Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0339

    339/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 339/2006 ta’ l- 24 ta’ Frar 2006 li jemenda l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin u prodotti ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 55, 25.2.2006, p. 5–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 201–202 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/339/oj

    28.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    201


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 339/2006

    ta’ l-24 ta’ Frar 2006

    li jemenda l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin u prodotti ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 23 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-opinjonijiet tiegħu ta’ l-2001 dwar ir-riskju ġeografiku ta’ l-Enċefalopatija Sponġiformi li Tinxtered (BSE) fil-Brażil, iċ-Ċili, l-El Salvador, in-Nikaragwa, il-Botswana, in-Namibja u l-Isważiland, il-Kumitat Xjentifiku ta’ Tmexxija (“l-SSC”) kkonkluda li l-okkorrenza tal-BSE fil-bhejjem li twieldu f’dawk il-pajjiżi hija minima ħafna. Bħala riżultat, ġew inklużi fil-lista ta' pajjiżi li huma eżenti minn ċerti kondizzjonijiet kummerċjali marbuta mat-TSE għal annimali bovini ħajjin u prodotti ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina.

    (2)

    Fl-opinjonijiet aġġornati tagħha fi Frar 2005 u Awwissu 2005 dwar ir-riskju ġeografiku ta' BSE għal ċerti pajjiżi terzi, l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Ikel ikkonkludiet li x’aktarx li hemm il-possibilità li jkun hemm każi tal-BSE fil-bhejjem imwielda fil-Brażil, iċ-Ċili, l-El Salvador, in-Nikaragwa, il-Botswana, in-Namibja u s-Sważiland. Għalhekk, dawk il-pajjiżi m’għandhomx iktar jiġu eżentati mill-kundizzjonijiet kummerċjali marbuta mat-TSE għall-annimali bovini ħajjin u l-prodotti ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u Saħħa ta' l-Annimal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-24 ta’ Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2005 (ĠU L 317, tas-3.12.2005, p. 4).


    ANNESS

    L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

    a)

    Fil-parti A, fit-tieni subparagrafu tal-punt 15(b), il-lista tal-pajjiżi tinbidel b'dan li ġej:

    “—

    l-Arġentina

    l-Awstralja

    l-Iżlanda

    in-Nouvelle Calédonie

    in-New Zealand

    il-Panama

    il-Paragwaj

    is-Singapor

    l-Urugwaj

    il-Vanuatu”

    b)

    Fil-parti D, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

    “3.

    Il-punt 2 m'għandux japplika għall-importazzjonijiet ta' annimali bovini mwielda u mrobbija kontinwament fil-pajjiżi li ġejjin:

    L-Arġentina

    l-Awstralja

    l-Iżlanda

    in-Nouvelle Calédonie

    in-New Zealand

    il-Panama

    il-Paragwaj

    is-Singapor

    l-Urugwaj

    il-Vanuatu”


    Top