This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0101
Council Regulation (EC) No 101/2006 of 20 January 2006 amending Regulations (EC) No 1975/2004 and (EC) No 1976/2004 extending definitive anti-dumping and countervailing duties on imports of polyethylene terephthalate (PET) film originating in India, to imports of polyethylene terephthalate (PET) film consigned from Brazil and from Israel, whether declared as originating in Brazil or Israel or not
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 101/2006 ta' l- 20 ta' Jannar 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u Nru 1976/2004 li jestendu d-dazji definittivi anti-dumping u t-taxxi kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina mill-Indja, għall-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati bħala li joriġinaw mill-Brażil jew mill-Iżrael u kemm jekk le
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 101/2006 ta' l- 20 ta' Jannar 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u Nru 1976/2004 li jestendu d-dazji definittivi anti-dumping u t-taxxi kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina mill-Indja, għall-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati bħala li joriġinaw mill-Brażil jew mill-Iżrael u kemm jekk le
ĠU L 17, 21.1.2006, pp. 1–3
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 270M, 29.9.2006, pp. 57–59
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2006
|
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
57 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 101/2006
ta' l-20 ta' Jannar 2006
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u Nru 1976/2004 li jestendu d-dazji definittivi anti-dumping u t-taxxi kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina mill-Indja, għall-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati bħala li joriġinaw mill-Brażil jew mill-Iżrael u kemm jekk le
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni soġġetta għad-dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku anti-dumping”), u b’mod partikulari l-Artikoli 11(4) u 13(4) tiegħu, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ssussidjata minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku kontra s-sussidji”) u b’mod partikulari l-Artikoli 20 u 23 (3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkunsultat mal-Kumitat ta’ Konsulenza,
Billi:
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
|
(1) |
Il-Kunsill, bir-Regolamenti (KE) Nru 1676/2001 (3) u Nru 2597/1999 (4) impona miżuri anti-dumping u kumpensatorji rispettivament fuq il-film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja. |
|
(2) |
Bir-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 (5) u Nru 1976/2004 (6), il-Kunsill estenda dawn il-miżuri għall-film tal-PET ikkunsinnati minn Iżrael u mill-Brażil (“il-miżuri estiżi”) ħlief għall-importazzjoni prodotta minn kumpanija Brażiljana waħda, Terphane Ltda, u kumpanija Iżraeljana waħda, Jolybar Ltd, imsemmija speċifikament f’kull wieħed min dawk ir-Regolamenti. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2004 (7), il-Kummissjoni bdiet reviżjoni ta’ l-iskadenza tal-miżuri ta’ kontrobilanċ definittivi fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Ir-revoka tal-kontinwita tal-miżuri estiżi se tiddependi fuq x’jinsab fl-investigazzjoni. |
B. INVESTIGAZZJONI KURRENTI
1. Talba għal reviżjoni
|
(4) |
Wara li l-Kummissjoni rċeviet talba għall-eżenzjoni mill-miżuri estiżi skond l-Artikoli 11(40 u 13(4) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikoli 20 u 23(3) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. L-applikazzjoni kienet iddepożitata minn Hanita Coatings Rural Cooperative Association Ltd, Kibbutz Hanita, 22885, Israel (“Hanita”), produttur fl-Iżrael (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
2. Bidu tar-reviżjoni
|
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza ppreżentata minn Hanita u kienet tal-fehma li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skond l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikoli 20 u 23(3) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Bil-għan li tiddetermina l-possibbiltà li teżenta lil Hanita mill-miżuri estiżi. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Konsulenza, u wara li l-industrija tal-Komunità kkonċernata kienet ingħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, bir-Regolament (KE) Nru 1370/2005 (8), revizjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u 1976/2004 fir-rigward ta’ Hanita. |
