EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1044

1044/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1044/2006 tas- 7 ta' Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

ĠU L 187, 8.7.2006, p. 20–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 114–114 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/02/2012; Imħassar b' 32012R0029

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1044/oj

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

114


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1044/2006

tas-7 ta' Lulju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 865/2004/KEE tad-29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002 (2) jipprovdi għal skema ta’ tismija ta' ċerti referenzi fakultattivi għaż-żjut taż-żebbuġa. Skont l-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002, l-indikazzjonijiet tal-proprjetajiet organolettiċi taż-żjut verġni taż-żebbuġa jistgħu jidhru fuq it-tikketta biss jekk ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta' metodu ta' analiżi stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (3).

(2)

Skont l-għaxar inċiż tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91, il-karatterisitċi organolettiċi għandhom jiġu evalwati skont il-metodu stipulat fl-Anness XII ta’ dak ir-Regolament. L-attributi pożittivi elenkati f’dak l-Anness biss jistgħu jintużaw. Madankollu, minħabba l-għadd żgħir ħafna ta’ attributi organolettiċi elenkati f’dak l-Anness, il-kummerċjanti qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet huma u jiddeskrivu l-karatteristiċi organolettiċi taż-żjut verġni taż-żebbuġa tagħhom fuq it-tikketti.

(3)

Il-ħidmiet tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (ICO) bil-għan li jinstabu metodi ġodda ta’ valutazzjoni organolettika sabiex tkun tista' titwessa' l-firxa tal-attributi pożittivi taż-żjut verġni taż-żebbuġa, issa ntemmu għaż-żjut verġni taż-żebbuġa li jgawdu minn isem ta' l-oriġini protett. Għadha għaddejja ħidma għal żjut verġni taż-żebbuġa mingħajr isem ta' l-oriġini protett.

(4)

Sabiex ikun permess il-vokabularju iktar eżawrjenti meħtieġ għal deskrizzjoni aħjar tal-firxa wiesa' ta’ varjetajiet u togħmiet ta’ żjut verġni taż-żebbuġa mingħajr isem ta' l-oriġini protett, għandha tiġi ffisata data ġdida ta’ skadenza li tkun biżżejjed biex ikun jista’ jiġi implimentat metodu ġdid ta’ valutazzjoni organolettika li jwessa' l-firxa ta’ attributi pożittivi taż-żjut verġni taż-żebbuġa, bl-eċċezzjoni ta’ dawk b'isem ta' l-oriġini protett.

(5)

Jeħtieġ għalhekk li d-data tal-applikabbiltà tal-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 titressaq għal data oħra, li taħbat mad-data ta’ meta tibda s-sena ta’ tqegħid fis-suq 2008/2009.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ għall-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002, it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 5(c) jgħodd mill-1 ta' Lulju 2008.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.

(2)  ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 406/2004 (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 10).

(3)  ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1989/2003 (ĠU L 295, 13.11.2003, p. 57).


Top