Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0402

    402/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 402/2006 tat- 8 ta' Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35–39 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 251–255 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/402/oj

    28.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    251


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 402/2006

    tat-8 ta' Marzu 2006

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mindu r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 89/97 ta’ l-20 ta’ Jannar 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2) daħal fis-seħħ, inħass il-bżonn li jiġu speċifikati l-metodi li għandhom jintużaw biex jiġi determinat it-toqol nett tal-banana friska. Dawn il-metodi għandhom jinkludu l-użin tal-banana friska biex jiġi stabbilit it-toqol nett tagħha, u t-tfassil ta' ċertifikati ta' l-użin tal-banana li jagħtu prova ta' dak l-użin, minn operaturi ekonomiċi awtorizzati mill-awtoritajiet tad-dwana. It-toqol nett tal-banana friska għandu jiġi stabbilit għal kull konsenja ta’ banana friska konsenjata bi kwalunkwe mezz tat-trasport.

    (2)

    Il-miżuri dwar l-użin tal-banana friska u t-tfassil ta' ċertifikati ta’ l-użin tal-banana għandhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2006 biex l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi jingħataw biżżejjed żmien ħalli jħejju għall-awtorizzazzjoni tal-piżaturi.

    (3)

    Għall-importazzjonijiet ta’ ċerti ċirkwiti elettroniċi li hemm dispożizzjonijiet dwarhom fil-Kapitoli 84 u 85 tan-Nomenklatura Magħquda, ġew imposti dazji b’effett oppost fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1480/2003 tal-11 ta’ Awwissu 2003 li jimponi dazju definittiv b'effett oppost u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti mikroċirkwiti elettroniċi magħrufa bħala DRAM (dynamic random access memories - memorji dinamiċi b'aċċess każwali) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea (3). Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dawn id-dazji b’effett oppost, jinħtieġ li jkun hemm regola ta’ oriġini speċifika għall-prodotti koperti minn dak ir-Regolament.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) għandu jiġi emendat.

    (5)

    Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Wara l-Artikolu 290, jiddaħħal it-test li ġej:

    “KAPITOLU 1a

    Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-banana”

    (2)

    L-Artikolu 290a jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 290a

    Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, u għall-Annessi 38b u 38c, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ‘piżatur awtorizzat’ tfisser kwalunkwe operatur ekonomiku awtorizzat minn uffiċċju tad-dwana biex jiżen il-banana friska;

    (b)

    ‘ir-rekords ta’ l-applikant’ tfisser kwalunkwe dokumenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użin tal-banana friska;

    (c)

    ‘Toqol nett tal-banana friska’ tfisser it-toqol tal-banana nnifisha mingħajr materjali ta’ l-ippakkjar jew kontenituri ta’ l-ippakkjar ikunu ta’ liema tip ikunu.

    (d)

    ‘konsenja ta’ banana friska’ tfisser il-konsenja li tinkludi l-kwantità totali ta’ banana friska mgħobbija fuq mezz ta’ trasport wieħed u mibgħuta minn esportatur wieħed lil riċevitur jew iżjed;

    (e)

    ‘post ta’ ħatt’ tfisser kwalunkwe post fejn konsenja ta’ banana friska tista’ tinħatt jew tiġi imneħħija taħt proċedura tad-dwana, jew fil-każ ta’ traffiku bil-kontejners, fejn il-kontejner jitniżżel mill- vapur jew ajruplan jew mezz tat-trasport ewlieni ieħorjew fejn jinfetaħ il-kontejner.”

    (3)

    Jiddaħħal l-Artikolu 290b li ġej:

    “Artikolu 290b

    1.   Kwalunkwe uffiċċju tad-dwana jista’ jagħti, fuq domanda, l-istatus ta’ piżatur awtorizzat lil operatur ekonomiku involut fl-importazzjoni, ġarr, ħżin jew tqandil ta’ banana friska, basta li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

    (a)

    l-applikant joffri l-garanziji kollha li hemm bżonn biex l-użin isir kif xieraq;

    (b)

    l-applikant għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-għodda ta’ l-użin xierqa;

    (c)

    ir-rekords ta’ l-applikant jippermettu lill-awtoritajiet tad-dwana li jwettqu kontrolli effettivi.

