This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0676
Commission Regulation (EC) No 676/2006 of 2 May 2006 amending Regulation (EC) No 1980/2003 implementing Regulation (EC) No 1177/2003 of the European Parliament and of the Council concerning Community statistics on income and living conditions (EU-SILC) as regards definitions and updated definitions (Text with EEA relevance)
676/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2006 tat- 2 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1980/2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda statistika tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta’ għajxien (EU-SILC) fir-rigward ta’ definizzjonijiet u definizzjonijiet aġġornati Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
676/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2006 tat- 2 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1980/2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda statistika tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta’ għajxien (EU-SILC) fir-rigward ta’ definizzjonijiet u definizzjonijiet aġġornati Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 118, 3.5.2006, p. 3–3
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 383–383
(MT)
In force
|
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
383 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 676/2006
tat-2 ta’ Mejju 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1980/2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda statistika tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta’ għajxien (EU-SILC) fir-rigward ta’ definizzjonijiet u definizzjonijiet aġġornati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika tal-Komunità dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' għajxien (UE-SILC) (1) u b' mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar dħul u kundizzjonijiet ta' għajxien, li tinkludi informazzjoni komparabbli u f’waqtha li tkun rappreżentattiva u lonġitudinali, dwar id-dħul u l-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u Ewropej. |
|
(2) |
Bħala riżultat ta’ l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 1553/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tas-7 ta’ Settembru 2005, sabiex jiġu adattati d-daqsijiet tal-kampjuni u jingħata ħin lill-Istati Membri ġodda biex jadattaw is-sistemi rispettivi tagħhom għall-metodi u d-definizzjonijiet armonizzati meta jikkompilaw l-istatistika tal-Komunità. |
|
(3) |
Barra minn hekk, jidher li xi Stati Membri ġodda bħal xi Stati Membri eżistenti, jeħtieġu żmien addizzjonali biex jibagħtu d-data dwar id-dħul gross kif speċifikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1980/2003 (3). |
|
(4) |
Ir-Reġolament (KE) Nru 1980/2003 għandu għalhekk jiġi emendat, |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1980/2003 jinbidel b’dan li ġej:
“B’deroga mill-paragarfu 2, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall, il-Polonja u l-Latvja għandhom ikunu awtorizzati biex ma jibagħtux data dwar dħul gross mill-ewwel sena minn meta jibdew joperaw. Dawn il-pajjiżi għandhom, iżda, jibagħtu din id-data kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ mhux aktar tard mill-2007.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-2 ta’ Mejju 2006.
Għall-Kummissjoni
Joaquin ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 1. Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1553/2005 (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 6).