This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0051
Commission Directive 2006/51/EC of 6 June 2006 amending for the purposes of adapting to technical progress Annex I to Directive 2005/55/EC of the European Parliament and of the Council and Annexes IV and V to Directive 2005/78/EC as regards requirements for the emission control monitoring system for use in vehicles and exemptions for gas engines (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/51/KE tas- 6 ta' Ġunju 2006 li temenda għall-għanijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/78/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għall-użu fil-vetturi u l-eżenzjonijiet għall-magni li jaħdmu bil-gass Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/51/KE tas- 6 ta' Ġunju 2006 li temenda għall-għanijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/78/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għall-użu fil-vetturi u l-eżenzjonijiet għall-magni li jaħdmu bil-gass Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 152, 7.6.2006, p. 11–21
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 1–11
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2013
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/51/KE
tas-6 ta' Ġunju 2006
li temenda għall-għanijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/78/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għall-użu fil-vetturi u l-eżenzjonijiet għall-magni li jaħdmu bil-gass
(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u bil-karrijiet [trejlers] (1) tagħhom, u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,
Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni compression ignition għall-użu fil-vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu fil-vetturi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2005/55/KE hi waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità stabbilita fid-Direttiva 70/156/KEE. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE ta' l-14 ta' Novembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni compression ignition għall-użu fil-vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu fil-vetturi, u li temenda l-Annessi I, II, III, IV u VI tagħha introduċiet miżuri ta' emenda u ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-durabbiltà tas-sistemi ta' kontroll ta' l-emissjonijiet, konformità matul l-użu matul perjodu utli ddefinit u sistemi dijanjostiċi ta' abbord (OBD) għal vetturi u magni heavy duty ġodda. |
(3) |
Fid-dawl tal-progress tekniku issa huwa xieraq li jiġu introdotti rekwiżiti mtejba marbuta mal-verifika tal-kundizzjonijiet, fallimenti u dimostrazzjoni operattivi tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet matul l-approvazzjoni tat-tip. |
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li t-tħaddim tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet ma jkunx imxekkel minn sistemi ta' diżattivazzjoni. |
(5) |
Magni li jaħdmu bil-gass ma jużawx it-teknoloġiji tar-riċirkolazzjoni tal-gassijiet ta' l-egżost jew dawk ta' tnaqqis katalitiku selettiva sabiex jissodisfaw l-istandards kurrenti għall-emissjonijiet tan-NOx. Għalhekk, jitqies li, f'dan l-istadju, magni li jaħdmu bil-gass u vetturi li jaħdmu bil-gass għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti sabiex jiġi żgurat it-tħaddim korrett tal-miżuri tal-kontroll tan-NOx. L-eżenzjoni tista' tiġi revokata meta jitqiesu stadji ulterjuri ta' emissjonijiet. |
(6) |
Huwa xieraq li tiġi aġġustata d-data ta’ l-applikar tat-taqsimiet 6.5.3, 6.5.4 u 6.5.5 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE fil-każ ta’ approvazzjonijiet tat-tip ġodda. |
(7) |
Il-Kummissjoni biħsiebha tirrevedi l-valuri ta' limitu OBD sabiex tadattahom għall-progress tekniku. |
(8) |
Id-Direttivi 2005/55/KE u 2005/78/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit mill-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE huwa emendat skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-8 ta' Novembru 2006, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mid-9 ta' Novembru 2006. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta dawn jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 6 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Kummissjoni 2006/28/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 27).
