This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0069
Council Directive 2006/69/EC of 24 July 2006 amending Directive 77/388/EEC as regards certain measures to simplify the procedure for charging value added tax and to assist in countering tax evasion or avoidance, and repealing certain Decisions granting derogations
Direttiva tal-Kunsill 2006/69/KE ta' l- 24 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri li jissimplifikaw il-proċedura għall-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jassistu fil-ġlieda kontra l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa, u li tħassar ċerti Deċiżjonijiet li jipprovdu derogi
Direttiva tal-Kunsill 2006/69/KE ta' l- 24 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri li jissimplifikaw il-proċedura għall-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jassistu fil-ġlieda kontra l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa, u li tħassar ċerti Deċiżjonijiet li jipprovdu derogi
ĠU L 221, 12.8.2006, p. 9–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 232–237
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006L0112
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
232 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/69/KE
ta' l-24 ta’ Lulju 2006
li temenda d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri li jissimplifikaw il-proċedura għall-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jassistu fil-ġlieda kontra l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa, u li tħassar ċerti Deċiżjonijiet li jipprovdu derogi
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Sabiex jiġu miġġielda l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa u sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura għall-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ċerti derogi li jkopru problemi simili ġew mogħtija taħt termini varji lil Stati Membri individwali mill-Kunsill skond l-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (3). Għandha ssir disponibbli soluzzjoni għall-problemi msemmija għall-Istati Membri kollha permezz ta' inkorporazzjoni f'dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u limitati sabiex jiġġieldu l-problema konċernata. Billi l-Istati Membri għandhom ħtiġijiet differenti, dik l-inkorporazzjoni għandha tkun limitata għall-estensjoni tal-possibbiltà ta' l-adozzjoni tar-regoli konċernati għall-Istati Membri kollha, kif u meta tinqala' l-ħtieġa. |
(2) |
L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw li l-miżuri previsti fid-Direttiva 77/388/KEE relatati mal-persuna taxxabbli u mat-trasferiment ta' negozju mqabbad ma jiġux sfruttati bil-għan ta' l-evażjoni u ta' l-evitar tat-taxxa. |
(3) |
Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jintervjenu fir-rigward tal-valur ta' provvisti u akkwisti f'ċirkostanzi limitati speċifiċi, sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda telf ta' taxxa bl-użu ta' partijiet konnessi sabiex jinkisbu benefiċċji fiskali. |
(4) |
Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jinkludu, fl-ambitu ta' l-ammont taxxabbli ta' tranżazzjoni, li tinvolvi t-tħaddim ta' deheb ta' investiment provdut minn klijent, il-valur ta' dak id-deheb ta' investiment fejn, bit-taħdim tiegħu, id-deheb jitlef l-istatus tiegħu ta' deheb ta' investiment. |
(5) |
Għandu jkun enfasizzat li ċerti servizzi fir-rigward tan-natura ta' beni kapitali jistgħu jiġu inklużi fl-iskema li tippermetti l-aġġustament ta' tnaqqis għal beni kapitali tul il-ħajja ta' l-assi, skond l-użu effettiv tagħhom. |
(6) |
L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi, f'każi speċifiċi, jaħtru lid-destinatarju ta' fornituri bħala l-persuna responsabbli mill-ħlas u mill-konformità relatati mat-taxxa fuq il-valur miżjud. Dan għandu jgħin lill-Istati Membri fis-simplifikazzjoni tar-regoli u fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa f'setturi identifikati u fir-rigward ta' ċerti tipi ta' tranżazzjonijiet. |
(7) |
Id-Direttiva 77/388/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
(8) |
