Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0882

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità

ĠU L 341, 7.12.2006, pp. 31–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, pp. 279–280 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/882/oj

Related international agreement

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

279


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Novembru 2006

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità

(2006/882/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Frar 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f’negozjati mar-Repubblika tal-Kroazja biex temenda l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja fil-Komunità skond il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja fuq in-naħa l-oħra (1) approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/40/KE, Euratom (2).

(2)

Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Għalhekk, il-Protokoll imsemmi għandu jiġi approvat.

(3)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak il-Protokoll għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-istess proċedura bħal dik prevista fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (3),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja lejn il-Komunità (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill permezz ta’ dan huwa awtorizzat li jaħtar lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll sabiex jorbtu lill-Komunità.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat dan il-Protokoll skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. TUOMIOJA


(1)   ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.

(2)   ĠU L 26, 28.1.2005, p. 1.

(3)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.


PROTOKOLL

li jemenda l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, dwar kwoti tariffarji fuq iz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

fuq naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Kroazja”,

min-naħa l-oħra,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-FSA”) kien iffirmat fil-Lussemburgu nhar id-29 ta’ Ottubru 2001 u daħal fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 2005.

(2)

Seħħew negozjati biex jibdlu l-arranġamenti preferenzjali fil-FSA fir-rigward taz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor li joriġinaw mill-Kroazja jew mill-Komunità.

(3)

L-emendi xierqa għall-FSA għandhom jiġu adottati,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-FSA huwa b' dan emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 27 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-Komunità għandha tabolixxi l-ħlasijiet u d-dazji tad-dwana li għandhom effett ekwivalenti fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Kroazja, għajr dawk bit-titli Nri 0102 , 0201 , 0202 , 1701 , 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda.”;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu (5) li ġej:

“5.   L-Anness IV(h) jistipola ċerti arranġamenti tal-kummerċ li għandhom ikunu applikati għaz-zokkor u l-prodotti taz-zokkor taħt it-titli Nri 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda.”

2)

Fl-Anness IV, it-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi miżjud bħala l-Anness IV(h).

3)

Fit-tabella fl-Anness I tal-Protokoll 3, għandhom jitħassru r-referenzi li ġejjin:

“ 1702 50 00 — Fruktożju kimikalment pur”,

“ 1702 90 10 — Maltożju kimikalment pur”.

Artikolu 2

Il-partijiet għandhom jiltaqgħu fit-tieni nofs ta' l-2008 biex jirrevedu l-effetti ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-FSA.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll qed jitfassal f'żewġ kopji biċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Iżvediż, u l-Kroat, kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod.

Hecho en Zagreb, el veintiocho de noviembre de dos mil seis.

V Záhřebu dne dvacátého osmého listopadu dva tisíce šest.

Udfærdiget i Zagreb den otteogtyvende november to tusind og seks.

Geschehen zu Zagreb am achtundzwanzigsten November zweitausendundsechs.

Koostatud kahekümne kaheksandal novembril kahe tuhande kuuendal aastal Zagrebis.

Έγινε στο Ζάγκρεμπ στις είκοσι οκτώ Νοεμβρίου δύο χιλιάδες έξι.

Done at Zagreb on the twenty-eighth day of November in the year two thousand and six.

Fait à Zagreb, le vingt-huit novembre deux mille six.

Fatto a Zagabria, addì ventotto novembre duemilasei.

Zagrebā, divi tūkstoši sestā gada divdesmit astotajā novembrī.

Priimta Zagrebe, du tūkstančiai šeštų metų lapkričio dvidešimt aštuntą dieną.

Kelt Zágrábban, a kétezer-hatodik év november havának huszonnyolcadik napján.

Magħmul f'Żagreb fit-tmienja u għoxrin jum ta' Novembru fis-sena elfejn u sitta.

Gedaan te Zagreb, de achtentwintigste november tweeduizend en zes.

Sporządzono w Zagrzebiu dnia dwudziestego ósmego listopada dwa tysiące szóstego roku.

Feito em Zagrebe, aos vinte e oito dias do mês de Novembro do ano de dois mil e seis.

V Záhrebe dvadsiateho ôsmeho novembra dvetisícšesť.

V Zagrebu, dne osemindvajsetega novembra, leta dva tisoč šest.

Tehty Zagrebissa kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattakuusi.

Utfärdat i Zagreb den tjuguåttonde november år tvåtusensex.

Sastavljeno u Zagrebu dana dvadesetosmog studenoga dvije tisuće i šeste godine.

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Za Europsku zajednicu

Image 1

Por la República de Croacia

Za Chorvatskou republiku

For Republikken Kroatien

Für die Republik Kroatien

Horvaatia Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Κροατίας

For the Republic of Croatia

Pour la République de Croatie

Per la Repubblica di Croazia

Horvātijas Republikas vārdā

Kroatijos Respublikos vardu

A Horvát Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Kroazja

Voor de Republiek Kroatië

W imieniu Republiki Chorwacji

Pela República da Croácia

Za Chorvátsku republiku

Za Republiko Hrvaško

Kroatian tasavallan puolesta

För Republiken Kroatien

Za Republiku Hrvatsku

Image 2

ANNESS

“L-ANNESS IV(h)

imsemmi fl-Artikolu 27(5)

1.

Il-Komunità għandha tapplika l-aċċess bla ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw mill-Kroazja bit-titli 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta’ kwota tariffarja annwali ta’ 180 000 tunnellata (piż nett).

2.

Il-Kroazja għandha tapplika l-aċċess bi tnaqqis fil-ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjonijiet lejn il-Kroazja ta’ prodotti li joriġinaw mill-Komunità bit-titli 1701 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta’ kwantità annwali ta’ 80 000 tunnellata (piż nett) li għandu japplika biss ladarba l-importazzjonijiet mill-Kroazja fil-Komunità bit-titli 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda jilħqu t-80 000 tunnellata (piż nett). Fuq din il-kwantità, il-Kroazja se tnaqqas il-rata tal-ħlas ta’ dazju kif ġej:

fl-1 ta' Jannar 2007, id-dazju għandu jitnaqqas għal 75 % tad-dazju bażiku,

fl-1 ta' Jannar 2008, id-dazju għandu jitnaqqas għal 70 % tad-dazju bażiku,

fl-1 ta' Jannar 2009 u ‘l quddiem, id-dazju għandu jitnaqqas għal 50 % tad-dazju bażiku.

3.

Il-Komunità hija impenjata li ma tħallasx rifużjonijiet għall-esportazzjoni mill-baġit tal-Komunità għaz-zokkor, ix-xiropp u ċerti prodotti taz-zokkor oħra li jaqgħu taħt it-titli 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda meta dawn jiġu esportati fl-istat naturali tagħhom lejn il-Kroazja. Il-Kroazja hija impenjata li ma tħallasx rifużjonijiet għall-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet taz-zokkor lejn il-Komunità.”


Top