(2) ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE (ĠU L 313, 29.11.2005, p. 1)
ANNESS I
EMENDI GĦAD-DIRETTIVA 2005/55/KE
L-Anness I huwa emendat hekk:
(1) |
It-Taqsima 2.1 hija emendata hekk:
|
(2) |
Fit-tieni inċiż tat-taqsima 6.1.5.6, il-kliem “mod ta' tħaddim standard permanenti fir-rigward ta' l-emissjonijiiet” jinbidel bi “mod ta' tħaddim standard fir-rigward ta' l-emissjonijiiet” |
(3) |
It-Taqsima 6.5 tinbidel b' dan li ġej: “6.5. Rekwiżiti sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tal-miżuri ta' kontroll tan-NOx 6.5.1. Ġenerali 6.5.1.1. Din it-taqsima hija applikabbli għal sistemi ta' magni compression-ignition tkun xi tkun it-teknoloġija li tintuża sabiex tinżamm konformità mal-valuri ta' limitu ta' l-emissjonijiet previsti fit-tabelli fit-Taqsima 6.2.1. 6.5.1.2. Dati ta’ l-applikar Ir-rekwiżiti għat-taqsimiet 6.5.3, 6.5.4 u 6.5.5 għandhom japplikaw mid-9 ta’ Novembru 2006 għall-approvazzjonijiet tat-tip ġodda u mill-1 ta’ Ottubru 2007 għar-reġistrazzjonijiet kollha ta’ vettri ġodda. 6.5.1.3. Kwalunkwe sistema ta' magna koperta b'din it-taqsima għandha tkun iddisinjata, mibnija u installata b'tali mod li tkun tista' tissodisfa dawn ir-rekwiżiti matul il-ħajja utli tal-magna. 6.5.1.4. Informazzjoni li tiddeskrivi bis-sħiħ il-karatteristiċi funzjonali operattivi ta' sistema ta' magna koperta b'din it-taqsima għandha tkun provduta mill-manifattur fl-Anness II. 6.5.1.5. Fl-applikazzjoni tagħha għall-approvazzjoni tat-tip, jekk sistema ta' magna tesiġi reaġġent, il-manifattur għandu jispeċifika l-karatteristiċi tar-reaġġent(i) kkunsmati minn kwalunkwe sistema tat-trattament tal-egżost wara li dan ikun prodott, eż. tip u konċentrazzjonijiet, kundizzjonijiet tat-temperatura operattivi, ir-refereza għall-istandards internazzjonali eċċ. 6.5.1.6. Soġġetta għar-rekwiżiti stipulati fit-taqsima 6.1, kwalunkwe sistema ta' magna li hi koperta minn din it-taqsima għandha żżomm il-kontroll ta' l-emissjonijiet tagħha fit-tħaddim matul il-kundizzjonijiet kollha li jokkorru regolarment fit-territorju tal-Komunità, partikolarment temperaturi ambjentali baxxi. 6.5.1.7. Għall-għanijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu juri lis-Servizz Tekniku li għal sistemi ta' magna li jesiġu reaġġent, kwalunkwe emissjoni ta' ammonja ma taqbiżx, matul iċ-ċiklu tat-test ta' l-emissjonijiet applikabbli, valur minimu ta' 25 ppm. 6.5.1.8. Għal sistemi ta' magni li jesiġu reaġġent, kull tank separat tar-reaġġenti li jiġi installat f'vettura għandu jinkludi meżżi sabiex jittieħed kampjun ta' kwalunkwe fluwidu ġewwa t-tank. Il-punt ta' kampjunar għandu jkun faċilment aċċessibbli mingħajr l-użu ta' ebda għodda jew tagħmir speċjalizzat. 6.5.2. Rekwiżiti ta' manutenzjoni 6.5.2.1. Il-manifattur għandu jipprovdi jew jagħmel mezz li jkunu pprovduti lis-sidien kollha ta' vetturi ġodda heavy duty jew magni ġodda heavy duty struzzjonijiet bil-miktub li għandhom jiddikjaraw li jekk sistema għall-kontroll ta' l-emissjonijiet ta' vettura ma tkunx qed taħdem sew, is-sewwieq għandu jkun infurmat bil-problema mill-indikatur tan-nuqqas ta' funzjonalment u b'konsegwenza il-magna għandha taħdem b'effiċjenza mnaqqsa. 