Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0426

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 426/2006 tad- 9 ta' Marzu 2006 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 79, 16.3.2006, p. 1–1 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 335–335 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/426/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

335


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 426/2006

tad-9 ta' Marzu 2006

li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fin-Nomenkaltura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1), id-dazju doganali huwa sospiż, fuq bażi awtonoma u għal tul ta' żmien indeterminat, għal ċerta merkanzija tal-Kapitolu 27 meta tkun suġġetta għal proċessi speċifiċi, sakemm ikunu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(2)

Ċertu skart ta' żjut destinat għar-riċiklaġġ, klassifikat taħt il-kodiċi NM 2710 99 00 , attwalment ma jgawdix minn din l-eżenzjoni.

(3)

Għal raġunijiet ambjentali konnessi mar-riċiklaġġ ta' żjut skart, għandu jingħata l-istess trattament tariffarju għal żjut skart u żjut mill-istess grupp, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet tekniċi u legali. Għalhekk huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi, fuq bażi awtonoma u għal tul ta' żmien indeterminat, id-dazju doganali fuq tali prodotti.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Minħabba li l-emenda introdotta permezz ta' dan ir-Regolament għandha tiġi applikata mill-istess data ta' l-applikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għas-sena 2006, stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (3), jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih u li jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2006,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-Taqsima V, Kapitolu 27 tat-Tieni Parti (Tabella ta' Dazji Doganali) ta' l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, fir-rigward ta' l-entrata għall-kodiċi NM 2710 99 00 , l-entrata fit-tielet kolonna għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3,5 (*1)

(*1)  Id-dazju doganali ġie sospiż, fuq bażi awtonoma u għal tul ta' żmien indeterminat, għal prodotti destinati sabiex ikunu suġġetti għal proċess speċifiku (Kodiċi TARIC 2710 99 00 10). Din is-sospensjoni tad-dazju doganali hija suġġetta għas-sodisfaċiment tal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet Komunitarji relevanti (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1) u f'emendi sussegwenti).” "

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar id-9 ta' Marzu 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2175/2005 (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 11).

(3)   ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1.


Top