|
(6) |
Ir-Regolament li jagħti bidu għar-reviżjoni jħassar id-dazju anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1975/2004 fir-rigward ta’ l-importazjoni tal-prodott taħt l-investigazzjoni ikkunsinnat minn Iżrael min-naħa ta’ Hanita. Fl-istess ħin, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku anti-dumping, l-awtoritajiet doganali kienu ordnati jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw din l-importazzjoni. |
3. Prodott ikkonċernat
|
(7) |
Il-prodott ikkonċernat huwa, kif iddefinit fl-investigazzjoni oriġinali, film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja, normalment iddikjarat taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(8) |
Hija l-fehma illi l-prodott ikkonċernat u l-film tal-PET ikkunsinnat minn Iżrael lill-Komunità taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 (“il-prodott taħt reviżjoni”) għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi, fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użu. Għalhekk, huma meqjusa bħala prodotti li jixxiebhu fil-kuntest ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. |
4. Investigazzjoni
|
(9) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lil Hanita u lir-rappreżentanti tal-pajiż ikkonċernat bil-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom u kienu mgħarrfa bil-possibiltà li jitolbu laqgħa biex jinstemgħu. Madankollu, ma saret l-ebda talba bħal din. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll lista ta’ mistoqsijiet lil Hanita u rċeviet tweġiba sodisfaċenti fiż-żmien rilevanti li kien stipulat. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għall-iskop tar-reviżjoni. Saret żjara ta’ verifika fil-bini ta’ Hanita. |
5. Perjodu ta’ investigazzjoni
|
(11) |
L-investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2005 (“l-IP”). Id-data nġabret mill-2001 sa l-aħħar ta’ l-IP sabiex tkun investigata kull bidla fix-xejra tal-kummerċ. |
C. RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI
|
(12) |
L-investigazzjoni kkonfermat illi Hamita ma kinitx esportat il-prodott taħt reviżjoni lill-Komunità matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, i.e. l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2003. L-ewwel esportazzjoni tal-prodott minn Hanita saret wara l-estensjoni tal-miżuri. |
|
(13) |
Barra dan, skond l-evidenza dokumentata ppreżentata, Hanita kienet kapaċi turi b’mod sodisfaċenti illi hija ma kellha l-ebda rabta diretta jew indiretta ma’ xi wieħed mill-produtturi Indjani li jesportaw jew ma’ kumpaniji Iżraeljani soġġetti għall-miżuri anti-dumping u kumpensatorji fis-seħħ. |
|
(14) |
Kif issemma’ digà fil-premessa (12), l-ewwel darba li Hanita esportat il-prodott taħt reviżjoni lill-Komunità kien wara l-estensjoni tal-miżuri. Hanita tittrasforma u taqta’ l-film tal-PET li tixtri u tipproduċi firxa ta’ prodotti, uħud minnhom jaqgħu taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat. Il-film tal-PET ipproċessat minn Hanita u esportat lill-Komunità ma jintużalu xejn minnu li ġej mill-Indja. Għalhekk huwa deċiż illi din il-prattika ma tikkostitwix mezz ta’ kif taħrab mil-liġi. |
D. EMENDA GĦALL-MIŻURI TAĦT REVIŻJONI
|
(15) |
B’konformità mad-deċiżjoni hawn fuq imsemmija illi Hanita nstabet li ma kinitx sabet mezz kif iddur mal-miżuri fis-seħħ, il-kumpanija għandha tkun eżenti mill-miżuri estiżi. |
|
(16) |
Ir-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjoni ta’ film tal-PET ikkunsinnat minn Iżrael min-naħa ta’ Hanita, kif imposta mir-Regolament tal-bidu, għandha tintemm. Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku anti-dumping, li jipprovdi illi għandhom ikunu applikati miżuri kontra l-importazzjoni rreġistrata mid-data tar-reġistrazzjoni, l-ebda dazju anti-dumping m’għandu jinġabar fuq l-importazzjoni ta’ film tal-PET ikkunsinnat minn Iżrael min-naħa ta’ Hanita li daħal fil-Komunità taħt ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-bidu. |
|
(17) |
L-eżenzjoni mill-miżuri estiżi maħruġa fuq il-film tal-PET maħdum minn Hanita għandha, skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 23(3) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, tibqa’ valida taħt il-kondizzjoni li ma jkunx stabbilit illi l-eżenzjoni kienet ingħatat fuq il-bażi ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa ppreżentata mill-kumpanija kkonċernata. Jekk prima facie l-evidenza turi mod ieħor, jista’ jingħata bidu għall-investigazzjoni mill-Kummissjoni biex ikun deċiż jekk ikunx iġġustifikat l-irtirar ta’ l-eżenzjoni. |
