This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0128
Commission Directive 2006/128/EC of 8 December 2006 amending and correcting Directive 95/31/EC laying down specific criteria of purity concerning sweeteners for use in foodstuffs (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/128/KE tat- 8 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/128/KE tat- 8 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 346, 9.12.2006, p. 6–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 414–422
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 17/07/2008
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
414 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/128/KE
tat-8 ta' Diċembru 2006
li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3)(a) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (2), telenka dawk is-sustanzi li jistgħu jintużaw bħala ħlewwiet fil-prodotti ta’ l-ikel. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel (3), tistipula l-kriterji ta’ purità għall-ħlewwiet elenkati fid-Direttiva 94/35/KE. |
(3) |
Jeħtieġ li jiġu adottati kriterji speċifiċi għall-eritritol Eritritol E 968, addittiv ġdid ta’ l-ikel, awtorizzat mid-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwau d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel. |
(4) |
Uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 95/31/KE fihom xi żbalji rigward is-sustanzi li ġejjin: l-E 954 sakkarina u l-imluħa tagħha tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju, sukralożju, melħ E 962 ta’ l-aspartame-acesulfame, E 965 (i) maltitol, E 966 lactitol. Dawn l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif imfassla mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA). B’mod partikolari fejn xieraq, il-kriterji speċifiċi ta’ purità ġew adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal individwali ta’ interess. Għal raġunijiet ta’ ċarezza t-test kollu rigward dawn is-sustanzi għandu jinbidel. |
(5) |
L-EFSA fl-opinjoni xjentifika tagħha tad-19 ta' April 2006 kkonkludiet li l-kompożizzjoni tax-xropp (ġulepp) tal-maltitol ibbażata fuq metodu ġdid ta’ produzzjoni se tkun simili għal dik tal-prodott eżistenti u se tkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjoni eżistenti. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi emendata d-definizzjoni ta’ l-E 965 (ii) ġulepp tal-maltitol E 965 (ii) stipulata fid-Direttiva 95/31/KE għall-E 965 billi tinkludi dan il-metodu ġdid ta’ produzzjoni. |
(6) |
Id-Direttiva 95/31/KEE għandha għalhekk tiġi emendata u kkoreġuta. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 95/31/KE huwa emendat u kkoreġut skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif iridu li ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).
(3) ĠU L 178, 28.7.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/46/KE (ĠU L 114, 21.4.2004, p. 15).
ANNESS
L-Anness tad-Direttiva 95/31/KEE qed jiġi emendat u kkoreġut kif ġej:
1. |
It-test li ġej rigward l-eritritol E 968 huwa mdaħħal wara l-E 967 xylitol:
|
2. |
It-test rigward l-E 954 sakkarina u l-imluħa tagħha tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju huwa mibdul b’li ġej:
|
3. |
It-test li jikkonċerna l-sukralożju E 955 huwa mibdul b’dan li ġej:
|
4. |
It-test li jikkonċerna l-E 962 melħ ta’ l-aspartame-acesulfame huwa mibdul b’dan li ġej:
|
5. |
It-test li jikkonċerna l-E 965 (i) maltitol huwa mibdul b’dan li ġej:
|
6. |
It-test li jikkonċerna l-E 965 (ii) ġulepp tal-maltitol huwa mibdul b’dan li ġej:
|
7. |
It-test li jikkonċerna l-E 966 lactitol huwa mibdul b’dan li ġej:
|