EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0601

601/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 601/2006 tat- 18 ta’ April 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-format u l-proċedura għat-trażmissjoni tad-data

ĠU L 106, 19.4.2006, p. 7–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 344–346 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/06/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/601/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

344


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 601/2006

tat-18 ta’ April 2006

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-format u l-proċedura għat-trażmissjoni tad-data

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità li tikkonċerna l-bilanċ ta’ pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika tal-Komunità li tikkonċerna l-bilanċ ta’ pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani.

(2)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-format u l-proċedura għat-trażmissjoni tad-data meħtieġa sabiex tiġi prodotta data komparabbli u armonizzata bejn l-Istati Membri, biex jonqos ir-riskju ta’ l-iżbalji fit-trażmissjoni ta’ data u biex tiżdied il-veloċità li biha d-data miġbura tista’ tiġi pproċessata u tkun tista’ ssir disponibbli għall-utenti. Għandhom għalhekk jiġu stipulati regoli ta’ implimentazzjoni biex jissupplimentaw l-istruzzjonijiet li jinsabu fil-Vademecum tal-Bilanċ ta’ Pagamenti ta’ l-Eurostat (Eurostat Balance of Payments Vademecum), kif rivedut kull sena.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Bilanċ ta' Pagamenti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 184/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Trażmissjoni ta’ Data

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data lill-Kummissjoni (l-Eurostat) f’forma elettronika, permezz ta' l-Aċċess Uniku (Single Entry Point) għad-data, miżmum mill-Kummissjoni (l-Eurostat).

Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni ddettaljata li għandha x’taqsam ma’ l-Aċċess Uniku u għandha tipprovdi linji gwida dwar kif għandhom jiġu implimentati strateġiji ta’ trażmissjoni ta’ data kompatibbli miegħu.

Artikolu 2

Format tad-Data

L-Istati Membri għandhom jużaw il-format tad-data “Gesmes”, skond l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni ddettaljata li għandha x’taqsam ma’ dawn l-istandards u għandha tipprovdi linji ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu implimentati dawn l-istandards skond ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Mhu se jintuża l-ebda format proprjetarju ta’ data.

Artikolu 3

Speċifikazzjonijiet tekniċi tal-format tad-data

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-istruttura tad-data għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ April 2006.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23


ANNESS

Speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-istruttura tad-data

INTRODUZZJONI

L-istandardizzazzjoni ta’ l-istrutturi tar-rekords tad-data hija fundamentali għall-ipproċessar effiċjenti tad-data. Hija stadju meħtieġ biex tiġi pprovduta data li tkun konformi ma’ l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Il-format Gesmes huwa l-mezz esklussiv għat-trażmissjoni ta’ data għal fuq l-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti mill-Istati Membri lill-Kummissoni (l-Eurostat).

GRUPPI TAD-DATA

Il-5 gruppi ta’ data li ġejjin se jintużaw fir-rappurtar tal-Bilanċ tal-Pagamenti:

Identifikatur tal-Grupp tad-Data

Deskrizzjoni

BOP_EUR_Q

Indikaturi ta’ l-Euro

BOP_FDI_A

Investimenti Diretti Barranin

BOP_ITS_A

Kummerċ Internazzjonali fis-Servizzi

BOP_POS_A

Pożizzjonijiet fl-Investiment Dirett Barrani

BOP_Q_Q

Statistika Kull Tliet Xhur

STRUTTURA TAD-DATA, LISTI TA’ KODIĊI U ATTRIBUTI

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tad-data, il-listi ta’ kodiċi u l-attributi li għandhom jintużaw. Il-valuri disponibbli ta’ l-attributi għandhom jinstabu fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-Vademecum tal-Bilanċ tal-Pagamenti ta' l-Eurostat.

(1)   Frekwenza

(a)

Definizzjoni: il-frekwenza tas-sensiela

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_FREQ

(c)

Format: AN1

(2)   Żona ta’ referenza jew relatur

(a)

Definizzjoni: il-pajjiż jew il-grupp ġeografiku/politiku ta’ pajjiżi relatat mal-fenomenu ekonomiku osservat. Din l-entità tissejjaħ ukoll “relatur”

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_AREA_EE

(c)

Format: AN2

(d)

Abbrevjazzjoni użata għat-tip: COU pajjiż, ECO żona ekonomika, GEO żona ġeografika, ORG organizzazzjoni internazzjonali.

(3)   Indikatur ta’ aġġustament

(a)

Definizzjoni: jindika jekk sarx aġġustament staġjunali u/jew ta’ jum ta' xogħol jew le

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_ADJUSTMENT

(c)

Format: AN1

(4)   Tip ta’ data

(a)

Definizzjoni: tiddiskrivi t-tip ta’ data, eż. stokk, fluss, għall-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti.

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_DATA_TYPE_BOP

(c)

Format: AN1

(5)   Partita ikkodifikata BOP

(a)

Definizzjoni: partita ikkodifikata mill-analiżi tal-BOP

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_BOP_ITEM

(c)

Format: AN8

(d)

Abbrevjazzjoni użata għat-tip: STD komponent standard, MEM partita ta’ memorandum, SUP informazzjoni supplimentari, XOE Eurostat/OECD jew partita ta’ l-Eurostat, partita ta’ l-ECB, Pożizzjoni ta’ l-Investiment Internazzjonali IIP

(6)   Analiżi tal-munita

(a)

Definizzjoni: tirreferi għall-analiżi tal-munita fit-tranżassjonijiet u l-pożizzjonijiet

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_CURR_BRKDWN

(c)

Format: AN1

(7)   Żona ta’ Kontroparti

(a)

Definizzjoni: il-pajjiż jew il-grupp ġeografiku/ekonomiku ta’ pajjiżi li fihom iż-żona ta’ referenza jew ir-relatur (żona ta’_ref) wettqu t-tranżazzjoni

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_AREA_EE

(c)

Format: AN2

(8)   Denominazzjoni tas-sensiela

(a)

Definizzjoni: munita ta’ denominazzjoni (munita komuni eż Euro jew ECU jew USD jew munita nazzjonali, eċċ) jew drittijiet speċjali ta' preljev

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_SERIES_DENOM

(c)

Format: AN1

(9)   Attività ekonomika residenti

(a)

Definizzjoni: attività ekonomika residenti

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_BOP_EC_ACTIV_R1

(c)

Format: N4

(10)   Attività ekonomika mhux residenti

(a)

Definizzjoni: attività ekonomika mhux residenti

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_BOP_EC_ACTIV_R1

(c)

Format: N4

(11)   Status ta’ osservazzjoni (obbligatorju)

(a)

Definizzjoni: informazzjoni dwar il-kwalità tal-valur jew valur nieqes jew mhux komuni

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_OBS_STATUS

(c)

Format: AN1

(12)   Osservazzjoni ta’ kunfidenzjalità (kondizzjonali)

(a)

Definizzjoni: informazzjoni dwar jekk l-osservazzjoni kemm jekk tista’ ssir magħrufa pubblikament barra l-istituzzjoni li qed tirċievi kif ukoll jekk le

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_OBS_CONF

(c)

Format: AN1

(13)   L-organizzazzjoni li qed tibgħat

(a)

Definizzjoni: l-entità li qed tibgħat id-data

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_ORGANISATION

(c)

Format: AN3

(14)   Ir-Riċevitur

(a)

Definizzjoni: l-entità li qed tirċievi d-data

(b)

Isem il-lista ta’ kodiċi: CL_ORGANISATION

(c)

Format: AN3


Top