EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0706

706/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006 tat- 8 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 bir-rigward għall-perijodu matul liema l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal dewmien limitat Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 122, 9.5.2006, p. 16–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 391–391 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/09/2012; Imħassar b' 32012R0748

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/706/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

391


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 706/2006

tat-8 ta’ Mejju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 bir-rigward għall-perijodu matul liema l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal dewmien limitat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitŕ Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli msemmija fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 ġie implimentat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta’ l-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji ta’ l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (2).

(2)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1702/2003 jistabbilixxi li, b’deroga minn paragrafu 21.A.159 ta’ l-Anness tiegħu, l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal perijodu limitat sat-28 ta’ Settembru 2005.

(3)

L-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 jispeċifika li l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (hawn aktar ‘l isfel imsejħa “l-Aġenzija”) għandha, meta jkun f’waqtu, tagħmel evalwazzjoni ta’ l-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fuq kemm għandha ddum il-validità ta’ l-approvazzjonijiet, bil-ħsieb li din tagħti opinjoni lill-Kummissjoni, inklużi xi emendi possibbli fih.

(4)

L-Aġenzija inkarigat ruħha mill-evalwazzjoni u waslet għall-konklużjoni li għandu jiġi stabbilit żmien ta’ għeluq ieħor sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadatta il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għas-sistema ta’ approvazzjonijiet għal perijodu illimitat.

(5)

M’għadx hemm bżonn tad-dispożizzjoni dwar evalwazzjoni da parti ta’ l-Aġenzija. Dik id-dispożizzjoni għandha tiġi revokata.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru. 1702/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija bi qbil ma’ l-Artikoli 12(2)(b) u 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

(8)

Il-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru. 1702/2003 huwa emendat hawnhekk kif ġej:

(a)

F’Paragrafu 2, “28 ta’ Settembru 2007” tieħu post “28 ta’ Settembru 2005”.

(b)

Il-paragrafu 5 huwa revokat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5)

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 381/2005 (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 3)


Top