Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0030

    2006/30/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/30/KE tat- 13 ta’ Marzu 2006 li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-grupp benomyl Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 75, 14.3.2006, p. 7–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 259–268 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/30/oj

    28.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    259


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/30/KE

    tat-13 ta’ Marzu 2006

    li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-grupp benomyl

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-każ taċ-ċereali u l-prodotti li joriġinaw mill-pjanti inkluż frott u ħxejjex, il-livelli tar-residwi jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi tal-pestiċidi meħtieġa sabiex tinkiseb il-protezzjoni effettiva tal-pjanti, applikata b’ tali mod li l-ammont tar-residwu huwa baxx kemm jista’ jkun aċċettabbli fil-prattika u tossikoloġikament, bil-konsiderazzjoni, b’ mod partikolari għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-istima tal-konsum fid-dieta. Fil-każ ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw minn annimali, il-livelli tar-residwi jirriflettu l-konsum minn annimali taċ-ċereali u l-prodotti li joriġinaw mill-pjanti li jiġu ttrattai bil-pestiċidi, u fejn huwa rilevanti, il-konsegwenzi diretti ta’ l-użu tal-mediċini veterinarji. Il-livelli massimi ta’ residwi Komunitarji (MRLs) jirrippreżentaw l-ogħla limitu ta’ l-ammont ta’ tali residwu li wieħed jista’ jistenna li jsib fil-kumditajiet meta jkunu ġew rispettati prattiki agrikoli tajbin.

    (2)

    L-MRLs għall-pestiċidi jinżammu għar-reviżjoni u jinbidlu sabiex tittieħed in konsiderazzjoni l-informazzjoni u data ġdida. L-MRLs huma stipolati fil-livell l-aktar baxx ta’ l-iskoperta analitika fejn l-użu awtorizzat tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ jirriżultawx f’livelli ta’ residwi ta’ pestiċidi li huma rintraċċabbli ġewwa jew fuq il-prodott ta’ l-ikel, jew fejn m’hemm ebda użu awtorizzat, jew fejn l-użu awtorizzat mill-Istati Membri ma’ kellhomx l-appoġġ tad-data meħtieġa, jew fejn l-użu f’pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jiċċirkolaw fis-suq tal-Komunitá ma ġewx appoġġati minn tali data meħtieġa.

    (3)

    Bosta Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa li jirrevedu l-MRLs nazzjonali skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/642/KEE, fid-dawl tad-dubji dwar il-konsum mill-konsumatur. Proposti għar-reviżjoni ta’ l-MRLs tal-Komunità ġew sottomessi lill-Kummissjoni.

    (4)

    Iż-żmien u t-terminu qasir ta’ esponiment tal-konsumaturi għall-pestiċidi li jissemmew f’ din id-Direttiva permezz tal-prodotti ta’ l-ikel ġew rivalutati u evalwati skond il-proċeduri u prattiki tal-Komunità, bil-konsiderazzjoni tal-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (4). Skond dak, huwa xieraq li jiġu ffissati MRLs ġodda, li għandhom jaċċertaw li ma jkun hemm ebda esponiment ta’ konsumazzjoni inaċċettabbli tal-konsumatur.

    (5)

    Meta jkun sar il-valutazzjoni u evalwazzjoni ta’ l-esponiment akut tal-konsumatur għal dawk il-pestiċidi permezz tal-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jkun fihom residwi, skond il-proċeduri u l-prattiki tal-Komunità, bil-konsiderazzjoni tal-linji gwida ppubblikati mill-Organizzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ġie konkluż li l-preżenza tar-residwi ta’ pestiċidi fil-livell jew inqas ta’ l-MRLs il-ġodda mhux ser iwasslu għall-effetti tossiċi akuti.

    (6)

    Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-partenarjat kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda u ttieħdu in konsiderazzjoni l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli.

    (7)

    L-Annessi għad-Direttivi 86/362/EEC, 86/363/KEE u 90/642/EEC għandhom għalhekk ikunu emendati kif ġej.

    (8)

    Il-miżuri provduti f’ din id-Direttiva huma f’ konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Direttiva 90/642/KEE fil-kategorija “2. Ħxejjex, friski jew mhux imsajra, iffriżati jew nixfin, (iii) Ħxejjex li jagħmlu l-frott, (a) Solanacea”, Tiġi inkluża l-kelma “okra” bejn “brunġiel” u “oħrajn”

    Artikolu 2

    Il-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I għal din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Il-parti B ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II għal din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Il-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness III għal din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [sitt xhur wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea], il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

    Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [6 xhur u jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea].

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-13 ta’ Marzu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/4/KE (ĠU L 23, 27.1.2006, p. 69).

    (2)  ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/70/KE (ĠU L 276, tal-21.10.2005, p. 35).

    (3)  ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/9/KE (ĠU L 22, tas-26.1.2006, p. 24).