|
(18) |
L-eżenzjoni mill-miżuri estiżi fuq l-importazzjoni ta’ film tal-PET mingħand Hanita kienet stabbilita fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tar-reviżjoni attwali. Din l-eżenzjoni għalhekk tapplika esklussivament għall-importazzjoni ta’ film tal-PET ikkunsinnat minn Iżrael u maħdum minn dik l-entità ġuridika speċifika. Il-film tal-PET importat li jkun maħdum jew ikkunsinnat minn kumpanija mhux imsemmija b’mod speċifiku fl-Artikolu 1(1) tar-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u (KE) Nru 1976/2004 b’isimha u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet konnessi ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju residwali kif imposta mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 u (KE) Nru 2571/1999. |
E. PROĊEDURA
|
(19) |
Hanita u l-partijiet interessati l-oħrajn kienu kollha infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tingħata eżenzjoni lil Hanita mill-miżuri estiżi u l-ebda kumment ma ntbagħat. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1975/2004 għandu jkun issostitwit b’dan li ġej:
“1. Id-dazju definittiv anti-dumping ta’ 53,5 % impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001 dwar l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate li joriġina fl-Indja, li hu kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 , huwa b’dan estiż għall-importazzjoni ta’ l-istess film tal-polyethylene terephthalate ikkunsinnat mill-Brażil u kkunsinnat minn Iżrael (kemm jekk iddikjarat li joriġina fil-Brażil jew f’ Iżrael jew le) (kodiċi TARIC 3920 62 19 01, 3920 62 19 04, 3920 62 19 07, 3920 62 19 11, 3920 62 19 14, 3920 62 19 17, 3920 62 19 21, 3920 62 19 24, 3920 62 19 27, 3920 62 19 31, 3920 62 19 34, 3920 62 19 37, 3920 62 19 41, 3920 62 19 44, 3920 62 19 47, 3920 62 19 51, 3920 62 19 54, 3920 62 19 57, 3920 62 19 61, 3920 62 19 67, 3920 62 19 74, 3920 62 19 92, 3920 62 90 31, 3920 62 90 92) ħlief għal dawk maħduma minn Terphane Ltda, BR 101, km 101, City of Cabo de Santo Agostinho, State of Pernambuco, Brazil (Kodiċi TARIC addizzjonali A569), minn Jolybar Filmtechnic Converting Ltd (1987), Hacharutsim str. 7, Ind. Park Siim 2000, Natania South, 42504, POB 8380, Israel (Kodiċi TARIC addizzjonali A570) u minn Hanita Coatings Rural Cooperative Association Ltd, Kibbutz Hanita, 22885, Israel (Kodiċi TARIC addizzjonali A691).”.
2. L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1976/2004 għandu jkun issostitwit b’dan li ġej:
“1. Id-dazju definittiv kumpensatorju ta’ 19,1 % impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/1999 dwar l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate li joriġina fl-Indja, li hu kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 , huwa b’dan estiż għall-importazzjoni ta’ l-istess film tal-polyethylene terephthalate ikkunsinnat mill-Brażil u kkunsinnat minn Iżrael (kemm jekk iddikjarat li joriġina fil-Brażil jew f’Iżrael jew le) (TARIC kodiċi 3920 62 19 01, 3920 62 19 04, 3920 62 19 07, 3920 62 19 11, 3920 62 19 14, 3920 62 19 17, 3920 62 19 21, 3920 62 19 24, 3920 62 19 27, 3920 62 19 31, 3920 62 19 34, 3920 62 19 37, 3920 62 19 41, 3920 62 19 44, 3920 62 19 47, 3920 62 19 51, 3920 62 19 54, 3920 62 19 57, 3920 62 19 61, 3920 62 19 67, 3920 62 19 74, 3920 62 19 92, 3920 62 90 31, 3920 62 90 92) ħlief għal dawk maħduma minn Terphane Ltda BR 101, km 101, City of Cabo de Santo Agostinho, State of Pernambuco, Brazil (Kodiċi TARIC addizzjonali A569), minn Jolybar Filmtechnic Converting Ltd (1987), Hacharutsim str. 7, Ind. Park Siim 2000, Natania South, 42504, POB 8380, Israel (Kodiċi TARIC addizzjonali A570) u minn Hanita Coatings Rural Cooperative Association Ltd, Kibbutz Hanita, 22885, Israel (Kodiċi TARIC addizzjonali A691).”
Artikolu 2
Ir-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjoni ta’ film tal-PET imposta mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1370/2005 għandha tintemm mingħajr il-ġbir tad-dazji anti-dumping.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-20 ta' Jannar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PLASSNIK
(1) ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).
(2) ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE).
(3) ĠU L 227, tat-23.8.2001, p. 1.
(4) ĠU L 316, ta’ l-10.12.1999, p. 1.
(5) ĠU L 342, tal-15.11.2004, p. 1.
(6) ĠU L 342, tal-15.11.2004, p. 8.