Konsegwentement, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu jistgħu jkomplu jieħdu vantaġġ minn derogi individwali mogħtija lilhom minn ċerti Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skond l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 77/388/KEE u li huma koperti mid-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva. Id-deċiżjonijiet konċernati għandhom għalhekk jiġu espliċitament imħassra. Din id-Direttiva ma għandhiex tinċidi fuq miżuri applikati minn Stati Membri skond l-Artikolu 27 (5) tad-Direttiva 77/388/KEE; lanqas ma għandha tinċidi fuq derogi li ngħataw skond l-Artikolu 27(1) ta' dik id-Direttiva u li ma tħassrux b'din id-Direttiva. |
(9) |
L-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva hija fakultattiva u huma għandhom jippermettu lill-Istati Membri ċertu grad ta' diskrezzjoni. Fejn ikun xieraq għal raġunijiet ta' trasparenza, għandu jkun provdut li l-Istati Membri ikollhom jinfurmaw lill- Istati Membri l-oħrajn permezz tal-Kumitat Konsultattiv dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilit taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 77/388/KEE bi kwalunkwe liġi nazzjonali adottata skond dawk id-dispożizzjonijiet. Tali informazzjoni ma għandhiex tkun neċessarja fir-rispett ta' miżuri nazzjonali meħuda taħt Deċiżjoni li ġiet imħassra permezz ta' din id-Direttiva, jew li tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, iżda li Stat Membru jkompli japplika taħt id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 77/388/KEE hija emendata kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 4(4), għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej: “Stat Membru li jeżerċita l-għażla prevista fit-tieni subparagrafu, jista' jadotta kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jimpedixxi l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa permezz ta' l-użu ta' din id-dispożizzjoni.” |
2) |
Fl-Artikolu 5(8) it-tieni sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Fejn ikun il-każ, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet fejn il-benefiċjarju ma jkunx għal kollox suġġett għat-taxxa, jieħdu l-miżuri meħtieġa li jimpedixxu d-distorzjoni tal-kompetizzjoni. Huma jistgħu ukoll jadottaw kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jimpedixxu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa permezz ta' l-użu ta' din id-dispożizzjoni.” |
3) |
L-Artikolu 11(A) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
4) |
L-Artikolu 17(4), fil-verżjoni disposta fl-Artikolu 28f(1), għandu jiġi emendat kif ġej:
|
5) |
Fl-Artikolu 18(1)(d), fil-verżjoni disposta fl-Artikolu 28f(2), il-kliem “l-Artikolu 21(1)” għandhom jiġu sostitwiti bi “l-Artikolu 21(1) jew l-Artikolu 21(2)(ċ)”; |
6) |
Fl-Artikolu 20(4), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw il-paragrafi 2 u 3 għal servizzi li għandhom karatteristiċi simili għal dawk li normalment attribwiti lil oġġetti kapitali.”; |
7) |
Fl-Artikolu 21(2), fil-verżjoni disposta fl-Artikolu 28g, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
8) |
Għandu jiġi miżjud l-Anness M dispost fl-Anness I ma' din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Dawk id-Deċiżjonijiet li jinsabu elenkati fl-Anness II ma' din id-Direttiva għandhom jiġu mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2008.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' l-Artikolu 1(3) fir-rigward ta' l-Artikolu 11(A)(7) ġdid tad-Direttiva 77/388/KEE, u ma' l-Artikolu 1(4), fir-rigward tar-referenza fil-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 77/388/KEE fil-verżjoni disposta fl-Artikolu 28f(1) għall-Artikolu 21(1)(f) ta' dik id-Direttiva, minn mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet taħt din id-Direttiva, huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 24 ta’ Lulju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
K.RAJAMÄKI
(1) Opinjoni tas-6 ta' Lulju 2006 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 65, 17.3.2006, p. 103.
(3) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/18/KE (ĠU L 51, 22.2.2006, p. 12).
