Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0488

    488/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2006 ta’ l- 24 ta’ Marzu 2006 li jiffissa r-rati ta' kambju applikabbli għall-miżuri strutturali jew ambjentali fl-2006

    ĠU L 88, 25.3.2006, p. 5–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 298–299 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/488/oj

    28.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    298


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 488/2006

    ta’ l-24 ta’ Marzu 2006

    li jiffissa r-rati ta' kambju applikabbli għall-miżuri strutturali jew ambjentali fl-2006

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2808/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, l-avveniment operattiv għall-ammonti ta' karattru stutturali jew ambjentali huwa l-1 ta' Jannar tas-sena li matulha tittieħed id-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna.

    (2)

    Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża hija l-medja tar-rati tal-kambju applikabbli matul ix-xahar li jippreċedi d-data ta' l-avveniment operattiv, ikkalkulata pro rata temporis,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-2006, ir-rata tal-kambju li tinsab fl-Anness għandha tapplika għall-ammonti ta' karattru stutturali jew ambjentali msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-24 ta’ Marzu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

    (2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 36 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1044/2005 (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 76).


    ANNESS

    Rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 1

    EUR 1 = (medja għall-1 ta' Diċembru 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005)

    0,573458

    Lira Ċiprijotta

    28,9712

    Koruna Ċeka

    7,45403

    Krone Daniż

    15,6466

    Kroon Estonu

    252,791

    Forint Ungeriż

    3,4528

    Litas Litwan

    0,696729

    Lats Latvjan

    0,4293

    Lira Maltija

    3,85493

    Zloty Pollakk

    37,8743

    Koruna Slovakka

    239,505

    Tolar Sloven

    9,43950

    Krona Żvediż

    0,679103

    Lira Sterlina


    Top