6.5.2.2. L-istruzzjonijiet iridu jindikaw ir-rekwiżiti għall-użu u l-manutenzjoni korretti tal-vetturi, u jridu jinkludu, fejn ikun rilevanti, l-użu ta' reaġġenti kunsmabbli. 6.5.2.3. L-istruzzjonijiet għandhom jinkitbu f'lingwaġġ ċar u mhux tekniku u fil-lingwa tal-pajjiż li fih tinbiegħ jew hija reġistrata l-vettura heavy duty jew il-magna heavy duty. 6.5.2.4. L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw jekk ir-reaġġenti konsumabbli għandhomx jerġgħu jimtlew mill-operatur tal-vettura bejn intervalli normali tal-manutenzjoni u għandhom jindikaw ir-rata probabbli ta' konsum tar-reaġġent skond it-tip tal-vettura heavy-duty l-ġdida. 6.5.2.5. L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw li l-użu ta' u l-mili mill-ġdid tar-reaġġent meħtieġ ta' l-ispeċifikazzjonijiet korretti, meta dan ikun indikat, huwa mandatorju sabiex il-vettura tkun konformi maċ-ċertifikat ta' konformità maħruġ għal dak it-tip ta' vettura jew ta' magna. 6.5.2.6. L-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li jista' jkun reat kriminali li tintuża vettura li ma tikkonsma l-ebda reaġġent jekk dan huwa meħtieġ għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet li jniġġsu u li, b'konsegwenza, kwalunkwe kundizzjonijiet favorevoli għax-xiri jew għall-operazzjoni tal-vetturi li nkisbu fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni jew pajjiż ieħor li fih il-vettura tintuża jsiru invalidi. 6.5.3. Kontroll tan-NOx tas-sistema tal-magna 6.5.3.1. It-tħaddim inkorrett tas-sistema tal-magna fir-rigward tal-kontroll ta' l-emissjonijiet tan-NOx (pereżempju minħabba n-nuqqas ta' kwalunkwe reaġġent meħtieġ, fluss inkorrett ta' l-EGR jew id-diżattivazzjoni ta' l-EGR) għandu jiġi determinat permezz tal-monitoraġġ tal-livell tan-NOx minn sensors ippożizzjonati fil-fluss ta' l-egżost. 6.5.3.2. Kwalunkwe devjazzjoni fil-livell tan-NOx ta' aktar minn 1.5 g/kWh 'il fuq mill-valur ta' limitu applikabbli mogħti fit-tabella 1 tat-taqsima 6.2.1 ta' l-Anness I, għandu jwassal sabiex is-sewwieq ikun infurmat bl-attivazzjoni ta' l-MI (kif imsemmi fit-taqsima 3.6.5 ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2005/78/KE). 6.5.3.3. Barra minn hekk, kodiċi ta' ħsara li ma jitħassarx li jidentifika r-raġuni għalfejn in-NOx jeċċedi l-livelli speċifikati fit-taqsima 6.5.3.2 għandu jinżamm skond it-taqsima 3.9.2 ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2005/78/KE għal mhux anqas minn 400 jum jew 9 600 siegħa ta' tħaddim tal-magna. Ir-raġunijiet għall-eċċedenza tal-NOx għandhom ikunu, bħal minimu, u fejn applikabbli, ikunu identifikati fil-każi ta’ tank tar-reaġġent vojt, interruzzjoni ta' l-attività tad-dożaġġ tar-reaġġent, kwalità insuffiċjenti ta' reaġġent, konsum baxx wisq ta' reaġġent, fluss inkorrett ta' EGR, jew id-diżattivazzjoni ta' l-EGR. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-manifattur jista’ jirreferi għalckodiċi ta' ħsara li ma jitħassarx ‘NOx għoli — kawża ewlenija mhux magħrufa’. 6.5.3.4. Jekk il-livell tan-NOx jaqbeż l-valuri ta' limitu OBD stabbiliti fit-tabella fl-Artikolu 4(3), limitatur tat-torque għandu jnaqqas l-effiċjenza tal-magna skond ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.5 b'tali mod li s-sewwieq tal-vettura żgur jinduna b'dan. Meta l-limitatur tat-torque jiġi attivat, is-sewwieq għandu jkompli jkun avżat skond ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.3.2 u kodiċi ta' ħsara li ma jitħassarx għandu jinżamm elenkat skond it-taqsima 6.5.3.3. 