This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006F0783
Council Framework Decision 2006/783/JHA of 6 October 2006 on the application of the principle of mutual recognition to confiscation orders
2006/783/ĠAI: Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/GAI tas- 6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska
2006/783/ĠAI: Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/GAI tas- 6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska
ĠU L 328, 24.11.2006, pp. 59–78
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 239M, 10.9.2010, pp. 340–359
(MT)
In force
|
10.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
340 |
DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2006/783/GAI
tas-6 ta’ Ottubru 2006
dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 31(a) u 34(2)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tad-Danimarka (1),
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill Ewropew imlaqqa’ f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, saħaq li l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għandu jsir il-pedament tal-koperazzjoni ġudizjarja kemm f’materji ċivili kif ukoll kriminali fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skond il-paragrafu 51 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, il-laundering ta’ flus huwa fiċ-ċentru tal-kriminalità organizzata, u għandu jiġi eliminat kull fejn jiġri; il-Kunsill Ewropew huwa determinat li jiżgura li jittieħdu passi konkreti biex jiġu ttraċċati, iffriżati, maqbuda u kkonfiskati r-rikavati ta’ reati. Għal din ir-raġuni fil-paragrafu 55 tal-konklużjonijiet, il-Kunsill Ewropew isejjaħ għall-approssimazzjoni tal-liġi kriminali u tal-proċeduri dwar il-money laundering (eż. l-ittraċċar, l-iffriżar u l-konfiska ta’ fondi). |
|
(3) |
L-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-Laundering, it-Tfittxija, il-Qbid u l-Konfiska tar-Rikavati minn Reati (il-Konvenzjoni tal-1990). Il-Konvenzjoni tobbliga lill-firmatarji biex jirrikonoxxu u jinfurzaw ordni ta’ konfiska magħmula minn parti oħra, jew biex jissottomettu talba lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex tinkiseb ordni ta’ konfiska u, jekk tali ordni hija mogħtija, jinforzawha. Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw talbiet għal konfiska inter alia jekk ir-reat li għalih tirreferi t-talba ma jkunx reat taħt il-liġi tal-Parti rikjesta, jew jekk taħt il-liġi tal-Parti rikjesta l-konfiska mhijiex prevista għat-tip ta’ reat li għalih tirreferi t-talba. |
|
(4) |
Fit-30 ta’ Novembru 2000 il-Kunsill adotta programm ta’ miżuri biex jimplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’materji kriminali, u ta l-ewwel prijorità (miżuri 6 u 7) lill-adozzjoni ta’ strument li japplika l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għall-iffriżar ta’ evidenza u proprjetà. Barra minn hekk, skond il-paragrafu 3.3 tal-programm, l-għan huwa biex jitjieb, f’konformità mal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, l-esekuzzjoni fi Stat Membru ta’ ordni ta’ konfiska maħruġ fi Stat Membru ieħor, inter alia sabiex vittma ta’ reat tirċievi restituzzjoni, b’kont meħud ta’ l-eżistenza tal-Konvenzjoni tal-1990. Bil-ħsieb li jintlaħaq dan il-għan, din id-Deċiżjoni Kwadru, fl-ambitu ta’ l-applikazzjoni tagħha, tnaqqas ir-raġunijiet għal rifjut ta’ infurzar u trażżan, bejn l-Istati Membri, kwalunkwe sistema ta’ konverżjoni ta’ l-ordni ta’ konfiska f’waħda nazzjonali. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI (3) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-money laundering, l-identifikazzjoni, l-ittraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavati minn reati. Taħt dik id-Deċiżjoni Kwadru, l-Istati Membri huma obbligati wkoll li ma jagħmlux jew iżommu riżervi fir-rigward ta’ l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tal-1990, sakemm ir-reat huwa wieħed punibbli permezz tal-privazzjoni mill-libertà jew permezz ta’ ordni ta’ detenzjoni għal massimu ta’ iżjed minn sena. |
|
(6) |
Finalment, fit-22 ta’ Lulju 2003 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw proprjetà jew evidenza (4). |
|
(7) |
L-għan ewlieni tal-kriminalità organizzata huwa l-gwadann finanzjarju. Għalhekk, sabiex ikun effettiv, kwalunkwe tentattiv biex tali kriminalità tiġi prevenuta u miġġielda għandu jiffoka fuq l-ittraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tar-rikavati minn atti kriminali. L-assigurazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku fl-Unjoni Ewropea ta’ miżuri legali temporanji bħall-iffriżar u l-qbid mhux biżżejjed; il-kontroll effettiv tal-kriminalità ekonomika jeħtieġ ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ konfiska tar-rikavati minn kriminalità. |
|
(8) |
L-għan ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru hu li jiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ konfiska ta’ proprjetà sabiex Stat Membru jkun obbligat li jirrikonoxxi u jesegwixxi, fit-territorju tiegħu, ordnijiet ta’ konfiska maħruġin minn qorti ta’ Stat Membru ieħor li għandha l-kompetenza f’materji kriminali. Din id-Deċiżjoni Kwadru hija marbuta mad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005, dwar il-konfiska ta’ rikavati, mezzi strumentali u proprjetà li għandhom x’jaqsmu ma’ reati. (5) L-għan ta’ dik id-Deċiżjoni Kwadru hu li jiżgura li l-Istati Membri kollha jkollhom regoli effettivi li jirregolaw il-konfiska ta’ rikavati minn reati, inter alia f'relazzjoni ma' l-obbligu tal-prova fir-rigward tas-sors ta’ l-assi li għandha persuna ħatja ta’ reat li għandu x’jaqsam mal-kriminalità organizzata. |
