This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0776
Commission Regulation (EC) No 776/2006 of 23 May 2006 amending Annex VII to Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council as regards Community reference laboratories (Text with EEA relevance)
776/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 tat- 23 ta’ Mejju 2006 li jemenda l-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
776/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 tat- 23 ta’ Mejju 2006 li jemenda l-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3–8
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 409–414
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32017R0625
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
409 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 776/2006
tat-23 ta’ Mejju 2006
li jemenda l-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 32.5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-kompiti, dmirijiet u rekwiżiti ġenerali għal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa ta' l-annimali. Il-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji huma elenkati fl-Anness VII ma' dan ir-Regolament. Il-lista fiha l-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji kollha għall-għalf u l-ikel li kienu ddeżinjati qabel f'atti oħra. |
(2) |
Id-deżinjazzjoni tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji għandhom jikkontribwixxu għal kwalità u uniformità għolja tar-riżultati analitiċi. |
(3) |
L-attivitajiet tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji għandhom ikopru l-oqsma kollha fil-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-ikel u fis-saħħa ta' l-annimali, partikolarment dawk l-oqsma fejn hemm il-ħtieġa għal riżultati analitiċi u dijanjostiċi preċiżi. |
(4) |
F'għadd ta' setturi fejn tapplika l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ikel, l-għalf u s-saħħa ta' l-anninali, hemm il-ħtieġa li jkunu ddeżinjati Laboratorji ta' Referenza Komunitarji addizzjonali f'oqsma fejn għadhom ma jeżistux, partikorlament, fir-rigward tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, il-bruċellożi, il-Listeria monocytogenes, stafilokokki koagulażi-pożittivi, l-Escherichia coli, inkluża dik li tipproduċi l-verotossini (VTEC), il-Campylobacter, il-parassiti (partikolarment it-Trichinella, l-Echinococcus, l-Anisakis), ir-resistenzi antimikrobiċi, proteini ta' l-annimali fl-għalf, residwi mill-pestiċidi, mikotossini fl-ikel u l-għalf, metalli tqal fl-ikel u l-għalf, dijossini u PCBs fl-ikel u l-għalf u l-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAH). |
(5) |
F'Lulju 2005 l-Kummissjoni nediet sejħa għall-għażla u d-deżinjazzjoni ta' Laboratorji ta' Referenza Komunitarji ġodda. Il-valutazzjoni ta' l-applikazzjoni ntemmet f'Diċembru 2005 u r-riżultati ġew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati. Wara li tkun saret il-valutazzjoni l-Kummissjoni tqis li jkunu ddeżinjati bħala Laboratorji ta' Referenza Komunitarji ġodda l-kanditati li għaddew f'kull qasam. |
(6) |
Jinħtieġ l-aġġornament ta' ċerta informazzjoni speċifika dwar il-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji eżistenti fl-Anness VII mar-Regolament (KE) 882/2004. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huwa mibdul bit-test fl-Annes ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta’ Mejju 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni korretta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.
ANNESS
L-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jiġi ssostitwit b’li ġej:
“ANNESS VII
LABORATORJI TA' REFERENZA KOMUNITARJI
I. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-għalf u l-ikel
1. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
AFSSA- Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP) |
F-94700 Maisons-Alfort |
Franza |
2. Laboratorji ta' Referenza Komunitarji għall-analiżi u l-ittestjar għaż-żoonożi (salmonella)
Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM) |
3720 BA Bilthoven |
L-Olanda |
3. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-monitoraġġ tal-bijotossini tal-baħar
Agencia Española de Seguridad Alimentaria (AESA) |
36200 Vigo |
Spanja |
4. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi
The laboratory of the Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS) |
Weymouth |
Ir-Renju Unit |
XXXXXXXXX |
5. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għal-Listeria monocytogenes
AFSSA- Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP) |
F-94700 Maisons-Alfort |
Franza |
6. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-istafilokokki coagulażi-pożittivi, inkluż l-iStaphylococccus aureus
AFSSA- Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP) |
F-94700 Maisons-Alfort |
Franza |
7. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-Escherichia coli, inkluża dik li tipproduċi l-verotossini (VTEC)
Istituto Superiore di Sanità (ISS) |
I-00161 –Roma |
LItalja |
8. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-Campylobacter
Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA) |
SE-751 89 Uppsala |
L-Iżvezja |
9. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-parassiti (partikolarment it-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis)
Istituto Superiore di Sanità (ISS) |
I-00161 –Roma |
L-Italja |
10. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għar-resistenza antimikrobika
Danmarks Fødevareforskning (DFVF) |
DK-1790 Copenhagen |
Id-Danimarka |
11. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-proteini ta' l-annimali fl-għalf
Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W) |
B-5030 Gembloux |
Il-Belġju |
12. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għar-residwi mill-mediċini veterinarji u aġenti kontaminanti fl-ikel li joriġina mill-annimali
(a) Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, Grupp A 1, 2, 3, 4, Grupp B 2 (d) u Grupp B 3 (d) mad-Direttiva 96/23/KE
Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM) |
3720 BA Bilthoven |
L-Olanda |
(b) Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, Grupp B 1 u B 3 (e) mad-Direttiva 96/23/KE u l- u l-
Laboratoires d'études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants |
