This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0777
Commission Regulation (EC) No 777/2006 of 23 May 2006 amending Annex I to Regulation (EC) No 304/2003 of the European Parliament and of the Council concerning the export and import of dangerous chemicals (Text with EEA relevance)
777/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2006 tat- 23 ta' Mejju 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kimiki perikolużi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
777/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2006 tat- 23 ta' Mejju 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kimiki perikolużi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 136, 24.5.2006, pp. 9–17
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 312M, 22.11.2008, pp. 48–56
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2008
|
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
48 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 777/2006
tat-23 ta' Mejju 2006
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kimiki perikolużi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 ta-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(4) u (5) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikketti ta’ sustanzi perikolużi (2) fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 22(5) tar-Regolament (KE) Nru 304/2003,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel (il-proċedura PIC) għal Ċerti Kimiki u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (3). |
|
(2) |
Fid-dawl tar-Regolament tal-Kummissjoni 2076/2002 ta’ l-20 ta’ Novembru 2002 li jestendi l-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jirrigwarda l-esklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi mill-Anness I ta’ dik id-Direttiva u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom fihom dawn is-sustanzi (4), u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/129/KE tat-30 ta’ Jannar 2004 dwar l-esklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom fihom dawn is-sustanzi (5), meħudin fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (6), għadd ta’ kimiki konċernati għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ kimiki li tinsab fil-Parti 1 ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 304/2003. Il-listi għandhom ukoll jirriflettu l-fatt li ebda waħda mill-kimiki konċernati ma kienet notifikata skond il-programm Komunitarju ta’ reviżjoni għall-evalwazzjoni ta’ sustanzi eżistenti skond id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċida (7), għalkemm xi kimiki kienu ġew identifikati u għalhekk Stati Membri jistgħu jippermettu l-użu tagħhom fi prodotti bħal dawn sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Settembru 2006 skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom. |
|
(3) |
Fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE tat-2 ta’ Diċembru 2005 dwar l-esklużjoni ta’ l-endosulfan mill-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkollhom fihom din is-sustanza attiva (8), u meta jitqies li l-endosulfan kien identifikat iżda mhux notifikat għal evalwazzjoni skond id-Direttiva 98/8/KE u għalhekk jista’ jissokta jkun awtorizzat mill-Istati Membri sa l-1 ta’ Settembru 2006, huwa ristrett severament għall-użu bħala pestiċida u għalhekk m’ghandux jiżdied mal-listi ta’ kimiki li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003. |
|
(4) |
Waqt l-ewwel laqgħa tagħha f’Settembru 2004, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam iddeċidiet li tagħmel għadd ta’ emendi lill-Anness III tal-Konvenzjoni li jelenka l-kimiki skond il-proċedura PIC, li kollha kemm huma daħlu fis-seħħ sa l-1 ta’ Jannar 2006. Il-listi ta’ kimiki li jinsabu fil-Partijiet 1, 2 u 3 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 għandhom għalhekk ikunu emendati b’dan il-mod. |
|
(5) |
Barra dan, l-annotazzjonijiet eżistenti għal ċerti kimiki jeħtiġilhom ikunu aġġornati biex jitqiesu l-iżviluppi regolatorji li saru minn meta kien emendat l-aħħar l-Anness I. B’żieda ma’ dan, fil-Partijiet 1 u 2 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 hemm xi żbalji żgħar li jeħtieġu korrezzjoni. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 għandu għalhekk ikun emendet b’dan il-mod. |
|
(7) |
Il-miżuri mogħtija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 67/548/KEE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta' Mejju 2006.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 63, 6.3.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 27).
(2) ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1).
(4) ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1335/2005 (ĠU L 211, 13.8.2005, p. 6).
(5) ĠU L 37, 10.2.2004, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1335/2005.
(6) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva bħala l-aħħar Direttiva tal-Kummissjoni 2006/6/KE (ĠU L 12, 18.1.2006, p. 21).
(7) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 304/2003 huwa emendat kif ġej (1)
|
(1) |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
(1) Verżjoni konsolidata ta’ l-Anness I kif emendata tista’ tkun ikkonsultata fuq is-sit http://ecb.jrc.it/edex/
|
# |
In-numri CAS biss ta’ komposti prinċipali huma elenkati.” |