Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0928

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta' Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta' riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6569)

ĠU L 354, 14.12.2006, p. 56–57 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 825–826 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/10/2023; Imħassar b' 32023D1786

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/928/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

825


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Diċembru 2006

dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta' riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6569)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/928/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 u 38 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet sottomessi mill-Istati Membri,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq l-istat ta' dritt, prinċipju komuni għall-Istati Membri kollha.

(2)

Il-qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u s-suq intern, maħluq mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, huma bbażati fuq il-fiduċja reċiproka li d-deċiżjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji u l-prattiċi ta' l-Istati Membri kollha jirrispettaw b'mod sħiħ l-istat ta' dritt.

(3)

Dan jimplika għall-Istati Membri kollha l-eżistenza ta' sistema ġudizzjarja u amministrattiva imparzjali, indipendenti w effettiva mgħammra b'mod xieraq, inter alia, sabiex tiġġieled il-korruzzjoni.

(4)

Fl-1 ta' Jannar 2007, ir-Rumanija se ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni, filwaqt li tinnota l-isforzi konsiderevoli sabiex jitlestu l-preparazzjonijiet tar-Rumanija għas-sħubija, identifikat kwistjonijiet pendenti fir-Rapport tagħha tas-26 ta' Settembru 2006, b'mod partikolari l-kontabilità u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja u l-entitajiet ta' l-infurzar tal-liġi, fejn hemm bżonn ta' aktar progress sabiex tiġi assigurata l-kapaċità tagħhom sabiex jimplimentaw u japplikaw il-miżuri adottati sabiex jiġu mwaqqafa s-suq intern u l-qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(5)

L-Artikolu 37 ta' l-Att ta' Adeżjoni jagħti setgħa lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri xierqa f'każ ta' riskju imminenti li r-Rumanija tikkawża ksur fil-funzjoni tas-suq intern b'nuqqas li jiġu implimentati l-impenji li ntrabtet bihom. L-Artikolu 38 ta' l-Att ta' Adeżjoni jagħti setgħa lill-Kummissjoni sabiex tieħu miżuri xierqa f'każ imminenti ta' nuqqasijiet serji mir-Rumanija fit-traspożizzjoni, l-istat ta' implimentazzjoni, jew l-applikazzjoni ta' atti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat ta' l-UE u ta' l-atti adottati taħt it-Titolu IV tat-Trattat tal-KE.

(6)

Il-kwistjonijiet li għad fadal fil-kontabilità u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja u l-entitajiet ta' l-infurzar jiġġustifikaw it-twaqqif ta' mekkaniżmu għal kooperazzjoni u verifika tal-progress tar-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta' riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

(7)

Jekk ir-Rumanija tonqos milli tindirizza l-punti ta' riferiment b'mod adegwat, il-Kummissjoni tista' tapplika miżuri ta' salvagwardja bbażati fuq l-Artikoli 37 u 38 ta' l-Att ta' Adeżjoni, kif ukoll is-sospensjoni ta' l-obligazzjoni ta' l-Istati Membri sabiex jirrikonoxxu u jwettqu, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi tal-Komunità, is-sentenzi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji Rumeni, bħal mandati ta' arrest Ewropej.

(8)

Din id-Deċiżjoni ma teskludix l-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja f'kull ħin fuq il-bażi ta' l-Artikoli 36 u 38 ta' l-Att ta' Adeżjoni, jekk il-kondizzjonijiet ta' dawn il-miżuri jiġu mwettqa.

(9)

Id-Deċiżjoni preżenti għandha tiġi emendata jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tkun indika bżonn ta' aġġustament fil-punti ta' riferiment. Id-Deċiżjoni preżenti għandha titħassar meta il-punti ta' riferiment kollha jiġu mwettqa b'mod sodisfaċenti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Rumanija għandha, sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, u għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2007, tirraporta lill-Kummissjoni dwar il-progress magħmul fl-indirizzar tal-punti ta' riferiment kollha pprovduti fl-Anness.

Il-Kummisjoni tistà, f'kull ħin, tipprovdi assistenza teknika permezz ta' attivitajiet differenti jew tiġbor u tpartat informazzjoni dwar il-punti ta' riferiment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tistà, f'kull ħin, torganizza missjonijiet ta' l-esperti lejn ir-Rumanija għal dan l-iskop. L-awtoritajiet Rumeni għandhom jagħtu l-appoġġ neċessarju f'dan il-kuntest.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni se tikkomunika lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill il-kummenti u r-riżultati tagħha dwar ir-rapport tar-Rumanija għall-ewwel darba f'Ġunju 2007.

Il-Kummissjoni se terġa tirraporta minn hemm 'il quddiem kif u meta jkun meħtieġ u mill-inqas kull sitt xhur.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ soġġetta biss għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 13 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


ANNESS

Punti ta' riferiment li għandhom jiġu indirizzati mir-Rumanija, imsemmija f'Artikolu 1:

(1)

Tassigura proċess ġudizzjarju aktar trasparenti u effiċjenti partikolarment billi jiġu mtejba l-kapaċità u l-kontabilità tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura. Tirraporta u tissorvelja l-impatt tal-kodiċi ġodda tal-proċeduri ċivili u penali.

(2)

Tistabbilixxi, kif previst, aġenzija ta' integrità b'responsabbiltajiet ta' verifikar ta' assi, inkompatibbiltajiet u kunflitti potenzjali ta' interess, u sabiex tagħti deċiżjonijiet mandatorji abbażi ta' liema jistgħu jingħataw sanzjonijiet ta' deterrent.

(3)

Tibni fuq il-progress li diġà sar, tkompli tagħmel investigazzjonijiet professjonali u mhux partiġjani dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli.

(4)

Tieħu aktar miżuri sabiex timpedixxi u tiġġieled il-korruzzjoni, b'mod partikolari fi ħdan il-gvern lokali.


Top