EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 32006R0973

973/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2006 tad- 29 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità marbuta skont il-GATT għal ċertu frott u ħaxix u prodotti pproċessati tal-frott u l-ħaxix mill-1996

ĠU L 176, 30.6.2006, S. 63–67 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, S. 323–327 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Rechtlicher Status des Dokuments Nicht mehr in Kraft, Datum des Endes der Gültigkeit: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1987 Ara Art. 4

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/973/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

323


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2006

tad-29 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità marbuta skont il-GATT għal ċertu frott u ħaxix u prodotti pproċessati tal-frott u l-ħaxix mill-1996

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (GATT) 1994 (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/398/KE (3) u l-Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ (GATT) 1994 (4), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (5), jipprovdu għal żieda fil-kwoti tariffarji attwali tal-GATT u għall-ftuħ ta' oħrajn ġodda għal ċertu frott u ħaxix u prodotti ipproċessati tal-frott u l-ħaxix.

(2)

Mill-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/96 lil hawn (6), bosta kodiċijiet tan-NM elenkati fl-Annessi I sa III ta' dan ir-Regolament inbidlu.

(3)

Sabiex jiġi pprovdut għall-kwoti tariffarji ġodda u modifikati u f'ġieħ iċ-ċarezza, l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1831/96 għandhom jinbidlu.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/96 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk u Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(3)

L-Anness III jinbidel bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2005 (ĠU L 2, 5.1.2005, p. 3).

(2)  ĠU L 154, 8.6.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 154, 8.6.2006, p. 22.

(4)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15

(5)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(6)  ĠU L 243, 24.9.1996, p. 5.


ANNESS I

“ANNESS I

Nru ta' ordni

Kodiċi NM Sotto-intestatura TARIC

Deskrizzjoni (1)

Perjodu ta' kwota

Volum ta' kwota

(tunnellati)

Rata ta' dazju

(%)

09.0055

0701 90 50

Patata, friska jew imkessħa

1 ta' Jannar sa 15 ta' Mejju

4 295

3

09.0056

0706 10 00

Zunnarija u ġdur (Brassica), friski jew imkessħin

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

1 244

7

09.0057

0709 60 10

Bżar ħelu

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

500

1,5

09.0035

0712 20 00

Basal imnixxef, sħiħ, maqtuh, imfelli, miksur jew trab, iżda mhux ippreparat aktar

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

12 000

10

09.0041

0802 11 90

0802 12 90

Lewż, frisk jew imnixxef, bil-qoxra jew le, għajr lewżmorr

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

90 000

2

09.0039

0805 50 10

Lumi (Citrus limon, Citrus limonum)

15 ta' Jannar sa 14 ta' Ġunju

10 000

6

09.0058

0809 10 00

Berquq, frisk

1 ta' Awwissu sa 31 ta' Mejju

500

10

09.0092

2008 20 11

2008 20 19

2008 20 31

2008 20 39

2008 20 71

2008 30 11

2008 30 19

2008 30 31

2008 30 39

2008 30 79

2008 40 11

2008 40 19

2008 40 21

2008 40 29

2008 40 31

2008 40 39

2008 50 11

2008 50 19

2008 50 31

2008 50 39

2008 50 51

2008 50 59

2008 50 71

2008 60 11

2008 60 19

2008 60 31

2008 60 39

2008 60 60

2008 70 11

2008 70 19

2008 70 31

2008 70 39

2008 70 51

2008 70 59

2008 80 11

2008 80 19

2008 80 31

2008 80 39

2008 80 70

Ananas, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli ppreżervati Kodiċi ma jeżistix

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

2 838

20

09.0093

2009 11 11

2009 11 19

2009 19 11

2009 19 19

2009 29 11

2009 29 19

2009 39 11

2009 39 19

2009 49 11

2009 49 19

2009 79 11

2009 79 19

2009 80 11

2009 80 19

2009 80 35

2009 80 36

2009 80 38

2009 90 11

2009 90 19

2009 90 21

2009 90 29

Meraq tal-frott Kodiċijiet assorbiti minn

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

7 044

20


(1)  Il-prodotti deskritti f'dan l-Anness huma dawk li jidhru fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1), issupplimentati fejn meħtieġ b'kodiċi TARIC.”


