This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1114
Commission Regulation (EC) No 1114/2006 of 20 July 2006 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1114/2006 ta' l- 20 ta' Lulju 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1114/2006 ta' l- 20 ta' Lulju 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda
ĠU L 199, 21.7.2006, p. 3–5
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 143–145
(MT)
In force
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
143 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1114/2006
ta' l-20 ta' Lulju 2006
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikularment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jassigura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanziji li għalihom hemm referenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjonijiet addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet komunitarji speċifiċi, biex tkun implimentata t-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili. |
(3) |
Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kowd NM indikata f’kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati f’kolonna 3. |
(4) |
Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhix skond dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun evokata min minn iżommha, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kowd Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kowds Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kowd NM indikat fil-kolonna 2.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tiġi evokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta' Lulju 2006.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/2006 (ĠU L 179, 1.7.2006, p. 26).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).
ANNESS
Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
|||||||||||||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
|||||||||||||||||||||||
|
2208 90 69 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (d) tal-Kapitlu 13, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 . Billi xarba, il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitlu 13. Ma jistax jitqies bħala medikament tat-titlu 3004 , għaliex ma jissodisfax il-kriterji tan-Nota Addizzjonali 1 tal-kapitlu 30. Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16). |
|||||||||||||||||||||||
|
2208 90 69 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 and 2208 90 69 . Il-prodott ma jistax jitqies bħala medikament tat-titlu 3004 , għaliex ma jissodisfax il-kriterji tan-Nota Addizzjonali tal-Kapitlu 30. Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16). |
|||||||||||||||||||||||
|
2208 90 69 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (a) tal-Kapitlu 30, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 . Il-prodott ma jistax jitiqes bħala medikament tal-Ktlu 30. Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16). |
|||||||||||||||||||||||
|
2208 90 69 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 tal-Kapitlu 33, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 . Il-prodott ma jistax jitqies bħala ħasil il-ħalq tat-titlu 3306 għaliex mhuwiex f’forma speċjalizzata b’mod ċar għal dak l-użu (HSEN Ġenerali, ir-raba’ paragrafu (b) tal-Kapitlu 33). Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16). |
|||||||||||||||||||||||
|
2208 90 69 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 (d) tal-Kapitlu 13, u l-kliem tal-kodiċi NM 2208 , 2208 90 u 2208 90 69 . Billi xarba, il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitlu 13. Il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala xorb spirituż tat-titlu 2208 (HSEN tat-titlu 2208 , it-tielet paragrafu, punt 16). |
|||||||||||||||||||||||
|
3306 90 00 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 għas-Sezzjoni VI tal-Kapitlu 33, u mill-kliem tal-kodiċi NM 33, 3306 u 3306 90 00 . Il-prodott huwa f’forma speċjalizzata b’mod ċar biex jintuża għall-iġjene orali (HSEN tal-kapitlu 33, Ġenerali, ir-raba’ paragrafu, punt (b)). |