6.5.3.5. Fil-każ ta' sistemi ta' magni li jistrieħu fuq l-użu ta' EGR u l-ebda sistema ta' trattament ta' l-egżost għall-kontroll ta' l-emissjonijiet tan-NOx, il-manifattur jista' juża metodu alternattiv għar-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.3.1 għad-determinazzjoni tal-livell tan-NOx. Waqt l-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu juri li l-metodu alternattiv jiddetermina l-livell tan-NOx mingħajr ma jdum aktar mill-metodu l-ieħor u bl-istess preċiżjoni meta mqabbel mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.3.1 u li jwassal għall-istess konsegwenzi bħal dawk li jissemmew fit-taqsimiet 6.5.3.2, 6.5.3.3 u 6.5.3.4. 6.5.4. Kontroll tar-reaġġent 6.5.4.1. Għal vetturi li jesiġu l-użu ta' reaġġent sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din it-taqsima, is-sewwieq għandu jkun infurmat bil-livell ta' reaġġent li jinsab fit-tank tal-vettura għall-ħażna tar-reaġġent permezz ta' indikazzjoni speċifika mekkanika jew elettronika fuq id-daxxbord tal-vettura. Dan għandu jinkludi twissija meta l-livell tar-reaġġent:
L-indikatur tar-reaġġent għandu jitqiegħed viċin ta' l-indikatur tal-livell tal-fjuwil. 6.5.4.2. Is-sewwieq għandu jkun infurmat, skond ir-rekwiżiti tat-taqsima 3.6.5 ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2005/78/KE, jekk it-tank tar-reaġġent jitbattal. 6.5.4.3. Malli t-tank tar-reaġġent jiżvojta, ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.5 għandhom japplikaw flimkien mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.4.2. 6.5.4.4. Manifattur jista' jagħżel li jikkonforma mat-taqsimiet 6.5.4.5 sa 6.5.4.12 bħala alternattiva għall-konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.5.3. 6.5.4.5. Sistemi ta' magni għandhom jinkludu mezz sabiex jiġi ddeterminat li fluwidu jikkorrispondi mal-karatteristiċi tar-reaġġent dikjarati mill-manifattur u stabbiliti fl-Anness II għal din id-Direttiva huwa preżenti fuq il-vettura. 6.5.4.6. Jekk il-fluwidu fit-tank tar-reaġġent ma jikkorrispondix għar-rekwiżiti minimi ddikjarati mill-manifattur kif inhu stabbilit fl-Anness II ta' din id-Direttiva, ir-rekwiżiti addizzjonali tat-taqsima 6.5.4.12 għandhom japplikaw. 6.5.4.7. Sistemi ta' magni għandhom jinkludu mezz sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tar-reaġġent u li jipprovdi aċċess estern (mhux mill-vettura) għall-informazzjoni dwar il-konsum. 6.5.4.8. Il-konsum medju tar-reaġġent u l-konsum medju mitlub tar-reaġġent għall-magna, jew matul il-perjodu sħiħ ta' 48 tat-tħaddim tal-magna li jkunu għadhom kemm għaddew jew inkella l-perjodu meħtieġ għal konsum mitlub ta' reaġġent ta' mhux anqas minn 15-il litru, skond liema huwa l-itwal, għandu jkun disponibbli permezz tas-serial port tal-konnekter dijanjostiku standard kif imsemmi fit-taqsima 6.8.3 ta' l-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE. 6.5.4.9. Sabiex jiġi mmonitorjat il-konsum tar-reaġġent, għall-inqas il-parametri li ġejjin għandhom jiġu mmonitorjati fi ħdan il-magna:
6.5.4.10. Kwalunkwe devjazzjoni ta' aktar minn 50 % fil-konsum medju tar-reaġġent u konsum medju tar-reaġġent mitlub minn sistema ta' magna matul perjodu definit fit-taqsima 6.5.4.8 għandu jirriżulta fl-applikazzjoni tal-miżuri stipulati fit-taqsima 6.5.4.12. 6.5.4.11. Fil-każ ta' interruzzjoni fl-attività ta' dożaġġ tar-reaġġent, il-miżuri stipulati fit-taqsima 6.5.4.12 għandhom japplikaw. Dan mhux meħtieġ fejn interruzzjoni bħal din hi meħtieġa mill-ECU tal-magna għaliex il-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-magna huma tali li r-rendiment tal-magna fir-rigward ta' l-emissjonijiet ma jeħtieġx dożaġġ tar-reaġġent, dejjem jekk il-manifattur ikun informa biċ-ċar lill-awtorità ta' l-approvazzjoni meta kundizzjonijiet tat-tħaddim bħal dawn għandhom japplikaw. 6.5.4.12. Kull nuqqas li jingħaraf f’dak li għandu x’jaqsam mat-taqsimiet 6.5.4.6, 6.5.4.10 jew 6.5.4.11 għandhom iwasslu għall-istess konsegwenzi fl-istess ordni bħal dawk imsemmija fit-taqsimiet 6.5.3.2, 6.5.3.3. jew 6.5.3.4. 6.5.5. Miżuri għat-trażżin tat-tbagħbis tas-sistemi ta' trattament ta' l-egżost 6.5.5.1. Kwalunkwe sistema ta' magna koperta minn din it-taqsima għandha tinkludi limitatur tat-torque li jwissi lis-sewwieq li s-sistema tal-magna mhix taħdem sew jew li l-vettura qed titħaddem b'mod inkorrett biex b'hekk dak li jkun ikun imħeġġeġ jirrettifika minnufih kwalunkwe ħsara(t) 6.5.5.2. Il-limitatur tat-torque għandu jiġi attivat meta l-vettura tieqaf għall-ewwel darba wara li l-kundizzjonijiet f' 6.5.3.4, 6.5.4.3, 6.5.4.6, 6.5.4.10, jew 6.5.4.11 ikunu seħħew 6.5.5.3. Meta jiġi attivat il-limitatur tat-torque, it-torque tal-magna m'għandux, fi kwalunkwe każ jaqbeż valur kostanti ta':
6.5.5.4. Ir-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni u l-limitatur tat-torque huma stabbiliti fit-taqsimiet 6.5.5.5 sa 6.5.5.8. 6.5.5.5. Informazzjoni dettaljata bil-miktub li tiddeskrivi l-karatteristiċi funzjonali tat-tħaddim tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet u tal-limitatur tat-torque għandha tiġi speċifikata skond ir-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni tat-taqsima 6.1.7.1. (b). Speċifikament, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-algoritmi li jintużaw mill-ECU sabiex il-konċentrazzjoni tan-NOx tiġi relatata għall-emissjoni speċifika tan-NOx (fi' g/kWh) fuq l-ETC skond it-taqsima 6.5.6.5. 6.5.5.6. Il-limitatur tat-torque għandu jiġi diżattivat meta l-veloċità tal-magna ma tkunx ingranata jekk il-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tiegħu ma jkunux għadhom preżenti. Il-limitatur tat-torque m'għandux ikun diżattivat awtomatikament mingħajr tkun ġiet rettifikata r-raġuni għaliex ikun ġie attivat. 6.5.5.7. Id-deattivazzjoni tal-limitatur tat-torque m'għandhiex tkun fattibbli permezz ta' swiċċ jew għodda ta' manutenzjoni. 6.5.5.8. Il-limitatur tat-torque m'għandux japplika għal magni jew vetturi li jintużaw mis-servizzi armati, mis-servizzi ta' salvataġġ, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u l-ambulanzi. Id-deattivazzjoni permanenti għandha ssir biss mill-manifattur tal-magna jew tal-vettura, u tip ta' magna speċjali fi ħdan il-familja tal-magna għandu jiġi ddeżinjat għall-identifikazzjoni tajba. 6.5.6. Kundizzjonijiet ta' tħaddim għas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet 6.5.6.1. Is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandha tkun operattiva,