ANNESS II

“ANNESS II

Nru ta' ordni

Kodiċi NM Sotto-intestatura TARIC

Deskrizzjoni (1)

Perjodu ta' kwota

Volum ta' kwota

(tunnellati)

Rata ta' dazju

(%)

09.0025

0805102011

0805102092

0805102096

Larinġ ħelu ta' kwalità għolja, frisk

1 ta' Frar sa 30 ta' April

20 000

10

09.0027

0805209005

0805209091

Ibridi taċ-ċitru magħruf bħala ‘minneolas’

1 ta' Frar sa 30 ta' April

15 000

2

09.0033

2009119911

2009119919

Meraq tal-larinġ ikkonċentrat u ffriżat, mingħajr zokkor miżjud, ta' valur Brix li ma jaqbiżx il-50, f'kontenituri ta' żewġ litri jew inqas, mingħajr meraq ta' larinġ tad-demm

1 ta' Jannar sa 31 ta' Diċembru

1 500

13


(1)  Il-prodotti deskritti f'dan l-Anness huma dawk li jidhru fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 286, 28.10.2005), issupplimentati fejn meħtieġ b'kodiċi TARIC.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness:

(a)

‘Larinġ ħelu ta' kwalità għolja’ tfisser larinġ li għandu varjetà ta' karatteristiċi simili, misjur, sod u ta' forma tajba, li tal-inqas ikollu lewnu tajjeb, magħmul mhux imħassar u mhux iebes, u mingħajr xquq miftuħin fil-qoxra, mingħajr qoxra iebsa jew xotta, mingħajr eżantemi, qsim tal-iżvilupp, daqqiet (għajr għal dawk li jirriżultaw mit-tqandil u l-ippakkjar normali), ħsara minħabba arja xotta jew mill-umdità, mhux imlanżat jew li jkun se jitlanżat, mingħajr tinjiet, ġrieħi, tbajja taż-żejt, skaldi, marki tax-xemx, ħmieġ jew materjal ieħor barrani, mard, insetti jew ħsara kkawżata minn makkinarju, ċaqliq jew b'xi mod ieħor; massimu ta' 15 % tal-frott f'kull kunsinna jista' ma jissodisfax din l-ispeċifikazzjoni, u f'din il-perċentwali hemm inkluż mhux aktar minn 5 % ta' difetti li jammontaw għal ħsara serja, u din l-aħħar perċentwali tinkludi mhux aktar minn 0,5 % ta' tnawwir;

(b)

‘ibridi taċ-ċitru magħrufa bħala “minneolas”’ tfisser ibridi taċ-ċitru tal-varjetà Minneola (Citrus paradisi Macf. CV Duncan u Citrus reticulate blanca CV Dancy);

(c)

‘Meraq tal-larinġ ikkonċentrat u ffriżat, ta' valur Brix li ma jaqbiżx il-50’ tfisser meraq tal-larinġ b'densità ta' mhux aktar minn 1,229 gramma kull ċentimetru kubu f'temperatura ta' 20 °C.”


ANNESS III

“ANNESS III

Nru ta' ordni

Kodiċi NM Sotto-intestatura TARIC

Deskrizzjoni (1)

Perjodu ta' kwota

Volum ta' kwota

(tunnellati)

Rata ta' dazju

(%)

09.0094

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

15 ta' Mejju sa 31 ta' Ottubru

472

12

09.0059

0707 00 05

Ħjar, frisk jew imkessaħ

1 ta' Novembru sa 15 ta' Mejju

1 134

2,5

09.0060

0806101091

0806101099

Għeneb tal-mejda, frisk

21 ta' Lulju sa 31 ta' Ottubru

1 500

9

09.0061

0808108010

0808108090

Tuffieħ, frisk, għajr għal tuffieħ tas-sidru

1 ta' April sa 31 ta' Lulju

600

0

09.0062

0808 20 50

Lanġas, frisk, għajr għal lanġas tal-perry

1 ta' Awwissu sa 31 ta' Diċembru

1 000

5

09.0063

0809 10 00

Berquq, frisk

1 ta' Ġunju sa 31 ta' Lulju

2 500

10

09.0040

0809 20 95

Ċirasa (ħelwa) friska

21 ta' Mejju sa 15 ta' Lulju

800

4


(1)  Il-prodotti deskritti f'dan l-Anness huma dawk li jidhru fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1), issupplimentati fejn meħtieġ b'kodiċi TARIC.”


nach oben