This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0020
Commission Directive 2006/20/EC of 17 February 2006 amending, for the purposes of its adaptation to technical progress, Council Directive 70/221/EEC concerning fuel tanks and rear underrun protection of motor vehicles and their trailers (Text with EEA relevance)
2006/20/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/20/KE tas- 17 ta’ Frar 2006 li temenda, għall-għanijiet ta' l-adattament tagħha għall-progress tekniku tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE, dwar tankijiet tal-fjuwil u tagħmir kontra t-trikkib minn wara ta' vetturi bil-magna u t-trejlers tagħhom Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
2006/20/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/20/KE tas- 17 ta’ Frar 2006 li temenda, għall-għanijiet ta' l-adattament tagħha għall-progress tekniku tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE, dwar tankijiet tal-fjuwil u tagħmir kontra t-trikkib minn wara ta' vetturi bil-magna u t-trejlers tagħhom Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 48, 18.2.2006, p. 16–18
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 190–192
(MT)
In force
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
190 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/20/KE
tas-17 ta’ Frar 2006
li temenda, għall-għanijiet ta' l-adattament tagħha għall-progress tekniku tagħha, id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE, dwar tankijiet tal-fjuwil u tagħmir kontra t-trikkib minn wara ta' vetturi bil-magna u t-trejlers tagħhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (1), u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mat-tankijiet tal-fjuwil likwidu u tagħmir kontra t-trikkib minn wara ta' vetturi bil-magna u t-trejlers tagħhom (2), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 70/221/KEE hija waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura Komunitarja għall-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 70/156/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE dwar sistemi komponenti u unitajiet tekniċi għall-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 70/221/KEE. |
(2) |
Sabiex jiżdiedu l-livelli ta' protezzjoni, it-tagħmir għall-protezzjoni mit-trikkib minn wara għandu jkun rekwiżit li jirreżisti għal daqqiet b'aktar saħħa u għandhom jitqiesu vetturi li jużaw unitajiet ta' sospensjoni bl-arja. |
(3) |
Fid-dawl tal-progress tekniku, u l-avvanzi li saru fl-użu tal-vetturi fir-rigward ta' l-installazzjoni ta' pjattaformi-lifts tal-vetturi, huwa xieraq li jitqiesu dawn il-pjattaformi-lifts fil-kuntest ta’ l-installazzjoni ta' tagħmir għall-prevenzjoni tat-trikkib min-naħa ta' wara. |
(4) |
Id-Direttiva 70/221/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku mwaqqaf taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 70/221/KEE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. B'effett mill-11 ta’ Settembru 2007, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 70/221/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jiġux osservati, Stat Membru, għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni kontra t-trikkib minn wara:
(a) |
għandu jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip lil tip ta’ vettura, |
(b) |
għandu jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip lil tagħmir ta’ protezzjoni kontra t-trikkib minn wara, bħala unità teknika separata, |
2. B'effett mill-11 ta’ marzu 2010, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 70/221/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jiġux osservati, Stat Membru, għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni kontra t-trikkib minn wara:
(a) |
għandu jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, |
(b) |
għandu jipprojbixxi l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tagħmir ta’ protezzjoni kontra t-trikkib minn wara, bħala unità teknika separata. |
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw mhux aktar tard mill-11 ta’ marzu 2007 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrellazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn mill-11 ta’ marzu 2007 il-liġijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza lil din id-Direttiva jew ikunu akkumpajati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta’ Frar 2006.
Għall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p.1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 310, tal-25.11.2005, p.10).
(2) ĠU L 76, tas-6.4.1970, p.23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
ANNESS
L-Anness II għad-Direttiva 70/221/KEE huwa emendat kif ġej:
1. |
Tiddaħħal it-taqsima 5.1a li ġejja:
|
2. |
Il-punt 5.4.5.2 jinbidel b’dan li ġej:
|
3. |
Tiddaħħal it-taqsima 5.4a li ġejja:
|