Din it-taqsima ma tapplikax fil-każ tal-monitoraġġ għal-livell ta' reaġġent fit-tank tal-ħżin fejn il-monitoraġġ għandu jsir fil-kundizzjonijiet kollha ta' l-użu. 6.5.6.2. Is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet tista' tiġi diżattivata meta strateġija ta' tħaddim b'effiċjenza mnaqqsa tiġi attivata u li tirriżulta fi tnaqqis tat-torque li huwa ogħla mil-livelli indikati fit-taqsima 6.5.5.3 għall-kategorija tal-vettura rilevanti. 6.5.6.3. Jekk il-mod ta' tħaddim standard ta' l-emissjonijiet ikun attiv, is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandha tibqa' operattiva u tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 6.5. 6.5.6.4. It-tħaddim inkorrett tal-miżuri ta' kontroll tan-NOx għandhom jiġu nnutati f'mhux aktar minn erba' ċikli tat-test OBD kif imsemmija fid-definizzjoni mogħtija fit-taqsima 6.1 ta' l-Appendiċi 1 ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2005/78/KE). 6.5.6.5. L-algoritmi li jintużaw mill-ECU sabiex il-konċentrazzjoni tan-NOx tiġi relatata għall-emissjoni speċifika tan-NOx (fi g/kWh) fuq l-ETC m'għandhomx jitqiesu bħala strateġija ta' diżattivazzjoni. 6.5.6.6. Jekk l-AECS li jkun ġie approvat mill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip skond it-taqsima 6.1.5 isir operattiv, kull żieda fin-NOx minħabba t-tħaddim ta’ l-AECS tista’ tiġi applikata għal-livell korrispondenti tan-NOx li jissemma fit-taqsima 6.5.3.2. Fil-każijiet kollha bħal dan, l-influwenzi ta' l-AECS fuq il-livell ta' limitu tan-NOx għandu jkun deskritt skond il-paragrafu 6.5.5.5. 6.5.7. Falliment tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet 6.5.7.1. Is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandha tiġi sorveljata għal fallimenti elettriċi u għat-tneħħija jew diżattivazzjoni ta' kwalunkwe sensor li ma tħallihiex issib żieda fl-emissjonijiet kif meħtieġ mit-taqsimiet 6.5.3.2 u 6.5.3.4. Eżempji ta' sensors li jaffettwaw il-kapaċità dijanjostika huma dawk li jkejlu l-konċentrazzjoni tan-NOx direttament, il-kwalità ta' l-ureja u sensors li jintużaw għall-monitoraġġ ta' l-attività ta' dosaġġ tar-reaġġent, il-livell ta' reaġġent il-konsum ta' reaġġent jew ir-rata ta' EGR. 6.5.7.2. Jekk falliment ta' sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet jiġi kkonfermat, is-sewwieq għandu jiġi avżat minnufih permezz ta' l-attivazzjoni ta' sinjal ta' twissija skond it-taqsima 3.6.5 ta' l-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE. 6.5.7.3. Il-limitatur tat-torque għandu jiġi attivat skond it-taqsima 6.5.5, jekk il-falliment ma jiġix rimedjat fi żmien 50 siegħa ta' tħaddim tal-magna. Il-perjodu stipulat fl-ewwel subparagrafu msemmi fuq għandu jitnaqqas għal 36 siegħa mid-dati speċifikati fl-Artikolu 2(7) u 2(8). 6.5.7.4. Meta s-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet tkun iddeterminat li l-falliment m'għadux jeżisti, il-kodiċi ta' ħsara marbut(a) mal-falliment jista'/għu jitħassar/jitħassru mill-memorja tas-sistema, ħlief fil-każi msemmija fit-taqsima 6.5.7.5, u l-limitatur tat-torque, jekk applikabbli, għandu jiġi diżattivat skond it-taqsima 6.5.5.6. Kodiċi ta’ ħsara marbut(a) ma’ falliment tas-sistema ta’ kontroll għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet m’għandhiex tkun kapaċi titneħħa mill-memorja ta-sistema permezz ta’ kwalunkwe għodda li tiskennja. 