AFSSA - Site de Fougères |
BP 90203 |
Franza |
(c) Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, Grupp A 5 u Grupp B 2 (a), (b), (e) mad-Direttiva 96/23/KE
Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL) |
D-12277 Berlin |
Il-Ġermanja |
(d) Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, Grupp B 3 (c) mad-Direttiva 96/23/KE
Instituto Superiore di Sanità |
I-00161 –Roma |
L-Italja |
13. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs)
Il-laboratorju msemmi fl-Anness X, Kapitolu B mar-Regolament (KE) Nru 999/2001
The Veterinary Laboratories Agency |
Woodham Lane |
New Haw |
Addlestone |
Surrey KT15 3NB |
Ir-Renju Unit |
14. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta' l-annimali
Il-laboratorju msemmi fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1)
Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
Geel
Il-Belġju
15. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs)
Il-laboratorju msemmi fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (2)
Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
Ispra
L-Italja
16. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-materjal maħsub biex jiġi f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel
Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
Ispra
L-Italja
17. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għar-residwi mill-pestiċidi
(a) Ċereali u għalf
Danmarks Fødevareforskning (DFVF) |
DK-1790 Copenhagen |
Id-Danimarka |
(b) Ikel li joriġina mill-annimali u prodotti b'kontenut ta' xaħam għoli
Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg |
Postfach 100462 |
79123 Freiburg |
Il-Ġermanja |
(c) Frott u ħaxix, inklużi l-prodotti b'kontenut ta' ilma għoli u kontenut ta' aċdu għoli
Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV) |
Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG) |
LAGV: 46100 Burjassot-Valencia |
PRRG: 04120 Almería |
Spanja |
(d) Metodi għal residwi singoli
Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Stuttgart |
Postfach 1206 |
70702 Fellbach |
Il-Ġermanja |
18. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-metalli tqal fl-għalf u l-ikel
Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
Geel
Il-Belġju
19. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-mikotossini
Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
Geel
Il-Belġju
20. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi (PAH)
Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
Geel
Il-Belġju
21. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għad-dijossini u PCBs fl-għalf u l-ikel
Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg |
Postfach 100462 |
79123 Freiburg |
Il-Ġermanja |
II. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għas-saħħa ta' l-annimali u annimali ħajjin
1. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għad-deni klassiku tal-ħnieżer
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (3).
2. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-marda Afrikana taż-żwiemel
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta' April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (4).
3. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-influwenza tat-tjur
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (5).
4. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-marda Newcastle
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KE ta' l-14 ta' Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (6).
5. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-marda vexxikolari tal-ħnieżer
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (7).
6. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-mard tal-ħut
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (8).
7. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-mard li jaffettwa l-mollusku bivalvi
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-23 ta' Diċembru 1995 għall-kontroll ta' xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (9).
8. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-monitoraġġ ta' l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija
Il-laboratorju msemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KEE ta' l-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (10).
9. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-bluetongue
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (11).
10. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għad-deni Afrikan tal-qżieqeż
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deniAfrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (12).
11. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għaż-żooteknika
Il-laboratorju msemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/436/KEE tat-23 ta' Lulju 1996 li tinnomina l-korp ta' riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi ta' l-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta' razza pura ta’ l-ispeċi tal-bovini (13).
12. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer
Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE and 91/665/KEE u tammenda d-Direttiva 92/46/KEE (14).
13. Laboratorju ta' Referenza Komunitarju għall-bruċellożi
AFSSA- Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses |
F-94700 Maisons-Alfort |
Franza |
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(3) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.
(4) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(5) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(6) ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.
(7) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.
(8) ĠU L 175, 19.7.1993, p. 2. Direttiva kif emendata bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.
(9) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.
(10) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/60/KE (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).
(11) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 7.
(12) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(13) ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.
(14) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/615/KE (ĠU L 213, 18.8.2005, p. 14).”