
5 |
Jekk it-talba għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma teżawrixxix id-drittijiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll, il-Kummissjoni tista' tqis talbiet għal-liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.
Artikolu 3
L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta' dan il-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta’ kull ħażna maqbuda fiż-żona tas-sajd ta’ Sao Tome u Prinċipe skond il-metodi pprovduti mir-Regolament (KE) Nru 500/2001 tal-Kummissjoni (5).
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 11 ta’ Lulju 2006.
Mill-Kunsill
Il-President
E. HEINÄLUOMA
(1) Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Mejju 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 351, 28.12.2002, p. 12.