Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0341

    341/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2006 ta’ l- 24 ta’ Frar 2006 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-modulu ad hoc ta’ l-2007 dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi fis-saħħa li għandhom x'jaqsmu max-xogħol previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2005 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 55, 25.2.2006, p. 9–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 203–207 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/341/oj

    28.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    203


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 341/2006

    ta’ l-24 ta’ Frar 2006

    li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-modulu ad hoc ta’ l-2007 dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi fis-saħħa li għandhom x'jaqsmu max-xogħol previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2005

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2007 sa l-2009, għall-istħarriġ kampjun tal-forza tax-xogħol ipprovdut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (2) jinkludi modulu ad hoc dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi fis-saħħa li għandhom x'jaqsmu max-xogħol.

    (2)

    Ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill Nru 2002/C 161/01 tat-3 ta’ Ġunju 2002 dwar strateġija ġdida tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol 2002-2006 (3) sejħet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu x-xogħol fl-armonizzazzjoni ta’ l-istatistiċi dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol, sabiex ikun hemm disponibbli data kumparabbli li minnha tista’ ssir eżaminazzjoni oġġettiva ta’ l-impatt u l-effettività tal-miżuri meħuda taħt l-istrateġija l-ġdida tal-Komunità.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 89/391 tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni tal-miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (4), tistipula li min iħaddem irid iżomm lista ta’ l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li jirriżultaw f’li l-ħaddiema ma jkunux tajba għax-xogħol għal aktar minn tlett ijiem u jridu jfasslu, għall-awtoritajiet responsabbli u skond il-liġijiet u/jew il-prattiki nazzjonali, rapporti dwar inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol li jsofru l-ħaddiema tiegħu. Fir-Rakkomandazzjoni tagħha fid-19 ta’ Settembru 2003 rigward l-iskeda Ewropea tal-mard (5) fuq il-post tax-xogħol il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-każijiet kollha fuq il-postijiet tax-xogħol jiġu rrapportati u għandhom b'mod progressiv jagħmlu l-istatistiċi tagħhom fuq il-mard fuq il-post tax-xogħol kompatibbli ma' l-iskeda Ewropea, skond ix-xogħol li jsir fis-sistema ta' l-armonizzar ta' l-istatistiċi Ewropej fuq il-mard fuq il-post tax-xogħol. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2002 (6) dwar strateġija ġdida tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-2002-2006 tissottolinea li l-informazzjoni dwar l-istatistika m'għandhiex tkopri biss inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol, il-kawżi tagħhom u l-konsegwenzi, imma għandha tintroduċi wkoll xi elementi kwantifikabbli relatati mal-fatturi ta' l-ambjent fil-post tax-xogħol li jistgħu joħolqu problemi. Id-data ta’ l-istatistika għandha tkun disponibbli wkoll għal fenomeni emerġenti, bħal ilmenti relatati ma’ l-istress jew problemi muskoluskeletali.

    (4)

    Huwa meħtieġ ukoll li tiġi aġġornata l-ispeċifikazzjoni tal-kampjun stipulat f'taqsima 1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 384/2005, sabiex ikun żgurat li l-kampjun disponibbli fil-modulu jiżvela affarijiet kemm jista' jkun.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programmi Statistiċi,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Lista dettaljata ta’ informazzjoni għandha tinġabar fl-2007 mill-modulu ad hoc dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol u problemi tas-saħħa relatati max-xogħol, meħtieġa għal Taqsima 1 għall-Anness tar-Regolament (KE) Nru 384/2005, għandu jkun kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Fit-taqsima 1 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 384/2005, il-punt “Kampjun” huwa mibdul f’ dan li ġej:

    “Kampjun

    :

    Il-medda ta' età speċifika għall-kampjun ta' dan il-modulu huwa ta' persuni ta’ età ta’ 15-il sena jew akbar.”

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-24 ta’ Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquin ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 6).

    (2)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 23.

    (3)  ĠU C 161, 5.7.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva hekk kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (5)  ĠU L 238, 25.9.2003, p. 28.

    (6)  KOM(2002) 118 finali tal-l11.3.2002.


    ANNESS

    STĦARRIĠ TAS-SUQ TAX-XOGĦOL

    Speċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc ta' l-2007 dwar korrimenti fuq ix-xogħol u problemi ta' saħħa marbuta max-xogħol

    1.

    L-Istati Membri u r-reġjuni interessati: kollha

    2.

    Il-varjabbli għandhom ikunu kkodifikati kif ġej:

    In-numerazzjoni tal-varjabbli ta’ l-istħarriġ tas-suq tax-xogħol fil-kolonna “Filtri” tirreferi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005 (1).

