This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0098
Council Directive 2006/98/EC of 20 November 2006 adapting certain Directives in the field of taxation, by reason of the accession of Bulgaria and Romania
2006/98/KE: Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE ta' l- 20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija
2006/98/KE: Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE ta' l- 20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija
ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129–136
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 757–764
(MT)
In force
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
757 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/98/KE
ta' l-20 ta’ Novembru 2006
li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007, u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa m'humiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali. |
(2) |
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati fejn meħtieġ biex jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni. |
(3) |
Id-Direttivi 69/335/KEE (2), 77/388/KEE (3), 77/799/KEE (4), 79/1072/KEE (5), 83/182/KEE (6) 90/434/KEE (7), 90/435/KEE (8), 2003/48/KE (9), u 2003/49/KE (10) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttivi 69/335/KEE, 77/388/KEE, 77/799/KEE, 79/1072/KEE, 83/182/KEE, 90/434/KEE, 90/435/KEE, 2003/48/KE u 2003/49/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif imniżżel fl-Anness.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-Unjoni Ewropea. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew tali riferenza għandha takkumpanjahom meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.
(2) ĠU L 249, 3.10.1969, p. 25.
(3) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.
(4) ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15.
(5) ĠU L 331, 27.12.1979, p. 11.
(6) ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59.
(7) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1.
(8) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6.
(9) ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38.
(10) ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49.
ANNESS
TASSAZZJONI
1. |
31969 L 0335: Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas-17 ta’ Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, 3.10.1969, p. 25), kif emendata minn:
Dan li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 3 (1)(a): “Kumpanniji taħt il-liġi tal-Bulgarija magħrufa bħala:
Kumpanniji taħt il-liġi tar-Rumanija magħrufa bħala:
|
2. |
31977 L 0388: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1), kif emendata minn:
|
3. |
31977 L 0799: Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, u t-tassazzjoni fuq primjums ta' l-assigurazzjoni (ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15), kif emendata minn:
|
4. |
31979 L 1072: It-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE tas-6 ta’ Diċembru 1979 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU L 331, 27.12.1979, p. 11), kif emendata minn:
|
5. |
31983 L 0182: Id-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunita għal ċerti mezzi ta’ trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59), kif emendata minn:
Dan li ġej jiżdied ma’ l-Anness: “IL-BULGARIJA
IR-RUMANIJA
|
6. |
31990 L 0434: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 1), kif emendata minn:
|
7. |
31990 L 0435: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 6), kif emendata minn:
|
8. |
32003 L 0048: Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ mgħax (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38), kif emendata minn:
Fl-Anness, dan li ġej jiddaħħal bejn l-entrati għall-Belġju u Spanja:
u, bejn l-entrati għall-Portugall u s-Slovakkja:
|
9. |
32003 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KEE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' mgħax u ta' royalties bejn kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49), kif emendata minn:
|