ANNESS I
“ANNEX M
Lista ta' provvisti ta' merkanzija u servizzi kif imsemmija fl-Artikolu 21(2)(ċ)(iv)
(a) |
il-provvista ta' skart li fih il-ħadid u ta' dak li ma fihx ħadid, ruttam, u materjali użati inklużi dawk ta' prodotti semi-kompluti li jirriżultaw mill-ipproċessar, mill-manifattura jew mit-tidwib ta' metalli ferrużi u mhux ferrużi u l-ligi tagħhom; |
(b) |
il-provvista ta' prodotti semi-proċessati ferrużi u mhux ferrużi u ċerti servizzi assoċjati ta' pproċessar; |
(ċ) |
il-provvista ta' residwi u materjali oħrajn riċiklabbli li jikkonsistu minn metalli ferrużi u mhux ferrużi, il-ligi tagħhom, il-gagazza, l-irmied, il-qxur u r-residwi industrijali li fihom il-metalli jew il-ligi tagħhom u l-provvista ta' servizzi ta' għażla, ta' qtugħ, ta' frammentazzjoni u ta' ippressar għal dawn il-prodotti; |
(d) |
il-provvista ta', u ċerti servizzi ta' proċessar relatati ma', skart ferruż u mhux ferruż, kif ukoll bċejjeċ tat-taqtigħ, ruttam, skart u materjal użat u riċiklabbli li jkun magħmul minn ħġieġ imkisser, ħġieġ, karti, kartun u bord, ċraret, għadam, ġilda, ġilda artifiċjali, parċmina, ġilda mhux maħduma u ġilda, tendini u nervituri, spag, ċwiemi, ħbula, cables, lastiku u plastik; |
(e) |
il-provvista tal-materjali msemmija f'dan l-Anness wara l-ipproċessar fil-forma ta' tindif, lustratura, għażla, qtugħ, frammentazzjoni, ippressar jew ikkastjar f'ingotti; |
(f) |
il-provvista ta' ruttam u skart li jirriżulta mil-lavur ta' materjali ta' bażi.” |
ANNESS II
Lista ta' Deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE imħassra minn din id-Direttiva.
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill meqjusa li ġiet adottata fil-15 ta' April 1984 li tawtorizza lir-Renju Unit japplika miżura ta' deroga mis-Sitt Direttiva bil-ħsieb li jiġu evitati ċerti tipi ta' frodi jew evażjoni tat-taxxa fir-rigward ta' provvisti ta' deheb, muniti tad-deheb u ruttam tad-deheb bejn persuni taxxabbli permezz ta' skema speċjali ta' kontabbiltà tat-taxxa (1). |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill meqjusa li ġiet adottata fil-11 ta' April 1987 li tawtorizza lir-Renju Unit japplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 77/388/KEE (2). |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/498/KEE (3) 1988 li tawtorizza lir-Renju ta' l-Olanda japplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 21(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE. |
|
Deċiżjoni tal-Kunsill meqjusa li ġiet adottata fit-18 ta' Frar 1997 taħt il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 77/388/KEE fil-verżjoni tagħha tas-17 ta' Mejju 1977 li tawtorizza lir-Repubblika ta' Franza sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikoli 2 u 10 tad-Direttiva 77/388/KEE. Din id-Deċiżjoni ssegwi n-notifika tat-talba lill-Istati Membri fit-18 ta' Diċembru 1996. |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/23/KE (4) li tawtorizza lir-Renju Unit sabiex jestendi miżura ta' deroga mill-Artikolu 28e(1) tad-Direttiva 77/388/KEE. |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/439/KE (5) li tawtorizza lill-Ġermanja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/388/KEE. |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/880/KE (6) li tawtorizza lill-Awstrija sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/388/KEE. |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/290/KE (7) li tawtorizza lill-Ġermanja sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/388/KEE. |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/736/KE (8) li tawtorizza lir-Renju Unit sabiex jintroduċi miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 77/388/KEE. |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/758/KE (9) li tawtorizza lill-Awstrija sabiex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/388/KEE. |
(1) ĠU L 264, 5.10.1984, p. 27.
(2) ĠU L 132, 21.5.1987, p. 22.
(3) ĠU L 269, 29.9.1988, p. 54.
(4) ĠU L 8, 14.1.1998, p. 24. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2003/909/KE (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 49).
(5) ĠU L 151, 11.6.2002, p. 12.
(6) ĠU L 306, 8.11.2002, p. 24.
(7) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 59.