EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0252

252/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 252/2006 ta’ l- 14 ta’ Frar 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati għall-għalf Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 44, 15.2.2006, p. 3–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 177–182 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/01/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/252/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

177


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 252/2006

ta’ l-14 ta’ Frar 2006

dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati għall-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda l-addittivi fl-għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3, 9d (1) u 9e(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1831/2003 tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fl-għalf ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta' tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi ta' l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-addittivi elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jiġu ttrattati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium NCIMB 10415 kien awtorizzat proviżorjament għall-ħnienes, għall-ewwel darba, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/1999 (3). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi, kif speċifikat fl-Anness I, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi tat-3-phytase prodott permezz tat-Trichoderma reesei (CBS 528.94) kien awtorizzat għall-ewwel darba għat-tiġieġ għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 (4). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(7)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi tat-3-phytase prodott permezz tat-Trichoderma reesei (CBS 528.94) kien awtorizzat proviżorjament għall-ewwel darba għall-ħnieżer nisa u għad-dundjani għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (5). Ġie awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ħnienes mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005 (6). Data ġdida tressqet b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' din il-preparazzjoni ta' enżimi tiġi estiża għat-tiġieġ li jbidu. L-Awtoritá Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA) tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhijiex ta’ riskju għal din il-kategorija addizzjonali ta’ l-annimali. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta' dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' l-enżimi, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba' snin.

(8)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ l-endo-1,3-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106) u l-endo-1,4-beta-xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) ġie awtorizzat għall-ħnieżer għat-tismin mingħajr limitu ta’ żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2005 (7). Data ġdida tressqet b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' din il-preparazzjoni ta' enżimi tiġi estiża għall-ħnienes. L-EFSA tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhijiex ta’ riskju għal din il-kategorija addizzjonali ta’ annimali. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta' dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' l-enżimi kif speċifikat fl-Anness III għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba' snin.

(9)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' l-endo-1,3-beta-glucanase prodott mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodott mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) kien awtorizzat proviżorjament għall-ewwel darba għall-ħnienes mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2437/2000 (8). Ġie awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005. Tressqet data ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' din il-preparazzjoni ta' enżimi tiġi estiża għad-dundjani għat-tismin. L-EFSA tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhijiex ta’ riskju għal din il-kategorija addizzjonali ta’ annimali. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta' dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' l-enżimi kif speċifikat fl-Anness III għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba' snin.

(10)

L-evalwazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (9).

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi” kif speċifikat fl-Anness I hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta' l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv fl-għalf ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjonijiet li huma parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness III, huma awtorizzati għal erba' snin bħala addittiv fl-għalf ta' l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar l-14 ta’ Frar 2006.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, tas-16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 21.

(4)  ĠU L 62, tat-2.3.2001, p. 3.

(5)  ĠU L 57, tat-3.3.2005, p. 3.

(6)  ĠU L 159, tat-22.6.2005, p.6.

(7)  ĠU L 138, ta’ l-1.6.2005, p. 5.

(8)  ĠU L 280, ta’ l-4.11.2000, p. 28.

(9)  ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ

Micro-organisms

“E 1705

Enterococcus faecium

NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha kontenut minimu ta’:

 

Fil-forma mikroenkapsulata:

1 × 1010 CFU/g additiv

 

Fil-forma granulari:

3,5 × 1010 CFU/g additiv

Ħnienes/majjalini

0,35 × 109

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Il-forma granulari għandha tintuża esklussivament fis-sostituti tal-ħalib

3.

Għall-użu fil-ħnienes sa ma jilħqu madwar 35 kg.

Mingħajr limitu ta' żmien”


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' annimal

Etàmassima

Kontenutminimu

Kontenutmassimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta' għalf sħiħ

Enzymes

“E 1632

3-Phytase

EC 3.1.3.8

Preparazzjoni ta’ 3-phytase prodott mit- Trichoderma reesei (CBS 528.94) li għandu attivita phytase minima ta’:

 

Fil-forma solida: 5 000 PPU (1)/g

 

Fil-forma likwida: 5 000 PPU/g

Tiġieġ għat-tismin

250 PPU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta' għalf sħiħ

250 - 750 PPU.