6.5.7.5. Fil-każ tat-tneħħija jew tad-diżattivazzjoni ta’ elementi tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet, skond it-taqsima 6.5.7.1, kodiċi tal-ħsara li ma jitħassarx għandu jinħażen skond it-taqsima 3.9.2 ta’ l-Anness IV għad-Direttiva 2005/78/KE għal minimu ta’ 400 jum jew 9 600 siegħa ta’ tħaddim tal-magna. 6.5.8. Dimostrazzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet 6.5.8.1. Bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip prevista fit-taqsima 3, il-manifattur għandu juri l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima permezz ta' testijiet fuq dinamometru tal-magna skond it-taqsimiet 6.5.8.2 sa 6.5.8.7. 6.5.8.2. Il-konformità ta' familja ta' magni jew ta' familja ta' magni OBD mar-rekwiżiti ta' din it-taqsima tista' tintwera permezz tat-testjar tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet fuq wieħed mill-membru tal-familja (il-magna ġenitur), dejjem jekk il-manifattur juri lill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip li s-sistemi ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet huma simili fi ħdan il-familja. Din id-dimostrazzjoni tista' ssir billi jiġu ppreżentati elementi bħalma huma algoritmi, analiżi funzjonali eċċ. lill-awtoritajiet ta' l-approvazzjoni tat-tip. Il-magna ġenitur tintagħżel mill-manifattur bi qbil ma' l-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip. 6.5.8.3. It-testjar tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet tikkonsisti fit-tliet fażijiet li ġejjin:
6.5.8.3.1. Għall-fażi ta' l-għażla, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip b'deskrizzjoni ta' l-istrateġiji ta' monitoraġġ li jintużaw sabiex jiġi ddeterminat it-tħaddim potenzjalment inkorrett ta' kwalunkwe miżura ta' kontroll tan-NOx u fallimenti potenzjali fis-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll tan-NOx li jwasslu jew għall-attivazzjoni tal-limitatur tat-torque jew għall-attivazzjoni tas-sinjal ta' twissija biss. Eżempji tipiċi ta' operazzjonijiet inkorretti għal din il-lista huma tank tar-reaġġent vojt, tħaddim inkorrett li jwassal għall-interruzzjoni ta' l-attività ta' dożaġġ tar-reaġġent, kwalità mhux tajba biżżejjed tar-reaġġent, tħaddim inkorrett li jwassal għal konsum baxx tar-reaġġent, fluss inkorrett ta' l-EGR jew diżattivazzjoni ta' l-EGR. Minimu ta' żewġ jew tliet operazzjonijiet inkorretti tas-sistema tal-kontroll tan-NOx jew fallimenti tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandhom jintgħażlu mil-lista mill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip. 6.5.8.3.2. Għall-fażi ta' kwalifikazzjoni, l-emissjonijiet tan-NOx għandhom jitkejlu fuq iċ-ċiklu tat-test ETC, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Appendiċi 2 ta' l-Anness III. Ir-riżultat tat-test ETC għandu jintuża sabiex jiġi ddeterminat b'liema mod is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll tan-NOx hija mistennija tirreaġġixxi matul il-proċess ta' dimostrazzjoni (tnaqqis tat-torque u/jew sinjal ta' twissija). Il-falliment għandu jiġi ssimulat b'tali mod li l-livell tan-NOx ma jaqbiżx b’aktar minn 1g/kWh ebda mil-livelli ta' limità stabbiliti fit-taqsimiet 6.5.3.2 jew 6.5.3.4. Il-kwalifikazzjoni ta' l-emissjonijiet mhix meħtieġa fil-każ ta' tank tar-reaġġent vojt jew sabiex jintwera nuqqas tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet. Il-limitatur tat-torque għandu jiġi diżattivat matul il-proċess ta' kwalifikazzjoni. 