Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0922

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Diċembru 2006 li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill- 1 ta' Frar 2006 , l- 1 ta' Marzu 2006 , l- 1 ta' April 2006 , l- 1 ta' Mejju 2006 u l- 1 ta' Ġunju 2006 li jaffettwaw il-pagi ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondatai fil-pajjiżi terzi

    ĠU L 354, 14.12.2006, p. 39–41 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 808–810 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/922/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    808


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-12 ta' Diċembru 2006

    li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Frar 2006, l-1 ta' Marzu 2006, l-1 ta' April 2006, l-1 ta' Mejju 2006 u l-1 ta' Ġunju 2006 li jaffettwaw il-pagi ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondatai fil-pajjiżi terzi

    (2006/922/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, iffissati bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (2), u notevolment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 351/2006 (3) kienu ffissati, b'applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti ta' l-Istaff il-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw il-pagi, mill-1 ta' Lulju 2004, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati fil-pajjiżi terzi.

    (2)

    Meħtieġ li jkunu adattati, b'konformità mat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti ta' l-Istaff, mill-1 ta' Frar 2006, l-1 ta' Marzu 2006, l-1 ta' April 2006, l-1 ta' Mejju 2006 u l-1 ta' Ġunju 2006, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li fl-istatistiki għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament,

    IDDEĊIDIET:

    Artikolu uniku

    B'effett mill-1 ta' Frar 2006, l-1 ta' Marzu 2006, l-1 ta' April 2006, l-1 ta' Mejju 2006, u l-1 ta' Ġunju 2006, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għall-pagi ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati f'pajjiżi terzi imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, huma dawk indikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti b'konformità mal-modalitajiet ta' eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

    Magħmul fi Brussel, 12 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Benita FERRERO-WALDNER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

    (2)  ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7.

    (3)  ĠU L 59, 1.3.2006, p. 1.


    ANNESS

    Pajjiżi ta' ssekondar

    Koeffiċjenti korrettivi

    Frar 2006

    L-Angola

    120,0

    Il-Bangladexx

    46,6

    Bożnja u Ħerzegovina

    78,6

    Il-Kap Verde

    78,6

    Kuba

    99,3

    Il-Ginea

    61,2

    Hong Kong

    94,8

    Iżrael

    102,2

    Il-Kenja

    83,9

    Il-Libanu

    94,4

    Il-Madagaskar

    74,5

    In-Nikaragwa

    64,7

    In-Niġer

    91,5

    Il-Kaledonja Ġdida

    129,1

    L-Uganda

    62,1

    Il-Filippini

    61,3

    Ir-Russja

    118,3

    Is-Sirja

    62,9

    Il-Veneżwela

    63,4

    Iż-Żimbabwe

    36,2


    Pajjiżi ta' ssekondar

    Koeffiċjenti korrettivi

    Marzu 2006

    Botswana

    69,9

    Il-Kamerun

    108,0

    El Salvador

    87,7

    Il-Laos

    74,0

    Il-Malawi

    76,1

    Ir-Repubblika Domenikana

    74,6

    It-Tanzanija

    62,5

    Iż-Żimbabwe

    44,4


    Pajjiżi ta' ssekondar

    Koeffiċjenti korrettivi

    April 2006

    L-Arabja Sawdita

    94,1

    L-Eġittu

    55,1

    Il-Ginea

    64,4

    Il-Ħaïti

    105,5

    Hong Kong

    101,9

    Mali

    93,8

    Iż-Żimbabwe

    48,7


    Pajjiżi ta' ssekondar

    Koeffiċjenti korrettivi

    Mejju 2006

    Il-Benin

    92,1

    Il-Ġordan

    73,2

    Il-Możambik

    67,0

    Il-Pakistan

    53,8

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    131,6

    Iż-Żambja

    79,9


    Pajjiżi ta' ssekondar

    Koeffiċjenti korrettivi

    Ġunju 2006

    L-Arġentina

    55,6

    Botswana

    65,6

    Iċ-Ċili

    78,9

    L-Etjopja

    85,1

    Iżrael

    105,5

    In-Nepal

    70,8

    L-Uganda

    56,1

    Il-Peru

    76,5

    Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

    123,6

    It-Tanzanija

    58,7

    It-Tajlandja

    59,6

    Yemen

    70,6


    Top