|
(9) |
Il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, ibbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u l-esekuzzjoni immedjata ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, tassumi li d-deċiżjonjiet li għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati dejjem ser jiġu meħuda skond il-prinċipji ta’ legalità, sussidjarjetà u proporzjonalità. Tassumi wkoll li d-drittijiet mogħtija lill-partijiet jew lill-partijiet terzi interessati bona fide jiġu ppreservati. F’dan il-kuntest, konsiderazzjoni debita għandha tingħata għall-prevenzjoni tas-suċċess ta’ talbiet disonesti minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi. |
|
(10) |
L-operat prattiku adatt tad-Deċiżjoni Kwadru jassumi li jkun hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti, b’mod partikolari f’każijiet ta’ esekuzzjoni simultanja ta’ ordni ta’ konfiska f’iżjed minn Stat Membru wieħed. |
|
(11) |
It-termini “rikavati” u “mezzi strumentali” użati f’din id-Deċiżjoni Kwadru huma definiti f’sens wiesa’ biżżejjed biex jinkludu oġġetti ta’ reati kull fejn meħtieġ. |
|
(12) |
Fejn hemm dubji fir-rigward ta’ fejn tinsab proprjetà li hija s-suġġett ta’ ordni ta’ konfiska, l-Istati Membri għandhom jużaw kull mezz disponibbli biex jidentifikaw il-post korrett ta’ dik il-proprjetà, inkluż l-użu tas-sistemi informatiċi kollha disponibbli. |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kapitolu VI tagħha. Xejn f’din id-Deċiżjoni Kwadru ma tista’ tiġi interpretata fis-sens li tipproibixxi r-rifjut tal-konfiska ta’ proprjetà li għaliha nħarġet ordni ta’ konfiska fejn ikun hemm raġunijiet biex wieħed jaħseb, għal raġunijiet oġġettivi, li l-ordni ta’ konfiska nħarġet bil-għan tal-proeskuzzjoni jew l-ikkastigar ta' persuna minħabba s-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna tista’ tiġi preġudikata għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni Kwadru ma twaqqaf lill-ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu dwar il-proċess ġust, il-libertà ta’ assoċazzjoni, il-libertà ta’ l-istampa u l-libertà ta’ l-espressjoni f’mezzi tax-xanduir oħra. |
|
(15) |
Din id-Deċiżjoni Kwadru ma tittrattax ir-restituzzjoni ta’ proprjetà lis-sid leġittimu tagħha. |
|
(16) |
Din id-Deċiżjoni Kwadru ma tippreġudikax il-finijiet li lejhom l-Istati Membri jallokaw l-ammonti miksuba bħala konsegwenza ta' l-applikazzjoni tagħha. |
|
(17) |
Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex taffettwa l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma ta’ l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà interna skond l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI KWADRU:
Artikolu 1
Għan
1. L-għan ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru hu li jistabbilixxi r-regoli li taħthom Stat Membru għandu jirrikonoxxi u jesegwixxi fit-territorju tiegħu, ordnijiet ta’ konfiska maħruġin minn qorti ta’ Stat Membru ieħor li għandha l-kompetenza f’materji kriminali.
2. Din id-Deċiżjoni Kwadru ma għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fondamentali u prinċipji legali fondamentali kif miġbura fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u kwalunkwe obbligi li jaqgħu fuq awtoritajiet ġudizzjarji f’dan ir-rigward ma għandhomx jiġu affettwati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru,
|
(a) |
“Stat emittenti” għandu jfisser l-Istat Membru li fih qorti ħarġet ordni ta’ konfiska fil-qafas ta’ proċedimenti kriminali; |
|
(b) |
“Stat ta’ esekuzzjoni” għandu jfisser l-Istat Membru li lejh ġiet trasmessa ordni ta’ konfiska għall-iskop ta’ esekuzzjoni; |
|
(c) |
“ordni ta’ konfiska” għandu jfisser penali jew miżura finali imposti minn qorti b’segwitu għal proċedimenti fir-rigward ta’ reat jew reati kriminali, li tirriżulta fl-ipprivar definittiv ta’ proprjetà; |
|
(d) |
“proprjetà” għandu jfisser proprjetà ta’ kwalunkwe deskrizzjoni, materjali jew mhux materjali, mobbli jew immobbli, u dokumenti legali u strumenti li jevidenzjaw it-titlu għal jew l-interess f’tali proprjetà, li l-qorti fl-Istat emittenti ddeċidiet li:
|
|
(e) |
“rikavati” għandu jfisser kwalunkwe vantaġġ ekonomiku miksub minn reati kriminali. Tista’ tikkonsisti minn kwalunkwe xorta ta’ proprjetà; |
|
(f) |
“mezzi strumentali” għandu jfisser kwalunkwe proprjetà użata jew maħsuba biex tiġi użata, fi kwalunkwe mod, bis-sħiħ jew parzjalment, biex jiġi/u mwettaq/qa reat(i) kriminali; |
|
(g) |
“oġġetti kulturali li jagħmlu parti mill-wirt kulturali nazzjonali” għandu jiġi definit skond l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 93/7/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (6); |
|
(h) |
Fejn il-proċedimenti kriminali li jwasslu għal ordni ta’ konfiska jinvolvu reat affermat kif ukoll il-money laundering, “reat kriminali” msemmi fl-Artikolu 7(2)(f) għandu jfisser reat affermat. |
Artikolu 3
Determinazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti
1. Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu, li huma kompetenti skond din id-Deċiżjoni Kwadru, meta dak l-Istat ikun:
|
— |
l-Istat emittenti, jew |
|
— |
l-Istat ta’ esekuzzjoni. |
2. Minkejja l-Artikoli 4(1) u (2), kull Stat Membru jista’ jaħtar, jekk ikun neċessarju minħabba l-organizzazzjoni tas-sistema interna tiegħu, awtorità waħda jew aktar responsabbli għat-trasmissjoni u r-riċeviment ta’ l-ordnijiet ta’ konfiska u biex jgħin(u) lill-awtoritajiet kompetenti.
3. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi aċċessibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.
Artikolu 4
Trasmissjoni ta’ ordnijiet ta’ konfiska
1. Ordni ta’ konfiska, flimkien ma’ ċertifikat previst fil-paragrafu 2, li l-formola standard tiegħu hi mogħtija fl-anness, tista', fil-każ ta’ ordni ta’ konfiska li tikkonċerna ammont ta’ flus, tiġi trasmessa lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-persuna fiżika jew ġuridika kontra min l-ordni ta’ konfiska inħarġet għandha proprjetà jew dħul.
Fil-każ ta’ ordni ta’ konfiska li tikkonċerna partiti speċifiċi ta’ proprjetà, l-ordni ta’ konfiska u ċ-ċertifikat jistgħu jintbagħtu lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li tinstab proprjetà koperta mill-ordni ta’ konfiska.
Jekk mhemmx raġunijiet raġonevoli li jippermettu lill-Istat emittenti milli jiddetermina lil liema Stat Membru tista’ tintbagħat l-ordni ta’ konfiska, l-ordni ta’ konfiska tista’ tiġi trasmessa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn il-persuna fiżika jew ġuridika li kontriha nħarġet l-ordni ta’ konfiska hija normalment residenti jew li għandha s-sede reġistrata tagħha.
2. L-ordni ta’ konfiska jew kopja ċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jiġu trasmessi mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità fl-Istat ta’ esekuzzjoni li hija kompetenti għall-esekuzzjoni tagħha, permezz ta’ kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta’ esekuzzjoni li jistabbilixxi l-awtentiċità tagħha. L-oriġinal ta' l-ordni ta' konfiska, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ esekuzzjoni jekk dan hekk jitlob. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija.
3. Iċ-ċertifikat għandu jiġi ffirmat, u l-kontenuti tiegħu ċertifikati bħala preċiżi, mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti.
4. Jekk l-awtorità kompetenti għall-esekuzzjoni ta’ l-ordni mhijiex magħrufa mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, din ta’ l-aħħar għandha tagħmel l-inkjesti kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta’ kuntatt tan-network ġudizzjarju Ewropew, sabiex tikseb informazzjoni mill-Istat ta’ esekuzzjoni.
5. Fejn l-awtorità fl-Istat ta’ esekuzzjoni li tirċievi ordni, m'għandhiex il-ġurisdizzjoni biex tirrikonoxxiha u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-esekuzzjoni tagħha, għandha, ex officio, tittrasmetti l-ordni lill-awtorità kompetenti għall-esekuzzjoni tagħha u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ emittenti kif meħtieġ.
Artikolu 5
Trasmissjoni ta’ ordni ta’ konfiska lil Stat wieħed ta’ esekuzzjoni jew iżjed
1. Soġġett għall-paragrafi 2 u 3, ordni ta’ konfiska tista’ tiġi trasmessa biss skond l-Artikolu 4 lil Stat wieħed ta’ esekuzzjoni fi kwalunkwe mument speċifiku.