    (4)  Il-linji gwida li jipprevedu l-konsum fl-ikel tar-residwi tal-pestiċidi (reveduti), imħejjija mill-Programm dwar l-Ikel/GEMS b’kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7)


    ANNESS I

    Fil-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE, il-linji tal-benomyl, carbendazim u thiophanate-methyl huma mibdula kif ġej:

    Residwu tal-pestiċida

    Livell massimu (µg/kg)

    “Benomyl u carbendazim, espressi bħala carbendazim

    2

    Xgħir

    2

    Ħafur

    0,1

    Segala

    0,1

    Triticale

    0,1

    Qamħ

    0,01 (*)

    Ċereali oħrajn

    Thiophanate-methyl

    0,3

    Xgħir

    0,3

    Ħafur

    0,05

    Segala

    0,05

    Triticale

    0,05

    Qamħ

    0,01 (*)

    Ċereali oħrajn


    (*)  Tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.”


    ANNESS II

    Fil-Parti B ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE, il-linji għall-benomyls u il-carbendazim u t-thiophanate-methyl jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

    Residwu tal-pestiċida

    Livell massimu (µg/kg)

     

    Tal-laħam inkluż ix-xaħam, preparazzjonijiet tal-laħam, offal u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt il-kodiċi CN Nri 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 00 00 , 0206 , 0207 , eż 0208 , 0209 00 , 0210 , 1601 00 u 1602

    Għall-ħalib u prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt il-kodiċi CN Nri. 0401 , 0402 , 0405 00 u 0406

    Ta’ bajd frisk bil-qoxra, ta’ bajd ta’ għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt il-kodiċi CN Nri 0407 00 u 0408

    “Carbendazim u thiophanate-methyl, espressi bħala carbendazim

    0,05  (*)

    0,05  (*)

    0,05  (*)


    (*)  Tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.”


    ANNESS III

    Fil-parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE, il-kolonna tal-grupp tal-benomyl tiġi ssostitwiti b’dan li ġej:

    Residwu tal-pestiċida u livell massimu tar-residwu

    Gruppi u eżempji ta prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

    Somma benomyl u carbendazim, espressi bħala carbendazim

    Thiophanate-methyl

    “1.   

    Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież (nuts)

    (i)

    IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Grejpfrut

     

     

    Lumi

     

     

    Lajm

     

     

    Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

     

     

    Larinġ

     

     

    Pomelos

     

     

    Oħrajn

     

     

    (ii)

    ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

    0,1  (*)

    0,2

    Lewż

     

     

    Ġewż tal-Brażil

     

     

    Kexjus jew ġwież ta’ l-anakardju

     

     

    Qastan

     

     

    Ġewż ta’ l-Indi

     

     

    Ġellewż

     

     

    Makadamja

     

     

    Ġwież tal-Pekan

     

     

    Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

     

     

    Pistaċċi

     

     

    Ġewż

     

     

    Oħrajn

     

     

    (iii)

    FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

    0,2

    0,5

    Tuffieħ

     

     

    Lanġas

     

     

    Sfarġel

     

     

    Oħrajn

     

     

    (iv)

    FROTT TA’ L-GĦADMA

     

     

    Berquq

    0,2

    2

    Ċiras

    0,5

    0,3

    Ħawħ (inklużin-nuċiprisk u ibridi simili)

    0,2

    2

    Għanbaqar

    0,5

    0,3

    Oħrajn

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (v)

    FROTT ŻGĦIR IMĠERREB BĦAL FRAWLI

     

     

    (a)

    Għeneb ta’ l-ikel u ta’ l-inbid

     

     

    Għeneb ta’ l-ikel

    0,3

    0,1  (*)

    Għeneb ta’ l-inbid

    0,5

    3

    (b)

    Frawli (mhux salvaġġ)

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (c)

    Frott tal-qasab (ħlief dak salvaġġ)

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Tut

     

     

    Dewberries

     

     

    Loganberries

     

     

    Tut

     

     

    Oħrajn

     

     

    (d)

    Frott żgħir ieħor (ħlief dak salvaġġ)

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Bilberries

     

     

    Cranberries

     

     

    Passolina (aħmar, iswed u abjad)

     

     

    Gooseberries

     

     

    Oħrajn

     

     

    (e)

    Berries u frott żgħir salvaġġ

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (vi)

    DIVERSI

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Avocado

     

     

    Banana

     

     

    Tamal

     

     

    Tin

     

     

    Kiwi

     

     

    Kumquats

     

     

    Litchis

     

     

    Mango

     

     

    Żebbuġ

     

     

    Papaya

     

     

    Passion fruit

     

     

    Ananas

     

     

    Rummien

     

     

    Oħrajn

     

     

    2.   

    Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

    (i)

    ĦXEJJEX TAĦT FORMA TA’ TUBERI JEW EGĦRUQ

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Pitrava zokkrija

     

     

    Karrotti

     

     

    Cassava

     

     

    Krafes

     

     

    Mustarda użata għaz-zalza

     

     

    Qaqoċċ

     

     

    Zunnarija bajda

     

     

    Egħruq tat-tursin

     

     

    Ravanell

     

     

    Sassefrika

     

     

    Patata ħelwa

     

     

    Swedes

     

     

    Pjanta tal-ġenus

     

     

    Jam

     

     

    Oħrajn

     

     

    (ii)

    ĦXEJJEX TAĦT FORMA TA’ BASAL

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Tewm

     

     

    Basal

     

     

    Basal li jikber bħala għanqud jissejjaħ shallot

     

     

    Basal li jissejjaħ Spring

     

     

    Oħrajn

     

     

    (iii)

    ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

     

     

    (a)

    Solanacea

     

     

    Tadam

    0,5

    2

    Bżar

     

     

    Brunġiel

    0,5

    2

    Okra

    2

    1

    Oħrajn

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (b)

    Gherq tal-qara’ tal-fliexken - tal-qoxra li ma tittikilx

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Ħjar

     

     

    Pikles

     

     

    Zukkini

     

     

    Oħrajn

     

     

    (c)

    Gherq tal-qara’ tal-fliexken - tal-qoxra li ma tittikilx

    0,1  (*)

    0,3

    Bettieħ

     

     

    Ħxejjex li jissejħu squashes

     

     

    Dullieħ

     

     

    Oħrajn

     

     

    (d)

    Qamħ bil-qalba li fiha ħafna zokkor

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (iv)

    ĦXEJJEX BRASSICA

     

     

    (a)

    Brassica li tagħmel il-fjuri

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Brokkli (inkluża il-Calabrese)

     

     

    Pastard

     

     

    Oħrajn

     

     

    (b)

    Brassica bir-ras

     

     

    Kaboċċi ta’ Brussel

    0,5

    1

    Kaboċċi tar-ras

     

     

    Oħrajn

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (c)

    Brassica bil-weraq

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Kaboċċi taċ-Ċina

     

     

    Kale

     

     

    Oħrajn

     

     

    (d)

    Qarabali

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (v)

    ĦXEJJEX LI JITTIEKLU L-WERAQ TAGĦHOM & ĦAXIX AROMATIKU FRISK

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (a)

    Ħass u simili

     

     

    Krexxuni

     

     

    Ħass tal-ħaruf

     

     

    Ħass

     

     

    Scarole (endive tal-werqa wiesa)

     

     

    Oħrajn

     

     

    (b)

    Spinaċi u simili

     

     

    Spinaċi

     

     

    Weraq tal-pitravi

     

     

    Oħrajn

     

     

    (c)

    Krexxuni ta’ l-ilma

     

     

    (d)

    Witloof

     

     

    (e)

    Ħxejjex aromatiċi

     

     

    Maxxita

     

     

    Kurrat salvaġġ

     

     

    Tursin

     

     

    Weraq tal-karfus

     

     

    Oħrajn

     

     

    (vi)

    ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

     

     

    Fażola (bil-miżwed)

    0,2

    0,1  (*)

    Fażola (mingħajr miżwed)

     

     

    Fażola (bil-miżwed)

    0,2

    0,1  (*)

    Piżelli(mingħajr miżwed)

     

     

    Oħrajn

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (vii)

    ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Asparagu

     

     

    Kardun

     

     

    Karfus

     

     

    Bużbież

     

     

    Qaqoċċa

     

     

    Kurrat

     

     

    Rabarbru

     

     

    Oħrajn

     

     

    (viii)

    FAQQIEGĦ

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    (a)

    Faqqiegħ ikkoltivat

     

     

    (b)

    Faqqiegħ salvaġġ

     

     

    3.

    ŻrieragĦ imnixxfin

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Fażola

     

     

    Għazz

     

     

    Piżelli

     

     

    Oħrajn

     

     

    4.   

    Żjut ta’ ŻrieragĦ

    Żerriegħa tal-kittien

     

     

    Karawett

     

     

    Żerriegħa tal-peprin

     

     

    Ġulġlien

     

     

    Żerriegħa tal-ġirasol

     

     

    Żerriegħa tal-lift

     

     

    Żerriegħa tas-soya

    0,2

    0,3

    Żerriegħa tal-mustarda

     

     

    Żerriegħa tal-qoton

     

     

    Oħrajn

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    5.

    Patata

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    Patata mhux misjura

     

     

    Varjazzjonijiet ta’ patata

     

     

    6.

    TE (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camelia sinensis)

    0,1  (*)

    0,1  (*)

    7.

    ĦOPS (imnixxef), inkluż qmuħ tal-ħops u forma ta’ ħops fi trab mhux ikkonċentrat

    0,1  (*)

    0,1  (*)


    (*)  Tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.”


    Top