    L-uffiċċju tad-dwana għandu jirriffjuta l-istatus ta’ piżatur awtorizzat jekk l-applikant kiser serjament jew ripetutament il-leġiżlazzjoni doganali.

    L-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-użin ta’ banana friska mwettaq fil-post sorveljat mill-uffiċċju tad-dwana awtorizzat.

    2.   L-uffiċċju tad-dwana awtorizzat għandu jirtira l-istatus ta’ piżatur awtorizzat jekk min għandu dan l-istatus ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.”

    (4)

    Jiddaħħal l-Artikolu 290c li ġej:

    “Artikolu 290c

    1.   Għal raġunijiet ta’ kontroll tat-toqol nett tal-banana friska impurtata lejn il-Komunità u li taqa’ taħt il-kodiċi ta’ NM 0803 00 19, dikjarazzjonijiet ta’ rilaxx għaċ-cirkolazzjoni ħielsa għandu jkollhom magħhom ċertifikat ta’ l-użin tal-banana li jindika t-toqol nett tal-konsenja ta’ banana friska kkonċernata, bit-tip ta’ ppakkjar u l-oriġini.

    Iċ-ċertifikati ta’ l-użin tal-banana għandhom jitfasslu mill-piżaturi awtorizzati skond il-proċedura stabbilita fl-Anness 38b u fil-forma li tikkorrispondi mal-mudell ipprovdut fl-Anness 38c.

    Dawn iċ-ċertifikati jistgħu jintbagħtu lill-awtoritajiet tad-dwana f’forma elettronika skond il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stipulati mill-awtoritajiet tad-dwana.

    2.   Il-piżatur awtorizzat għandu jagħti avviż bil-quddiem ta' l-użin ta' konsenja ta' banana friska lill-awtoritajiet tad-dwana biex jitfassal ċertifikat ta’ l-użin tal-banana, bid-dettalji tat-tip ta’ ppakkjar, l-oriġini, il-ħin u l-post ta’ l-użin.

    3.   L-uffiċċji tad-dwana għandhom jivverifikaw it-toqol nett tal-banana friska mdaħħla fiċ-ċertifikati ta’ l-użin tal-banana, abbażi ta’ l-analiżi tar-riskju, billi jiġi kkontrollat ta’ l-inqas 5 % ta’ l-għadd totali ta’ ċertifikati ta’ l-użin tal-banana ppreżentati kull sena, jew billi jkunu preżenti waqt l-użin tal-kampjuni rappreżentattivi tal-banana mill-piżatur awtorizzat jew billi jiżnu l-kampjuni huma stess, skond il-proċedura stabbilita fil-punti 1, 2 u 3 ta’ l-Anness 38b.”

    (5)

    Jiddaħħal l-Artikolu 290d li ġej:

    “Artikolu 290d

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-piżaturi awtorizzati u kwalunkwe tibdiliet li jista' jkollha wara.

    Il-Kummissjoni għandha tibgħat tagħrif bħal dan lill-Istati Membri l-oħra.”

    (6)

    L-Anness 11 huwa emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (7)

    L-Anness 38b jinbidel bit-test li jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    (8)

    L-Anness 38c jiddaħħal skond l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Madankollu, il-punti (4), (7) u (8) ta' l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2006.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta' Marzu 2006.

    Ghall-Kummissjoni

    László KOVÁCS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

    (2)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 28.

    (3)  ĠU L 212, 22.8.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2116/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 7).

    (4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 215/2006 (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 11).


    ANNESS I

    L-Anness 11 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    It-test li ġej jiddaħħal bejn ir-reġistrazzjonijiet dwar il-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM “ex 7117” u “ex 8482”:

    “ex 8473 30 10 u ex 8473 50 10

    Ċirkwiti elettroniċi integrati magħrufa bħala Memorji Dinamiċi b'aċċess każwali (DRAM)

    Manifattura fejn iż-żieda fil-valur akkwistat bħala riżultat ta' xogħol u pproċessar, u jekk applikabbli, l-inkorporazzjoni ta’ partijiet li joriġinaw fil-pajjiż tal-manifattura, tirrappreżenta ta’ l-inqas 45 % tal-prezz ex-fabbrika tal-prodotti.