    Kolonna

    Kodiċi

    Deskrizzjoni

    Filtri/kummenti

    INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL LI ĠRALHOM PERSUNI LI ĦADMU FL-AĦĦAR 12-IL XAHAR

    209

     

    Korriment(i) inċidentali, barra mard li seħħ matul l-aħħar 12-il xahar, fuq il-post tax-xogħol jew waqt ix-xogħol

    (Kol. 24 = 1 , 2 ) jew (Kol. 84 = 1 u Kol. 85/88 u Kol. 89/90 mhux qabel sena qabel id-data ta’ l-intervista)

    0

    Xejn

    1

    Wieħed

    2

    Tnejn jew aktar

    9

    Mhux applikabbli (Kol. 24 = 3 -9 u (Kol. 84 ≠ 1 jew (Kol. 85/88 u Kol. 89/90 aktar minn sena qabel id-data ta’ l-intervista, jew vojta)))

    vojt

    Ebda tweġiba

    210

     

    Niżżel l-aktar korriment inċidentali riċenti fuq il-post tax-xogħol jew waqt ix-xogħol

    Kol. 209 = 1 -2

    1

    Inċident tat-traffiku

    2

    Inċident ieħor apparti tat-traffiku

    9

    Mhux applikabbli (Kol. 209=0, 9, vojt)

    vojt

    Ebda tweġiba

    211/212

     

    Data meta l-persuna setgħet tmur lura għax-xogħol wara l-aktar korriment inċidentali riċenti

    Kol. 209 = 1 -2

    00

    Għadha ma daħlitx għax-xogħol għax għadha ma ġietx f’tagħha wara l-inċident, imma mistennija terġa’ tidħol għax-xogħol aktar 'il quddiem

    01

    Mhix mistennija terġa’ tidħol għax-xogħol minħabba l-inċident

    02

    Ebda żmien barra x-xogħol jew fl-istess jum ta' l-inċident

    03

    Il-jum ta’ wara l-inċident

    04

    Wara t-tieni imma qabel il-ħames jum wara l-inċident

    05

    Wara l-ħames jum imma qabel ġimagħtejn wara l-inċident

    06

    Wara ġimagħtejn imma qabel xahar wara l-inċident

    07

    Wara xahar imma qabel tliet xhur wara l-inċident

    08

    Wara tliet xhur imma qabel sitt xhur wara l-inċident

    09

    Wara sitt xhur imma qabel disa’ xhur wara l-inċident

    10

    Disa’ xhur jew aktar wara l-inċident

    99

    Mhux applikabbli (Kol. 209=0, 9, jew vojt)

    vojt

    Ebda tweġiba

    213

     

    Ix-xogħol li kien qed isir meta seħħ l-aktar korriment inċidentali riċenti (il-kodiċi l-ewwel li japplika)

    Kol. 209 = 1 -2

    1

    Ix-xogħol (l-ewwel) prinċipali attwali

    2

    It-tieni xogħol attwali

    3

    L-aħħar xogħol (għal persuna mhux impjegata)

    4

    Xogħol sena ilu

    5

    Xi xogħol ieħor

    9

    Mhux applikabbli (Kol. 209 = 0 , 9 , vojt)

    vojt

    Ebda tweġiba

    PROBLEMI TA’ SAĦĦA RELATATI MAX-XOGĦOL F’DAWN L-AĦĦAR 12-IL XAHAR

    (apparti korrimenti inċidentali)

    214

     

    Mard, diżabbilta(jiet) jew problemi fiżiċi jew psikoloġiċi oħra, apparti korrimenti inċidentali, li ġraw lil persuna matul dawn l-aħħar 12-il xahar (mid-data ta’ l-intervista) u li seħħ (seħħu) jew saru agħar minħabba x-xogħol

    (Kol. 24 = 1 , 2 jew Kol. 84 = 1 )

    0

    Xejn

    1

    Wieħed

    2

    Tnejn jew aktar

    9

    Mhux applikabbli (Kol. 24 = 3 -9 u Kol. 84 ≠1 )

    vojt

    Ebda tweġiba

    215/216

     

    Tip ta' l-aktar ilment serju ikkawżat jew magħmul agħar bix-xogħol

    Kol. 214 = 1 -2

    00

    Problemi ta’ l-għadam, tal-ġogi jew tal-muskoli li prinċipalment jaffettwaw l-għonq, l-ispallejn, id-dirgħajn jew l-idejn.

