This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0970
Commission Regulation (EC) No 970/2006 of 29 June 2006 amending Regulation (EC) No 2305/2003 opening and providing for the administration of a Community tariff quota for imports of barley from third countries
970/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 970/2006 tad- 29 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad- 29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni tax-xgħir minn pajjiżi terzi
970/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 970/2006 tad- 29 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad- 29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni tax-xgħir minn pajjiżi terzi
ĠU L 176, 30.6.2006, p. 49–50
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 319–320
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
319 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 970/2006
tad-29 ta' Ġunju 2006
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni tax-xgħir minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV(6) u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ (GATT) tal-1994 (2), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3), jistabbilixxi b’mod partikolari żieda ta’ 6 215 tunnellata fil-kwantità ta’ xgħir soġġetta għal kwota tariffarja. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (4) fetaħ kwota tariffarja Komunitarja għax-xgħir. Għandu jiġi implimentat il-Ftehim approvat mid-Deċiżjoni 2006/333/KE biż-żieda tal-kwantitajiet koperti minn din il-kwota. |
(3) |
Għall-fini ta’ simplifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet li ma għadhomx fl-użu tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2004, għandhom jitneħħew. |
(4) |
Għall-finijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi speċifikat li l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għandhom isiru mhux aktar tard mit-Tnejn, u dan ma jeskludix l-applikazzjonijiet li jsiru qabel. |
(5) |
Sabiex tiġi mmodernizzata l-amministrazzjoni tas-sistema, għandu jiġi stabbilit li r-rapport tal-informazzjoni mitlub mill-Kummissjoni jsir b’mezz elettroniku. |
(6) |
Għall-finijiet ta’ ċarezza, il-kunċett ta’ koeffiċjenti ta’ roħs għandu jiġi sostitwit ukoll b’dak ta’ koeffiċjenti ta’ allokazzjoni. |
(7) |
Għaldaqstant għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003. |
(8) |
Il-Ftehim approvat mid-Deċiżjoni 2006/333/KE li jistabbilixxi implimentazzjoni fl-1 ta’ Lulju 2006, għandu jiġi stabbilit meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(9) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 1 tbiddel bit-test li ġej: “Artikolu 1 1. Kwota tariffarja ta’ 306 215 tunnellata għall-importazzjoni tax-xgħir relevanti mal-kodiċi NM 1003 00 hija miftuħa (numru tas-serje 09.4126). 2. Il-kwota tariffarja hija miftuħa fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena. It-taxxa ta’ importazzjoni ġewwa l-kwota tariffarja hija ta’ 16-il euro għal kull tunnellata. Għall-prodotti stabbiliti f’dan ir-Regolament importati f’aktar mill-kwantità stabbilita fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, japplika l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003.” |
2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum li fih jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.
(3) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.
(4) ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).