Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0228

    228/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/2006 tad- 9 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2257/94 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-banana

    ĠU L 39, 10.2.2006, p. 7–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 259–260 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/01/2012; Imħassar b' 32011R1333

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/228/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    259


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 228/2006

    tad-9 ta' Frar 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2257/94 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità għall-banana

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2257/94 (2) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 fir-rigward tal-istandards tal-kwalità għall-banana.

    (2)

    Riċerka reċenti dwar il-varjetajiet tal-banana wasslet għall-iżvilupp ta' diversi ibridi. Dan huwa l-każ għall-varjetà Flhorban 920, ibridu triplojde, Musa balbisiana X Musa acuminate, li tappartjeni għall-grupp AAA. Din il-varjetà ngħatat il-protezzjoni Komunitarja bid-Deċiżjoni Nru 13757 tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti tad-19 ta' Lulju 2004. L-ibridi għandhom għalhekk ikunu koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2257/94.

    (3)

    Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni, ir-Regolament (KEE) Nru 2257/94 jippermetti li banana prodotta fil-Madeira, l-Azores, l-Algarve, Kreta u Lakonja tiġi kummerċalizzata fil-Komunità meta tkun klassifikata fil-Klassi II anke jekk ma tissodisfax ir-rekwiżit li tkun twila tal-anqas 14-il ċm. Huwa xieraq li tiġi provduta l-istess deroga għall-banana prodotta f'Ċipru, fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi huma simili.

    (4)

    Fid-dawl tad-domanda tas-suq Komunitarju u b'kunsiderazzjoni għall-Istandard Codex Alimentarius għall-banana (Codex Stan 205-1997), għandu jkun hemm provvediment sabiex tkun permessa l-kummerċalizzazzjoni tal-banana ppreżentata bil-waħdiet.

    (5)

    Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 2257/94 għandu jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Banana,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2257/94 jinbidel kif ġej:

    (1)

    L-Anness I jinbidel kif ġej:

    (a)

    Il-punt I jinbidel b'dan li ġej:

    “I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

    Dan l-istandard japplika għall-banana tal-varjetajiet (cultivars) tal-Musa (AAA) spp., is-subgruppi Cavendish u Gros Michel, kif ukoll l-Ibridi, imsemmija fl-Anness II, għall-forniment, friska għall-konsumatur wara l-preparazzjoni u l-imballaġġ. Plantains, banana intenzjonata għall-ipproċessar industrijali u banana tat-tin mhumiex koperti.”

    (b)

    Fil-punt III, ir-raba' paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “B'eċċezzjoni għat-tielet paragrafu, banana prodotta fil-Madeira, l-Azores, l-Algarve, Kreta, Lakonja u Ċipru li hija twila inqas minn 14-il ċm tista' tiġi kummerċalizzata fil-Komunità iżda għandha tiġi kklassifikata fil-Klassi II.”

    (c)

    Fil-punt V, il-punt C, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “Il-banana għandha tkun ippreżentata f'għenieqed jew partijiet ta' għenieqed b'tal-anqas erba' bananiet. Il-banana tista' tiġi ppreżentata bil-waħdiet.”

    (2)

    Fl-Anness II, il-Grupp AAA, wara s-subgrupp Gros Michel tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

    Grupp

    Subgrupp

    Cultivars ewlenin

    (lista mhux eżawrjenti)

     

    “Ibridi

    Flhorban 920”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 9 ta' Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 47, 25.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni tal-2003.

    (2)  ĠU L 245, 20.9.1994, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/97 (ĠU L 60, 1.3.1997, p. 53).


    Top