Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0927

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta' Diċembru 2006 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb ta' l-inklużjoni possibbli tal- fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6457) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 354, 14.12.2006, p. 54–55 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 823–824 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/927/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    823


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-13 ta' Diċembru 2006

    li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb ta' l-inklużjoni possibbli tal- fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6457)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/927/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi għall-iżvilupp ta' lista Komunitarja ta' sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (2)

    Dossier għas-sustanza attiva ġie sottomess minn Bayer CropScience AG, lill-awtoritajiet tal-Greċja fit-30 ta' Marzu 2006 b'applikazzjoni sabiex tikseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (3)

    L-awtoritajiet tal-Greċja indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżaminazzjoni preliminari, id-dossier għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa l-kriterji tad-data u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossier li tressaq jidher li jissodisfa l-kriterji tad-data u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta' prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih hemm is-sustanza attiva kkonċernata. F'konformità ma' l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier kien tressaq sussegwentament mill-applikant għand il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn, u kien referut lill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

    (4)

    Permezz ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fuq livell Komunitarju li d-dossier għandu jitqies li fil-prinċipju huwa f'konformità mal-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III taad-Direttiva 91/414/KEE.

    (5)

    Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant iressaq aktar data jew informazzjoni sabiex jiċċara ċerti punti fid-dossier.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-viżjoni li tinkiseb l-inklużjoni ta' din is-sustanza fl-Anness I ma' dik id-Direttiva, għandu jissodisfa fil-prinċipju l-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

    Id-dossier jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.

    Artikolu 2

    L-Istat Membru rapporteur għandu jsegwi l-eżaminazzjoni fil-fond tad-dossier ikkonċernat u għandu jirrapporta l-konklużjonijiet mill-eżaminazzjonijiet tiegħu flimkien ma' xi rakkomandazzjonijiet għall-inklużjoni jew le fl-Anness I tad-Direttiva 91/44/KEE tas-sustanza attiva kkonċernata u kull kundizzjoni relatata magħhom lill-Kummissjoni Ewropea malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn perjodu ta' sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 13 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/75/KE (ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3).


    ANNESS

    IS-SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA B'DIN ID-DEĊIŻJONI

    Nru

    Isem Komuni, Numru ta' l-Identifikazzjoni

    L-applikant

    Id-data ta' l-applikazzjoni

    Stat Membru Rapporteur

    1

    FlubendiamideIn-Nru CIPAC.

    għadu ma ġiex allokat

    Bayer CropScience AG

    30 ta' Marzu 2006

    EL


    Top