This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0576
Commission Regulation (EC) No 576/2006 of 7 April 2006 amending Regulation (EC) No 1433/2003 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 2200/96 as regards operational funds, operational programmes and financial assistance
576/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 576/2006 tas- 7 ta' April 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 fir-rigward ta’ fondi operattivi, programmi operattivi u għajnuna finanzjarja
576/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 576/2006 tas- 7 ta' April 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 fir-rigward ta’ fondi operattivi, programmi operattivi u għajnuna finanzjarja
ĠU L 100, 8.4.2006, p. 4–4
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 23–23
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1580
|
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 576/2006
tas-7 ta' April 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1433/2003 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 fir-rigward ta’ fondi operattivi, programmi operattivi u għajnuna finanzjarja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-rigward tal-frott u l-ħaxix (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003 (2) jistabbilixxi li l-ispejjeż speċifiċi għall-produzzjoni organika, integrata jew esperimentali, għall-materjal ta’ ħarsien għall-pjanti organiċi, għall-miżuri ambjentali, inklużi l-ispejjeż ġenerati mill-ġestjoni ambjentali tal-ippakkjar u l-miżuri tat-titjib fil-kwalità, inkluż il-miċelju ċċertifikat u l-pjanti u ż-żrieragħ tal-kategoriji “żerriegħa bażi” u “żerriegħa ċċertifikata” jistgħu jitqiesu bħala miżuri fakoltattivi eliġibbli għal programmi operattivi għal massimu ta' għaxar snin għal kull azzjoni. |
|
(2) |
L-esperjenza wriet li kien hemm rata għolja ta’ użu ta’ dawn il-miżuri mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Dawn l-organizzazzjonijiet ta' produtturi għalhekk qiesu bis-sħiħ it-tħassib ambjentali u ta' kwalità fil-programmi operattivi tagħhom. Huwa għalhekk previst li jitneħħa l-limitu attwali ta’ għaxar snin għal kull azzjoni fir-rigward ta' dawn il-miżuri. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1433/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1433/2003, il-kliem li jintroduċi l-ewwel subparagrafu qed jitbiddel b’dan li ġej:
|
“2. |
Spejjeż speċifiċi għal:” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta' April 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 203, 12.8.2003, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2190/2004 (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 21).