This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1086
Council Regulation (EC) No 1086/2006 of 11 July 2006 amending Regulation (EC) No 2866/98 on the conversion rates between the euro and the currencies of the Member States adopting the euro
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1086/2006 tal- 11 ta’ Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rati ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-muniti ta’ l-Istati Membri li jadottaw l-euro
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1086/2006 tal- 11 ta’ Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rati ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-muniti ta’ l-Istati Membri li jadottaw l-euro
ĠU L 195, 15.7.2006, p. 1–1
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 72–72
(MT)
In force
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
72 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1086/2006
tal-11 ta’ Lulju 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rati ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-muniti ta’ l-Istati Membri li jadottaw l-euro
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rati ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-muniti ta’ l-Istati Membri li jadottaw l-euro (2) jiddetermina r-rati ta’ konverżjoni mill-1 ta’ Jannar 1999. |
(2) |
kond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, is-Slovenja hija Stat Membru b’revoka kif definit fl-Artikolu 122 tat-Trattat. |
(3) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal-11 ta’ Lulju 2006 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita unika mis-Slovenja fl-1 ta' Jannar 2007 (3), is-Slovenja issa tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika u d-deroga favur is-Slovenja għandha tiġi revokata mill-1 ta' Jannar 2007. |
(4) |
L-introduzzjoni ta’ l-euro fis-Slovenja teħtieġ li r-rata ta' konverżjoni bejn l-euro u t-tolar tiġi adottata. Din ir-rata ta’ konverżjoni għandha tiġi stabbilita għal 239,640 tolari Sloveni għal kull euro, li tikkorrispondi mar-rata ċentrali preżenti tat-tolar fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II). |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2866/98 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal bejn ir-rati ta’ l-ecscudo Portugiż u l-mark Finlandiż fil-lista ta' rati ta' konverżjoni f'Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98:
“= 239,640 tolar Sloven”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 11 ta’ Lulju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. HEINÄLUOMA
(1) Opinjoni mgħotija nhar is-6 ta’ Lulju 2006 (Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1478/2000 (ĠU L 167, 7.7.2000, p. 1).
(3) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25.