    01

    Problemi ta’ l-għadam, tal-ġogi jew tal-muskoli li prinċipalment jaffettwaw il-ġenbejn, ir-riġlejn jew is-saqajn

    02

    Problemi ta’ l-għadam, tal-ġogi jew tal-muskoli li prinċipalment jaffettwaw id-dahar

    03

    Problemi ta’ nifs jew fil-pulmuni

    04

    Problemi tal-ġilda

    05

    Problemi tas-smigħ

    06

    Tensjoni, dipressjoni jew ansjetà

    07

    Uġigħ ta' ras u/jew strapazz ta’ l-għajnejn

    08

    Mard tal-qalb jew attakk tal-qalb, jew problemi oħra relatati mas-sistemi taċ-ċirkolazzjoni

    09

    Mard infettiv (vajrus, batterji jew tip ieħor ta’ infezzjoni)

    10

    Tipi ta’ ilmenti oħra

    99

    Mhux applikabbli (Kol. 214 = 0 , 9 , vojt)

    vojt

    Ebda tweġiba

    217

     

    Jekk l-aktar ilment serju ikkawżat jew li mar għall-agħar bix-xogħol, illimitax l-abilità li jitwettqu attivitajiet normali fil-ħajja ta’ kuljum fil-post tax-xogħol jew barra l-post tax-xogħol

    Kol. 214 = 1 -2

    0

    Le

    1

    Iva, sa ċertu punt

    2

    Iva, b’mod konsiderevoli

    9

    Mhux applikabbli (Kol. 214 = 0 , 9 , vojt)

    vojt

    Ebda tweġiba

    218/219

     

    Numru ta ġranet barra x-xogħol matul l-aħħar 12-il xahar minħabba l-aktar ilment serju kkawżat jew li sar agħar minħabba x-xogħol

    Kol. 214 = 1 -2

    00

    Il-persuna ma ġietx għax x-xogħol matul l-aħħar 12-il xahar, imma għal raġunijiet li m'humiex relatati ma' l-ilment ikkawżat jew li mar għall-agħar minħabba x-xogħol (eż. ħarġet bil-pensjoni)

    01

    Mhix mistennija terġa’ lura għax-xogħol minħabba din il-marda

    02

    Anqas minn ġurnata jew ebda ħin barra x-xogħol

    03

    Għall-anqas ġurnata imma anqas minn erbat ijiem

    04

    Għall-anqas erbat ijiem imma anqas minn ġimagħtejn

    05

    Għall-anqas ġimagħtejn imma anqas minn xahar

    06

    Għall-anqas xahar imma anqas minn tliet xhur

    07

    Għall-anqas tliet xhur imma anqas minn sitt xhur

    08

    Għall-anqas sitt xhur imma anqas minn disa’ xhur

    09

    Għall-anqas disa’ xhur

    99

    Mhux applikabbli (Kol. 214 = 0 , 9 , vojt)

    vojt

    Ebda tweġiba

    220

     

    Ix-xogħol li kkawża jew ġiegħel imur għall-agħar l-aktar ilment serju (il-kodiċi l-ewwel li japplika)

    Kol. 214 = 1 -2 u (Kol. 85/88 mhux qabel tmien snin qabel is-sena ta’ l-intervista)

    1

    Ix-xogħol (l-ewwel) prinċipali attwali

    2

    It-tieni xogħol attwali

    3

    L-aħħar xogħol (għal persuna mhux impjegata)

    4

    Xogħol sena ilu

    5

    Xi xogħol ieħor

    9

    Mhux applikabbli (Kol. 214 = 0 , 9 , vojt)

    vojt

    Ebda tweġiba

    FATTURI FUQ IX-XOGĦOL LI JISTGĦU JAFFETTWAW B’MOD NEGATTIV IL-BENESSERI MENTALI JEW IS-SAĦĦA FIŻIKA

    221

     

    Jekk fil-post tax-xogħol il-persuna hija esposta għal dawn il-fatturi li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-benesseri mentali

    Kol. 24 = 1 , 2

    0

    Le

    1

    Iva, prinċipalment għall-fastidju jew bullying

    2

    Iva, prinċipalment għall-vjolenza jew theddid ta' vjolenza

    3

    Iva, prinċipalment minħabba pressjoni ta’ xogħol jew wisq xogħol

    9

    Mhix applikabbli (Kol 24 = 3 -9 )

    vojt

    Ebda tweġiba

    222

     

    Jekk fil-post tax-xogħol il-persuna hija esposta għal dawn il-fatturi li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv is-saħħa fiżika

    Kol. 24 = 1 , 2

    0

    Le

    1

    Iva, prinċipalment kimiċi, trabijiet, fwar, dħaħen jew gassijiet.

    2

    Iva, prinċipalment għal storbju jew vibrazzjoni

    3

    Iva, prinċipalment minħabba pożizzjonijiet diffiċli ta' xogħol, movimenti ta’ xogħol jew minħabba li trid timmaniġġja tagħbijiet tqal.

    4

    Iva, minħabba r-riskju ta’ inċident

    9

    Mhux applikabbli (Kol 24 = 3 -9 )

    vojt

    Ebda tweġiba


    (1)  ĠU L 71, 17.3.2005, p. 36


    Top