EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0262

262/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2006 tal- 15 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2729/2000 li jistabbixxi regoli dettaljati ta' implimentazzoni għall-kontrolli fis-settur tal-inbid

ĠU L 46, 16.2.2006, p. 22–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 265–266 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/262/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

265


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 262/2006

tal-15 ta' Frar 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2729/2000 li jistabbixxi regoli dettaljati ta' implimentazzoni għall-kontrolli fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 72(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2729/2000 (2) jipprevedi verifika sistematika fuq il-post tar-raba' li jkun soġġett talba għal għajnuna għall-abbandun permanenti ta' tkabbir.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 8(1), il-punti b) u e), tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (3), il-proċedura ta' preżentazzjoni tat-talbiet għall-għajnuna għall-abbandun li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għandha tipprevedi, fost l-oħrajn, għall-verifika aktar tard wara li ssir it-talba, tal-eżistenza tal-vinji rilevanti, tal-erja konċernata u tar-rendiment medju jew il-kapaċità tal-produzzjoni, u għall-verifika li l-abbandun ikun seħħ.

(3)

Billi l-iżviluppi fit-teknoloġija tat-teledetezzjoni għamluha għodda affidabbli, jaqbel li dawk l-Istati Membri li jkunu jixtiequ, jingħataw l-possibbiltà li jużawha sakemm din iżżomm mal-livelli tal-verifika.

(4)

Fir-rigward tal-verifiki msemmija dwar l-eżistenza tal-vinji rilevanti, u l-verifika tal-erja konċernata, ir-rendiment medju jew il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha, hija meħtiega verifika fuq il-post minħabba li dawn il-fatturi ma jistgħux jiġu vverifikati permezz tat-teledetezzjoni.

(5)

Madankollu, it-teledetezzjoni tista' tintuża biex jiġi kkontrollat jekk id-dwieli tassew ikunu tneħħew u għalhekk l-użu tagħha jista' jitħalla f'dan l-istadju ta' verifika.

(6)

Fid-dawl tad-diffikultajiet fil-kalkolu tal-erja bit-teledetezzjoni, dan il-metodu għandu jiġi awtorizzat biss fil-każijiet ta' abbandun ta' raba' tal-vinji sħaħ.

(7)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2729/2000 jigi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2729/2000, għandu jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Il-verifika li qlugħ id-dwieli sar skont l-Artikolu 8(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, tista' ssir permezz ta' teledetezzjoni, fil-każ ta' abbandun totali ta' raba' tal-vinji.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 316, 15.12.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2120/2004 (ĠU L 367, 14.12.2004, p. 11).

(3)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32).


Top