Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0980

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPT/2/2006 tat- 12 ta’ Diċembru 2006 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma f'oħra possibbli fil-Kosovo

    ĠU L 365, 21.12.2006, p. 88–88 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 496–496 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/980/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    496


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPT/2/2006

    tat-12 ta’ Diċembru 2006

    li testendi l-mandat tal-Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma f'oħra possibbli fil-Kosovo

    (2006/980/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/304/PESK ta' l-10 ta' April 2006 dwar l-istabbiliment ta' Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma f'oħra possibbli fil-Kosovo (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK jipprovdi sabiex il-Kunsill ikun jista' jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà jieħu d-deċiżjonijiet relevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, li jaħtar Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo).

    (2)

    Fit-2 ta' Mejju 2006, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni EUPT/Kosovo/1/2006 li taħtar lis-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) (2).

    (3)

    Dik id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2006.

    (4)

    Fil-11 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/918/PESK li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK sal-31 ta' Mejju 2007.

    (5)

    Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) sal-31 ta' Mejju 2007.

    (6)

    Għaldaqstant, il-mandat tal-Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) għandu jiġi estiż sal-31 ta' Mejju 2007,

    IDDECIEDA KIF GEJ:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma oħra possibbli fil-Kosovo huwa b'dan estiż sal-31 ta' Mejju 2007.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2007.

    Magħmul fi Brussel, 12 ta’ Diċembru 2006.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    T. TANNER


    (1)  ĠU L 112, 26.4.2006, p. 19. Azzjoni Konġunta kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2006/918/PESK (ĠU L 349, 12.12.2006, p. 57).

    (2)  ĠU L 130, 18.5.2006, p. 42.


    Top