2. Ordni ta’ konfiska li tikkonċerna partiti speċifiċi ta’ proprjetà tista’ tiġi trasmessa lil iżjed minn Stat wieħed ta’ esekuzzjoni fl-istess ħin f’każijiet fejn:
|
— |
l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li partiti differenti ta’ proprjetà koperti mill-ordni ta’ konfiska jinsabu fi Stati ta’ esekuzzjoni differenti, |
|
— |
il-konfiska ta’ partita speċifika ta’ proprjetà koperta mill-ordni ta’ konfiska tinvolvi azzjoni f’iżjed minn Stat wieħed ta’ esekuzzjoni, jew |
|
— |
l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li partita speċifika ta’ proprjetà koperta mill-ordni ta’ konfiska tinsab f’wieħed minn tnejn jew iżjed Stati ta’ esekuzzjoni speċifikati. |
3. Ordni ta’ konfiska li tikkonċerna ammont ta’ flus tista’ tiġi trasmessa lil iżjed minn Stat wieħed ta’ esekuzzjoni fl-istess ħin, fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti tikkunsidra li hemm bżonn speċifiku li jsir hekk, per eżempju fejn:
|
— |
il-proprjetà ikkonċernata ma ġietx iffriżata taħt id-Deċiżjoni Kwadru 2003/577/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għall-iffriżar ta’ proprjetà jew evidenza, jew |
|
— |
il-valur tal-proprjetà li tista’ tiġi konfiskata fl-Istat emittenti u kwalunkwe Stat wieħed ta’ esekuzzjoni probabbilment ma jkunx biżżejjed għall-esekuzzjoni ta’ l-ammont sħiħ kopert mill-ordni ta’ konfiska. |
Artikolu 6
Reati
1. Jekk l-atti li jagħtu lok għall-ordni ta’ konfiska jikkostitwixxu wieħed jew iżjed mir-reati li ġejjin, kif definit mil-liġi ta’ l-Istat emittenti, u huma punibbli fl-Istat emittenti b’sentenza ta’ kustodja ta’ massimu ta’ mill-inqas 3 snin, l-ordni ta’ konfiska għandha tagħti lok għal esekuzzjoni mingħajr verifikazzjoni tal-kriminalità doppja ta’ l-atti:
|
— |
parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, |
|
— |
terroriżmu, |
|
— |
traffikar ta' bnedmin, |
|
— |
sfruttament sesswali ta’ tfal u pornografjia tat-tfal, |
|
— |
traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, |
|
— |
traffikar illeċitu f’armi, munizjoni u splussivi, |
|
— |
korruzzjoni, |
|
— |
frodi, inkluż dak li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fit-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, |
|
— |
laundering ta' flus li ġejjin minn reati, |
|
— |
falsifikar ta’ muniti, inkluża l-euro, |
|
— |
reati konnessi ma’ l-informatika, |
|
— |
reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu fi speċi ta’ annimali li huma fil-perikolu li jinqerdu u fi speċi u varjetajiet ta’ pjanti li huma fil-perikolu li jinqerdu, |
|
— |
faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati, |
|
— |
qtil, offiżi gravi fuq il-persuna, |
|
— |
kummerċ illeċitu f’organi u tessuti umani, |
|
— |
ħtif ta’ persuni, restrizzjoni illegali u ħtif ta’ ostaġġi, |
|
— |
razziżmu u ksenofobija, |
|
— |
serq organizzat jew bl-użu ta’ armi, |
|
— |
traffikar illeċitu f’beni kulturali, inklużi antikitajiet u xogħlijiet ta’ l-arti, |
|
— |
frodi, |
|
— |
intrigi ta' qerq u estorsjoni, |
|
— |
falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti, |
|
— |
falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom, |
|
— |
falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament, |
|
— |
traffikar illeċitu f’sustanzi ormonali u affarijiet oħra li jippromwovu l-iżvilupp, |
|
— |
traffikar illeċitu f’materjali nukleari jew radjuattivi, |
|
— |
traffikar f’vetturi misruqa, |
|
— |
stupru, |
|
— |
ħruq volontarju, |
|
— |
reati li huma fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, |
|
— |
qbid illegali ta’ inġenji ta’ l-ajru/bastimenti, |
|
— |
sabotaġġ. |
2. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jżid kategoriji oħra ta’ reati għal-lista fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe ħin, billi jaġixxi unanimament wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tat-TUE. Fid-dawl tar-rapport sottomess mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19, il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk il-lista għandhiex tiġi estiża jew emendata.
3. Għal reati oħra minbarra dawk koperti mill-paragrafu 1, l-Istat ta’ esekuzzjoni jista’ jagħmel li r-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-atti li jagħtu lok għall-ordni ta’ konfiska jikkostitwixxu reat li jippermetti l-konfiska taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, indipendentement mill-elementi kostitwenti jew il-mod kif hi deskritta taħt il-liġi ta’ l-Istat emittenti.
Artikolu 7
Rikonoxximent u esekuzzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandhom jirrikonoxxu mingħajr formalitajiet sussegwenti ordni ta’ konfiska li ġiet trasmessa skond l-Artikoli 4 u 5, u għandhom jieħdu minnufih il-miżuri kollha neċessarji għall-esekuzzjoni tagħha, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux li jinvokaw waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent jew nuqqas ta’ esekuzzjoni previsti fl-Artikolu 8, jew l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux li jinvokaw waħda mir-raġunijiet għal posponiment ta’ esekuzzjoni previsti fl-Artikolu 10.
2. Jekk talba għal konfiska tikkonċerna partita speċifika ta’ proprjetà, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati emittenti u ta’ esekuzzjoni jistgħu, jekk dan ikun previst fil-liġi nazzjonali ta’ dawn l-Istati, jaqblu li konfiska fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tieħu l-forma ta’ ħtieġa għal ħlas ta’ somma flus li tikkorrispondi għall-valur tal-proprjetà.
3. Jekk ordni ta’ konfiska tikkonċerna ammont ta’ flus, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni jistgħu, jekk il-ħlas ma jinkisibx, jeżegwixxu l-ordni ta’ konfiska skond il-paragrafu 1 fuq kwalunkwe partita ta’ proprjetà disopnibbli għal dak l-iskop.
4. Jekk ordni ta’ konfiska tikkonċerna ammont ta’ flus, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jibdlu l-ammont li għandu jiġi konfiskat fil-munita ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni bir-rata tal-kambju taż-żmien meta nħarġet l-ordni ta’ konfiska.