    Meta r-regola tal-45 % ma tintlaħaqx, id-DRAMs joriġinaw fil-pajjiż minn fejn joriġina l-ikbar sehem mill-valur tal-materjali użati”

    (b)

    it-test li ġej jiddaħħal bejn ir-reġistrazzjonijiet dwar il-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM “ex 8542” u “ex 9009”:

    “ex 8548 90 10

    Ċirkwiti elettroniċi integrati magħrufa bħala Memorji Dinamiċi b'Aċċess Każwali (DRAM)

    Manifattura fejn iż-żieda fil-valur akkwistat bħala riżultat ta' xogħol u pproċessar, u jekk applikabbli, l-inkorporazzjoni ta’ partijiet li joriġinaw fil-pajjiż tal-manifattura, tirrappreżenta ta’ l-inqas 45 % tal-prezz ex-fabbrika tal-prodotti.

    Meta r-regola tal-45 % ma tintlaħaqx, id-DRAMs joriġinaw fil-pajjiż minn fejn joriġina l-ikbar sehem mill-valur tal-materjali użati”


    ANNESS II

    “ANNESS 38b

    Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 290c(1)

    Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 290c, it-toqol nett ta’ kull konsenja ta’ banana friska għandha tkun determinata minn piżaturi awtorizzati fi kwalunkwe post ta’ ħatt skond il-proċedura li ġejja:

    (1)

    il-kampjun ta’ unitajiet ta’ banana ppakkjata trid tintgħażel għal kull tip ta’ ppakkjar u għal kull oriġini. Il-kampjun ta’ unitajiet ta’ banana ppakkjata li se tintiżen għandu jikkonsisti minn kampjun rappreżentattiv tal-konsenja ta’ banana friska. Dan għandu ta’ l-inqas ikollu l-kwantitajiet indikati hawn taħt:

    Numru ta’ unitajiet ta' banana ppakkjata:

    (skond it-tip ta’ ppakkjar u l-oriġini)

    Numru ta’ unitajiet ta' banana ppakkjata li se tiġi spezzjonata:

    – sa 400

    5

    – minn 401 sa 700

    7

    – minn 701 sa 1 000

    10

    – minn 1 001 sa 2 000

    13

    – minn 2 001 sa 4 000

    15

    – minn 4 001 sa 6 000

    18

    – iktar minn 6 000

    21

    (2)

    It-toqol nett għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    (a)

    billi tintiżen kull unità ta' banana ppakkjata li se tiġi spezzjonata (toqol gross);

    (b)

    billi tinfetaħ ta’ l-inqas unità waħda ta’ banana ppakkjata, imbagħad jiġi kkalkulat it-toqol ta’ l-ippakkjar;

    (c)

    it-toqol ta’ dak l-ippakkjar għandu jiġi aċċettat għall-ippakkjar kollu ta’ l-istess tip u oriġini, u għandu jitnaqqas mit-toqol ta’ l-unitajiet kollha ta’ banana ppakkjata li ntiżnet.

    (d)

    il-medja tat-toqol nett għal kull unità ta’ banana ppakkjata stabbilita b’dan il-mod għal kull tip u oriġini, ibbażata fuq it-toqol tal-kampjuni kkontrollati, għandha tiġi aċċettata bħala l-bażi biex jiġi ddeterminat it-toqol nett tal-konsenja ta’ banana friska.

    (3)

    meta l-awtorità tad-dwana ma tikkontrollax iċ-ċertifikati ta' l-użin tal-banana fl-istess waqt it-toqol nett iddikjarat fuq ċertifikati bħal dawn għandu jkun aċċettabbli għall-awtoritajiet tad-dwana sakemm ma jkunx hemm nuqqas ta’ qbil bejn it-toqol nett iddikjarat u l-medja ta’ toqol nett stabbilita mill-awtoritajiet tad-dwana ta' iktar jew inqas minn 1 %.

    (4)

    iċ-ċertifikat ta’ l-użin tal-banana għandu jiġi ppreżentat lill-uffiċċju tad-dwana fejn tressqet id-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa. L-awtoritajiet tad-dwana għandhom japplikaw ir-riżultati tal-kampjuni indikati fiċ-ċertifikat ta' l-użin għall-konsenja sħiħa ta’ banana friska li għaliha jirreferi ċ-ċertifikat.”


    ANNESS III

    Jiddaħħal l-Anness 38c li ġej:

    “ANNESS 38c

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top