This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0909
Commission Regulation (EC) No 909/2006 of 20 June 2006 amending Annexes I and II to Regulation (EC) No 138/2004 of the European Parliament and of the Council on the economic accounts for agriculture in the Community (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2006 ta’ l- 20 ta' Ġunju 2006 li jemenda l-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2006 ta’ l- 20 ta' Ġunju 2006 li jemenda l-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 168, 21.6.2006, p. 14–15
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 38–39
(MT)
In force
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 909/2006
ta’ l-20 ta' Ġunju 2006
li jemenda l-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikolutra fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 stipulaw il-metodoloġija u l-programm tat-trażmissjoni tad-data għall-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (EAA). Minħabba l-bidliet fis-sistema Ewropea tal-kontijiet (ESA 95) dwar ir-reġistrazzjoni ta’ servizzi finanzjarji ta’ intermedjazzjoni mkejla b’mod indirett (FISIM), il-metodoloġija EAA għandha tiġi aġġornata biex iżżomm il-konsistenza ma’ l-ESA, il-qafas ċentrali tal-kontijiet nazzjonali. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 għandu għalhekk jiġi emendat b’dan il-mod. |
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola stabbilita bid-Deċiżjoni 72/279/KEE (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2005 (ĠU L 52, 25.2.2005, p. 9).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu 2.096 huwa mħassar. |
(2) |
Il-paragrafu li ġej huma mdaħħal wara l-paragrafu 2.107: “(j) Servizzi finanzjarji ta’ intermedjazzjoni mkejla b’mod indirett (FISIM)
|
(3) |
It-titolu tal-paragrafu 2.108. huwa mibdul b'dan li ġej: “(k) Prodotti u servizzi oħra”. |
(4) |
Il-punt (i) tal-paragrafu 2.108. huwa mibdul b'dan li ġej:
|
(5) |
Il-paragrafu 3.079. jinbidel b'dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 138/2004, il-punt 19.10 “Prodotti u servizzi oħra” huwa mibdul b’dawn iż-żewġ punti li ġejjin:
Punt |
Lista tal-varjabbli |
Trażmissjoni dwar is-sena ta’ referenza n |
||
Novembru sena n (estimi) |
Jannar sena n + 1 (estimi) |
Settembru sena n+1 |
||
“19.10 |
Servizzi finanzjarji ta’ intermedjazzjoni mkejla b’mod indirett (FISIM) |
X |
X |
X |
19.11 |
Prodotti u servizzi oħra. |
X |
X |
X” |