5. Kull Stat Membru jista’ jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu mhux ser jirrikonoxxu u jesegwixxu ordnijiet ta’ konfiska taħt ċirkostanzi fejn il-konfiska tal-proprjetà kienet ordnata taħt id-dispożizzjonijiet dwar is-setgħat estiżi ta’ konfiska msemmija fl-Artikolu 2(d)(iv). Kwalunkwe tali dikjarazzjoni tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin.
Artikolu 8
Raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent jew nuqqas ta’ esekuzzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu u li jesegwixxu l-ordni ta' konfiska jekk iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4 mhuwiex prodott, mhuwiex komplet jew ma jikkorrispondix b’mod evidenti ma' l-ordni.
2. L-awtorità ġudizzjarja kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni, kif definit fil-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat, tista’ tirrifjuta woll li tirrikonoxxi u tesegwixxi l-ordni ta' jekk konfiska ikun stabbilit li:
|
(a) |
l-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta’ konfiska tmur kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem; |
|
(b) |
f’wieħed mill-każijiet msemmija fl-Artikolu 6(3), l-ordni ta’ konfiska għandha x’taqsam ma’ atti li ma jikkostitwux reat li jippermetti l-konfiska taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta’ taxxi, dazji, dazji doganali u attivitajiet ta’ kambju, l-esekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska ma tistax tiġi rifjutata għar-raġuni li l-liġi fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma timponix l-istess xorta ta’ taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta’ regoli għal dak li għandu x’jaqsam ma’ taxxi, dazji, dazji doganali u attivitajiet ta’ kambju bħal dawk fil-liġi ta’ l-Istat emittenti; |
|
(c) |
hemm immunità jew privileġġ taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni li tipprevjeni l-esekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska domestika fuq il-proprjetà ikkonċernata; |
|
(d) |
id-drittijiet ta’ kwalunkwe parti interessata, inklużi ta’ partijiet terzi bona fide, taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni jagħmlu l-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta’ konfiska impossibbli, inkluż fejn hemm konsegwenza ta’ l-applikazzjoni ta’ rimedji legali skond l-Artikolu 9; |
|
(e) |
skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4(2), il-persuna ikkonċernata ma dehritx personalment u ma kinetx rappreżentata minn konsulent legali fil-proċedimenti li rriżultaw fl-ordni ta’ konfiska, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna kienet informata personalment jew permezz ta’ rappreżentant kompetenti skond il-liġi nazzjonali, dwar il-proċedimenti skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti, jew li l-persuna indikat li ma tikkontestax l-ordni ta’ konfiska; |
|
(f) |
l-ordni ta’ konfiska hija bbażata fuq proċedimenti fir-rigward ta’ reati kriminali li:
|
|
(g) |
l-ordni ta' konfiska, fid-dawl ta' dik l-awtorità, inħareġ f’ċirkostanzi fejn il-konfiska tal-proprjetà kienet ordnata taħt id-dispożizzjonijiet dwar is-setgħat estiżi ta’ konfiska msemmija fl-Artikolu 2(d)(iv); |
|
(h) |
fejn l-esekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska hija pprojbita minħabba preskrizzjoni fl-Istat ta’ esekuzzjoni sakemm l-atti jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ dak l-Istat taħt il-liġi kriminali tiegħu. |
3. Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni jidrilha li:
|
— |
l-ordni ta’ konfiska saret f’ċirkostanzi fejn il-konfiska tal-proprjetà kienet ordnata taħt id-dispożizzjonijiet dwar is-setgħat estiżi ta’ konfiska msemmija fl-Artikolu 2(d)(iii), u |
|
— |
l-ordni ta’ konfiska ma taqax fl-ambitu ta’ l-opzjoni adottata mill-Istat ta’ esekuzzjoni taħt l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2005/212/ĠAI (7), |
għandha tinforza l-ordni ta’ konfiska għal ta’ l-inqas sa fejn previst f’każijiet domestiċi simili taħt il-liġi nazzjonali.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandhom jagħtu konsiderazzjoni speċifika għall-konsultazzjoni, bi kwalunkwe mezzi adatti, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti qabel ma jiddeċiedu li ma jirrikonoxxux u ma jesegwux ordni ta’ konfiska skond il-paragrafu 2, jew li jillimitaw l-esekuzzjoni skond il-paragrafu 3. Il-konsultazzjoni hija obbligatorja fejn id-deċiżjoni tkun probabbilment ibbażata fuq:
|
— |
il-paragrafu 1, |
|
— |
il-paragrafu 2(a), (e), (f) jew (g), |
|
— |
il-paragrafu 2(d) u mhiex qiegħda tingħata informazzjoni taħt l-Artikolu 9(3), jew |
|
— |
il-paragrafu 3. |
5. Fil-każ li l-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta’ konfiska ssir impossibbli, minħabba li l-proprjetà li għandha tiġi konfiskata diġa ġiet konfiskata, sparixxiet, ġiet distrutta, ma tistax tinstab fil-post indikat fiċ-ċertifikat jew il-post fejn tinstab il-proprjetà ma ġietx indikata b’mod preċiż biżżejjed, anki wara konsultazzjoni ma’ l-Istat emittenti, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ ħruġ għandha tiġi nnotifikata minnufih.