3.

Għall-użu f' għalf kompost li fih aktar minn 0.22 % fosfru li huwa phytin bound

Mingħajr limitu ta' żmien


(1)  1 PPU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f' pH ta' 5 u 37 °C.”


ANNESS III

Nru (jew Nru KE)

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' annimal

Etàmassima

Kontenutminimu

Etàmassima

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta' għalf sħiħ

Enzymes

“28

3-Phytase

EC 3.1.3.8

Preparazzjoni ta' 3-phytase prodotta permezz ta' Trichoderma reesei (CBS 528.94) li fiha attività phytase minima ta':

 

Fil-forma solida: 5 000 PPU (1)//g

 

Fil-forma likwida: 5 000 PPU/g

Tiġieġ li jbidu

250 PPU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista' jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta' għalf sħiħ

250 – 1 000 PPU.

3.

Għall-użu f' għalf kompost li fih aktar minn 0.22 % fosfru li huwa phytin bound

7.3.2010

39

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

 

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodott mit- Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106) u endo-1,4-beta-xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) li għandha attivita minima ta’:

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 800 U (2)/g

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 800 U (3)/g-

Ħnienes (li nfatmu)

endo-1,3(4)-beta- glucanase:

400 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta' għalf sħiħ

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 400 U

 

endo-1,4-beta-xylanase: 400 U.

3.

Għall-użu f' għalf kompost li fih ħafna polysaccharides mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 65 % xgħir.

4.

Għall-ħnienes li nfatmu ta’ piż approssimattiv ta’ 35 kg

7.3.2010

53

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

 

Endo-1,4-beta-glucanase

EC 3.2.1.4

 

Alpha-amylase

EC 3.2.1.1

 

Bacillolysin

E.C. 3.4.24.28

 

Endo-1,4-beta-xylanase

E.C. 3.2.1.8

Il-preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta'

 

Endo-1,3(4) (4)-beta-glucanase: 2 350  U/g

 

Endo-1,4-beta-glucanase: 4 000  U (5)/g

 

Alpha-amylase: 400 U (6)/g

 

Bacillolysin: 450 U (7)/g

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 20 000  U (8)/g

Dundjani għat-tismin

Endo-1,3(4)-beta-glucanase:

587 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta’ ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta' għalf sħiħ:

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 587 - 2 350  U

 

endo-1,4-beta-glucanase: 1 000 - 4 000  U

 

alpha-amylase: 100 - 400 U

 

bacillolysin: 112 - 450 U

 

endo-1,4-beta-xylanase:5 000 - 20 000  U

3.

Għall-użu f' għalf kompost li fih ħafna polysaccharides mhux mil-lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u speċjalment arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ.

7.3.2010

Endo-1,4-beta-glucanase:

1 000  U

Alpha-amylase:

100 U

Bacillolysin:

112 U

Endo-1,4-beta-xylanase:

5 000  U


(1)  1 PPU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' fosfat inorganiku mis-sodium phytate fil-minuta f' pH ta' 5 u 37 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f' pH ta' 5.0 u 30 °C

(3)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan ta' l-oat spelt fil-minuta f' pH ta' 5.3 u 50 °C.

(4)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f' pH ta' 7.5 u 30 °C.

(5)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f' pH ta' 4.8 u 50.°C.

(6)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' glucosidic linkages minn polimeri tal-lamtu cross-linked li ma jinħallux fl-ilma fil-minuta f' pH ta' 7.5 u 37 °C.

(7)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jagħmel mikrogramma ta' ażo-kaseina li tinħall fl-aċidau trikloraċetiku fil-minuta f' pH ta' 7.5 u 37 °C.

(8)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0067 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan ta' l-injam tal-betula fil-minuta f' pH ta' 5.3 u 50 °C.”


Top