6.5.8.3.3. Għall-fażi ta' dimostrazzjoni, il-magna għandha titħaddem għal massimu ta' erba' ċikli ta' test OBD. L-ebda falliment għajr dawk li jkunu qed jitqiesu għal għanijiet ta' dimostrazzjoni ma għandu jkun preżenti. 6.5.8.3.4. Qabel ma tinbeda s-sekwenza tat-test tat-taqsima 6.5.8.3.3, is-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għandha tiġi ssettjata għall-istatus ta' ‘l-ebda falliment’. 6.5.8.3.5. Skond il-livell tan-NOx magħżul, is-sistema għandha tattiva sinjal ta' twissija, u barra minn hekk, jekk applikabbli, il-limitatur tat-torque fi kwalunkwe ħin qabel it-tmiem tas-sekwenza ta' ditezzjoni. Is-sekwenza ta' ditezzjoni tista' titwaqqaf ladarba s-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll tan-NOx tkun irreaġġiet tajjeb. 6.5.8.4. Fil-każ ta' sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet li hija prinċipalment ibbażata fuq il-monitoraġġ tal-livell tan-NOx minn sensors ippożizzjonijiet fil-fluss ta' l-egżost, il-manifattur jista' jagħżel li jissorvelja direttament ċerti funzjonalitajiet tas-sistema (eż. l-interruzzjoni ta' l-attività ta' dożaġġ, valv ta' l-EGR magħluq) għad-determinazzjoni tal-konformità. F'dak il-każ, il-funzjonalità tas-sistema li tintagħżel għandha tintwera. 6.5.8.5. Il-livell tat-tnaqqis tat-torque meħtieġ fit-taqsima 6.5.5.4 mil-limitatur tat-torque għandu jkun approvat flimkien ma' l-approvazzjoni tar-rendiment ġenerali tal-magna skond id-Direttiva 80/1269/KE. Għall-proċess ta' dimostrazzjoni, il-manifattur għandu juri lill-awtorità ta' l-approvazzjoni tat-tip l-inklużjoni tal-limitatur tat-torque li jixraq fl-ECU tal-magna. Kejl separat tat-torque matul id-dimostrazzjoni mhux meħtieġ. 6.5.8.6. Bħala alternattiva għat-taqsimiet 6.5.8.3.3 sa 6.5.8.3.5, id-dimostrazzjoni ta' sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet u l-limitatur tat-torque tista' ssir billi tiġi ttestjata vettura. Il-vettura għandha tinsaq fit-triq jew fuq korsa tat-testijiet bl-operazzjonijiet inkorretti magħżula jew il-fallimenti tas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet sabiex jintwera li s-sinjal ta' twissija u l-attivazzjoni tal-limitatur tat-torque joperaw skond ir-rekwiżiti tat-taqsima 6.5, u, b'mod partikolari, dawk fit-taqsimiet 6.5.5.2 u 6.5.5.3. 6.5.8.7. Jekk iż-żamma ta' kodiċi ta' ħsara fil-memorja tal-kompjuter hija meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti fit-taqsima 6.5, it-tliet kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti sa tmiem is-sekwenza ta' dimostrazzjoni:
|
ANNESS II
EMENDI GĦAD-DIRETTIVA 2005/78/KE
(1) |
L-Anness IV huwa emendat hekk:
|
(2) |
L-Anness V huwa emendat kif gej:
|
(*) Skond it-Tabella I, taqsima 6 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2005/55/KE.
(**) Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/55/KE, il-magni tal-gass huma esklużi mill-istadju OBD I.
(***) Skond it-taqsima 6.5 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2005/55/KE.”