Artikolu 9
Rimedji legali fl-Istat ta’ esekuzzjoni kontra rikonoxximent u esekuzzjoni
1. Kull Stat Membru għandu jadotta l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi żgurat li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, ikollha rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-esekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska skond l-Artikolu 6, sabiex iżżomm id-drittijiet tagħha. L-azzjoni għandha tittressaq quddiem qorti fl-Istat ta’ esekuzzjoni skond il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat. L-azzjoni jista’ jkollha effett ta’ sospiża taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni.
2. Ir-raġunijiet sostanzjali għall-ħruġ ta’ l-ordni ta’ konfiska ma jistgħux jiġu kontestati quddiem qorti fl-Istat ta’ esekuzzjoni.
3. Jekk tinġab azzjoni fl-Istat ta’ esekuzzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tiġi infurmata b’dan.
Artikolu 10
Posponiment ta’ esekuzzjoni
1. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tipposponi l-esekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska trasmessa skond l-Artikoli 4 u 5:
|
(a) |
jekk, fil-każ ta’ ordni ta’ konfiska li tikkonċerna ammont ta’ flus, tikkonsidra li hemm riskju li l-valur totali miksub mill-esekuzzjoni tagħha jista’ jaqbeż l-ammont speċifikat fl-ordni ta’ konfiska minħabba esekuzzjoni simultanja ta’ l-ordni ta’ konfiska f’iżjed minn Stat Membru wieħed, |
|
(b) |
fil-każijiet ta' rimedji legali msemmija fl-Artikolu 9, |
|
(c) |
fejn l-esekuzzjoni ta' ordni ta' konfiska tista’ tagħmel ħsara lil investigazzjoni jew proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin, sa meta tikkunsidra raġonevoli, |
|
(d) |
fejn huwa kkunsidrat li huwa meħtieġ li tiġi tradotta l-ordni ta' konfiska jew partijiet minnha, li għandha titħallas mill-Istat ta’ esekuzzjoni, jew |
|
(e) |
fejn il-proprjetà hija diġà s-suġġett ta’ proċedimenti ta’ konfiska fl-Istat ta’ esekuzzjoni. |
2. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha, għall-perijodu tal-posponiment, tieħu l-miżuri kollha li kienet tieħu f’każ domestiku simili biex tipprevjeni li l-proprjetà ma tibqax disponibbli għall-iskop ta’ l-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta’ konfiska.
3. Fil-każ ta’ posponiment skond il-paragrafu 1(a), l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti b’dan permezz ta’ kwalunkwe mezzi kapaċi li jħallu rekord bil-miktub, u l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tikkonforma ma’ l-obbligi msemmija fl-Artikolu 14(3).
4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b), (c), (d) u (e), rapport dwar il-posponiment, inkluż ir-raġunijiet għall-posponiment u, jekk possibbli, iż-żmien li mistenni jdum il-posponiment, għandu jsir minnufih mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni lill-awtorità kompetenti fl-istat emittenti bi kwalunkwe mezzi kapaċi li jħallu rekord bil-miktub.
Hekk kif ir-raġuni għall-posponiment tkun spiċċat, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha minnufih tieħu l-passi kollha xierqa għall-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta’ konfiska u tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti b’dan permezz ta’ kwalunkwe mezzi kapaċi li jħallu rekord bil-miktub.
Artikolu 11
Ordnijiet ta’ konfiska multipli
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta' esekuzzjoni qed jipproċessaw:
|
— |
żewġ ordnijiet ta’ konfiska jew iżjed li jikkonċernaw ammont ta’ flus, li nħarġu kontra l-istess persuna fiżika jew ġuridika, u l-persuna ikkonċernata m'għandhiex biżżejjed mezzi fl-Istat ta' esekuzzjoni biex tippermetti li l-ordnijiet kollha jiġu esegwiti, jew |
|
— |
żewġ ordnijiet ta’ konfiska jew iżjed jikkonċernaw l-istess partita speċifika ta’ proprjetà, |
id-deċiżjoni dwar liema mill-ordnijiet ta’ konfiska tista’ jew jistgħu jiġu esegwiti għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti fl-Istat ta' esekuzzjoni skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat ta' esekuzzjoni, b’konsiderazzjoni debita taċ-ċirkostanzi kollha, li jistgħu jinkludu l-involviment ta’ assi iffriżati, il-gravità relattiva u l-post tar-reat, id-dati ta’ l-ordnijiet rispettivi u d-dati tat-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet rispettivi.
Artikolu 12
Liġi li tirregola l-esekuzzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-esekuzzjoni ta’ l-ordni għandha tiġi regolata mill-liġi ta’ l-Istat ta' esekuzzjoni u l-awtoritajiet tagħha biss għandhu jkollhom kompetenza biex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għal esekuzzjoni u biex jiddeterminaw il-miżuri kollha li għandhom x’jaqsmu magħha.
2. Fil-każ fejn il-persuna ikkonċernata tista’ tforni prova ta’ konfiska, totali jew parzjali, fi kwalunkwe Stat, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti bi kwalunkwe mezzi adatti. Kwalunkwe parti mill-ammont, fil-każ ta’ konfiska ta’ rikavati, li huwa rkuprat skond l-ordni ta’ konfiska fi kwalunkwe Stat ieħor mill-Istat ta' esekuzzjoni għandu jiġi mnaqqas bis-sħiħ mill-ammont li għandu jiġi konfiskat fl-Istat ta' esekuzzjoni.
