Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0014

    2006/14/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/14/KE tas- 6 ta’ Frar 2006 li temenda l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri ta’ ħarsien kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tifrix tagħhom fil-Komunità

    ĠU L 34, 7.2.2006, p. 24–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 125–126 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/14/oj

    28.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    125


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/14/KE

    tas-6 ta’ Frar 2006

    li temenda l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri ta’ ħarsien kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tifrix tagħhom fil-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti u lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tifrix tagħhom fil-Komunità (1), u partikolarment il-punt (d) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Istandard Internazzjonali FAO għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM) Nru 15 dwar “Linji ta' gwida li jirregolaw il-materjal għall-ippakkjar magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali” ġie adottat f’Marzu 2002 mir-Raba' Kummissjoni Interim għall-Miżuri Fitosanitarji (ICPM). Id-dispożizzjonijiet rilevanti mid-Direttiva 2000/29/KE ġew irregolati skond dawn il-linji ta' gwida mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE tal-5 ta’ Ottubru 2004 li temenda l-Annessi II, III, IV uV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tifrix tagħhom fil-Komunità (2).

    (2)

    Flimkien mal-miżuri approvati skond l-ISPM 15, id-Direttiva 2004/102/KE tinkludi kundizzjoni li l-materjal għall-ippakkjar magħmul mill-injam għandu jsir minn injam ittundjat mingħajr qoxra. L-ISPM Nru 15 għamel din għażla suġġetta għall-ġustifikazzjoni teknika. L-applikazzjoni għal dik il-kundizzjoni ġiet posposta sa l-1 ta’ Marzu 2006 mid-Direttiva tal-Kunsill 2005/15/KE tat-28 ta’ Frar 2005 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti u lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tifrix tagħhom fil-Komunità (3).

    (3)

    Il-Komunità talbet ukoll li l-ISPM Nru 15 jiġi rivedut fuq livell internazzjonali sabiex jinkludi kundizzjoni li tindirizza t-tħassib tal-Komunità dwar il-preżenza tal-qoxra fuq tali ppakkjar ta’ l-injam fil-kummerċ internazzjonali.

    (4)

    Filwaqt li l-proċedura ta’ reviżjoni ta’ l-ISPM Nru 15 għadha għaddejja u qabel ma jkunu disponibbli r-riżultati ta’ dik ir-reviżjoni, l-applikazzjoni tal-kundizzjoni Komunitarja li l-materjal għall-ippakkjar magħmul mill-injam importat minn pajjiżi terzi għandu jsir minn injam ittundjat mingħajr qoxra għandha tiġi posposta temporanjament.

    (5)

    Id-Direttiva 2000/29/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (6)

    l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2000/29/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Anness IV, Parti A, sezzjoni I, punt 2, l-aħħar paragrafu fl-aħħar tal-kolonna ta’ fuq in-naħa tal-lemin jinbidel b’dan li ġej:

    “L-ewwel inċiż, li jitlob li materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam ikun magħmul minn injam ittundjat bla qoxra, għandha tapplika biss mill-1 ta’ Jannar 2009. Dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut sa l-1 ta’ Settembru 2007”.

    (2)

    L-Anness IV, Parti A, sezzjoni I, punt 8, l-aħħar paragrafu fl-aħħar tal-kolonna ta’ fuq in-naħa tal-lemin jinbidel b’ dan li ġej:

    “L-ewwel linja tal-punt (a), li titlob li materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam ikun magħmul minn injam ittundjat bla qoxra, għandha tapplika biss mill-1 Jannar 2009. Dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut sa l-1 ta’ Settembru 2007”.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-28 ta’ Frar 2006.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, nhar is-6 ta’ Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/77/KE (ĠU L 296, tal-12.11.2005, p. 17).

    (2)  ĠU L 309, tas-6.10.2004, p. 9.

    (3)  ĠU L 56, tat-2.3.2005, p. 12.


    Top