3. Ordni ta’ konfiska minn persuna ġuridika għandha tiġi esegwita anki jekk l-Istat ta’ esekuzzjoni ma jirrikonoxxix il-prinċipju tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuni ġuridiċi.
4. L-Istat ta' esekuzzjoni ma jistax jimponi miżuri bħala alternattiva għall-ordni ta’ konfiska, inklużi sanzjonijiet ta’ ħabs jew kwalunkwe miżura oħra li tillimita l-libertà ta’ persuna bħala riżultat ta’ trasmissjoni skond l-Artikoli 4 u 5, sakemm l-Istat emittenti ma jkunx ta l-kunsens tiegħu.
Artikolu 13
Amnestija, maħfra, reviżjoni ta’ ordni ta' konfiska
1. L-amnestija u l-maħfra jistgħu jingħataw mill-Istat emittenti tad-deċiżjoni kif ukoll mill-Istat ta’ esekuzzjoni.
2. L-Istat emittenti biss jista’ jieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni għal reviżjoni ta’ ordni ta’ konfiska.
Artikolu 14
Konsegwenzi ta’ trasmissjoni ta’ ordnijiet ta’ konfiska
1. It-trasmissjoni ta’ ordni ta' konfiska lil Stat wieħed ta' esekuzzjoni jew iżjed skond l-Artikoli 4 u 5 ma tillimitax id-dritt ta’ l-Istat emittenti biex jesegwixxi l-ordni ta' konfiska hu stess.
2. Fil-każ ta’ trasmissjoni ta’ ordni ta' konfiska li tikkonċerna ammont ta’ flus lil Stat wieħed ta' esekuzzjoni jew iżjed, il-valur totali miksub mill-esekuzzjoni tagħha ma jistax jaqbeż l-ammont massimu speċifikat fl-ordni ta' konfiska.
3. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat ta' esekuzzjoni kkonċernat b’dan bi kwalunkwe mezzi kapaċi li jħallu rekord bil-miktub:
|
(a) |
jekk tikkunsidra li hemm riskju li tista’ sseħħ esekuzzjoni lil hinn mill-ammont massimu, per eżempju abbażi ta’ informazzjoni notifikata lilha minn Stat ta' esekuzzjoni skond l-Artikolu 10(3). Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 10(1)(a), l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tinforma kemm jista’ jkun malajr lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta' esekuzzjoni dwar jekk ir-riskju msemmi spiċċax; |
|
(b) |
jekk l-ordni ta’ konfiska ġiet esegwita bis-sħiħ jew parzjalment fl-Istat emittenti jew fi Stat ta' esekuzzjoni ieħor. L-ammont li għadu ma ġiex esegwit mill-ordni ta' konfiska għandu jiġi speċifikat; |
|
(c) |
jekk, wara t-trasmissjoni ta’ ordni ta' konfiska skond l-Artikoli 4 u 5, awtorità ta’ l-Istat emittenti tirċievi kwalunkwe somma ta’ flus li l-persuna ikkonċernata ħalset volontarjament fir-rigward ta’ l-ordni ta' konfiska. L-Artikolu 12(2) għandu japplika. |
Artikolu 15
Tmiem ta’ esekuzzjoni
L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat tad-deċiżjoni għanda tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe mezzi li jħallu rekord bil-miktub dwar kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li bħala riżultat tagħha l-ordni tieqaf milli tkun tista’ tiġi nfurzata jew tiġi rtirata mill-Istat ta’ esekuzzjoni għal kwalunkwe raġuni oħra. L-Istat ta’ esekuzzjoni għandu jtemm l-esekuzzjoni ta’ l-ordni malli jiġi nfurmat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti dwar dik id-deċiżjoni jew miżura.
Artikolu 16
Allokazzjoni ta’ proprjetà konfiskata
1. Flus li nkiseb mill-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta' konfiska għandu jiġi allokat mill-Istat ta’ esekuzzjoni kif ġej:
|
(a) |
jekk l-ammont miksub mill-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta' konfiska huwa inqas minn EUR 10 000, jew l-ekwivalenti għal dik is-somma, l-ammont għandu jmur lill-Istat ta' esekuzzjoni, |
|
(b) |
fil-każijiet l-oħra kollha, 50 % ta’ l-ammont li nkiseb mill-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta' konfiska għandu jiġi trasferit mill-Istat ta' esekuzzjoni lill-Istat emittenti. |
2. Proprjetà oħra minbarra flus, li nkisbet mill-esekuzzjoni ta’ l-ordni ta' konfiska, għandha tiġi allokata f’wieħed mill-modi li ġejjin, li għandu jiġi deċiż mill-Istat ta' esekuzzjoni.
|
(a) |
il-proprjetà tista’ tinbiegħ. F’dak il-każ, il-qligħ mill-bejgħ huma allokati skond il-paragrafu 1; |
|
(b) |
il-proprjetà tista’ tiġi trasferita lill-Istat emittenti. Jekk l-ordni ta' konfiska tkopri ammont ta’ flus, il-proprjetà tista’ tiġi trasferita biss lill-Istat emittenti meta dak l-Istat ta l-kunsens tiegħu; |
|
(c) |
meta mhux posibbli li jiġu applikati (a) jew (b), il-proprjetà tista’ tiġi allokata b’mod ieħor skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat ta' esekuzzjoni. |
3. Minkejja l-paragrafu 2, l-Istat ta' esekuzzjoni m'għandux ikollu jbigħ jew jirritorna partiti speċifiċi koperti mill-ordni ta' konfiska li jikkostitwixxu oġġetti kulturali li jiffurmaw parti mill-patrimonju nazzjonali ta’ dak l-Istat.
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw biss sakemm ma jkunx hemm ftehim ieħor bejn l-Istat emittenti u l-Istat ta' esekuzzjoni.
Artikolu 17
Informazzjoni dwar ir-riżultat ta’ l-esekuzzjoni
L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti permezz ta’ kwalunkwe mezzi li jħallu rekord bil-miktub:
|
(a) |
dwar it-trasmissjoni ta’ l-ordni ta' konfiska lill-awtorità kompetenti, skond l-Artikolu 4(5), |
|
(b) |
dwar kwalunkwe deċiżjoni għal nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ l-ordni ta' konfiska, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni; |
|
(c) |
dwar in-nuqqas totali jew parzjali ta’ esekuzzjoni ta’ l-ordni ta' konfiska għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 11, l-Artikolu 12(1) u (2), jew l-Artikolu 13(1); |
|
(d) |
hekk kif l-esekuzzjoni ta’ l-ordni ġiet ikkompletata; |
|
(e) |
dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri alternattivi, skond l-Artikolu 12(4). |
Artikolu 18
Rimbors
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), fejn l-Istat ta' esekuzzjoni taħt il-liġi tiegħu huwa responsabbli għal korriment ikkawżat lil waħda mill-partijiet imsemmija fl-Artikolu 9 minħabba l-esekuzzjoni ta’ ordni ta' konfiska trasmessa lilu skond l-Artikoli 4 u 5, l-Istat emittenti għandu jirrimborża lill-Istat ta' esekuzzjoni kwalunkwe somom imħallsa lill-parti msemmija f’danni minħabba dik ir-responsabbiltà ħlief jekk, u sal-limitu li, il-korriment jew kwalunkwe parti minnu huwa esklussivament ir-riżultat tal-kondotta ta’ l-Istat ta' esekuzzjoni.
2. Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għall-liġi nazzjonali ta’ l-Istati Membri dwar talbiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi għal kumpens għal ħsara.
Artikolu 19
Lingwi
1. Iċ-ċertifikat għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali jew waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni.
2. Kwalunkwe Stat Membru jista’, meta din id-Deċiżjoni Kwadru tiġi adottata jew f’data aktar tard, jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li jaċċetta traduzzjoni f’waħda jew iżjed mill-lingwi uffiċjali l-oħra ta’ l-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 20
Spejjeż
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, l-Istati Membri ma jistgħux jitolbu mingħand xulxin ir-rimbors ta’ spejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.
2. Fejn l-Istat ta' esekuzzjoni kellu spejjeż li jikkunsidra kbar jew eċċezzjonali, jista’ jipproponi lill-Istat emittenti li l-ispejjeż jinqasmu. L-Istat emittenti għandu jieħu kont ta’ kwalunkwe proposta tali abbażi ta’ speċifikazzjonijiet dettaljati mogħtija mill-Istat ta' esekuzzjoni.
Artikolu 21
Relazzjoni ma’ ftehim u arranġamenti oħra
Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni ta’ ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali bejn Stati Membri sakemm tali ftehim jew arranġamenti jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-infurzar ta’ ordnijiet ta' konfiska.
Artikolu 22
Implimentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Kwadru sal-24 ta’ Novembru 2008.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obligi li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni Kwadru. Abbażi ta’ rapport stabbilit mill-Kummissjoni abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kunsill għandu, sal-24 ta’ Novembru 2009, jivvaluta f’liema miżura l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Kwadru.
3. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bid-dikjarazzjonijiet magħmula skond l-Artikoli 7(5) u 19(2).
4. Stat Membru li ltaqa’ ma’ diffikultajiet ripetuti jew ma’ nuqqas ta’ attività minn Stat Membru ieħor fir-rikonoxximent u l-esekuzzjoni reċiproku ta’ ordnijiet ta' konfiska, li ma ġewx riżolti permezz ta’ konsultazzjonijiet bilaterali, jista’ jinforma lill-Kunsill bil-ħsieb li tiġi evalwata l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru fil-livell ta’ Stat Membru.
5. L-Istati Membri, li jaġixxu bħala Stati ta’ esekuzzjoni, għandhom jinfurmaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fil-bidu tas-sena kalendarja, dwar in-numru ta’ każijiet fejn ġie applikat l-Artikolu 17(b), b’taqsira tar-raġunijiet għal dan.
Sal-24 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport abbażi ta’ l-informazzjoni riċevuta, akkumpanjat minn kwalunkwe inizjattivi li tikkunsidra xierqa.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni Kwadru għanda tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
K. RAJAMÄKI
(2) Opinjoni mogħtija fl-20 ta’ Novembru 2002 (ĠU C 25E, 29.1.2004, p. 205).
(4) ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45.
(5) ĠU L 68, 15.3.2005, p. 49.
(6) ĠU L 74, 27.3.1993, p. 74. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/38/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (ĠU L 187, 10.7.2001, p. 43).
(7) Imla n-numru mill-premessa 8.
ANNESS
ĊERTIFIKAT
imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għall-ordnijiet ta’ konfiska