Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0849

    Deċizjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċizjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar (il-programm Pericles )

    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 212–213 (MT)
    ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32014R0331

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/849/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    212


    DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-20 ta’ Novembru 2006

    li temenda u testendi d-Deċizjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar (il-programm “Pericles”)

    (2006/849/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet sentenza ta' l-Artikolu 123(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 13(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE (2) tipprevedi li sat-30 ta’ Ġunju 2005 l-Kummissjoni kella tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun indipendenti mill-amministratur tal-programm, li jevalwa r-relevanza, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-programm u komunikazzjoni dwar jekk dan il-programm għandux jitkompla u jkun adattat, flimkien ma’ proposta xierqa.

    (2)

    Ir-rapport ta' evalwazzjoni previst fl-Artikolu 13 ta' dik id-Deċiżjoni ħareġ fit-30 ta' Novembru 2004. Dan ikkonkluda li l-programm laħaq l-objettivi tiegħu u rrakkomanda t-tkomplija tiegħu.

    (3)

    L-ammont finanzjarju ta' referenza, skond it-tifsira tal-punt 38 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (3) huwa inkluż f'din id-Deċiżjoni għat-tul taż-żmien kollu tal-programm, mingħajr b'hekk ma jiġu affettwati l-poteri ta' l-awtorità baġitarja kif inhuma definiti fit-Trattat.

    (4)

    It-tkomplija tal-programm tirrifletti l-ħtieġa li jibqgħu għaddejjin l-attivitajiet ta’ sorveljanza, taħriġ u assistenza teknika meħtieġa għall-appoġġ tal-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, billi jipprovdu qafas stabbli għall-ippjanar tal-programmi ta’ l-Istati Membri, b’mod partikolari tul perijodu li matulu pajjiżi ġodda jadottaw il-munita unika.

    (5)

    F’dan l-ispirtu, fit-8 ta’ April 2005 l-Kummissjoni ssottomettiet proposta għat-tkomplija tal-programm “Pericles” (4) sal-31 ta’ Diċembru 2011.

    (6)

    Sakemm ikun hemm ftehim finali dwar il-Qafas Finanzjarju tal-Komunità għas-snin 2007-2013, il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-programm Pericles għas-sena 2006.

    (7)

    Fid-dikjarazzjoni tiegħu tat-30 ta' Jannar 2006, il-Kunsill ikkonsidra li l-programm Pericles għandu natura pluriennali u li għandu jiġi estiż sa l-2011. Għal dan l-għan huwa stieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-estensjoni tal-programm għall-perjodu li jibda mill-2007, hekk kif jintlaħaq ftehim dwar il-Qafas Finanzjarju għall-2007-2013.

    (8)

    Huwa xieraq li l-programmi Komunitarji jkunu konformi mal-Qafas Finanzjarju tal-Komunità.

    (9)

    Sabiex jiġu evitati soprappożizzjonijiet tiġi żgurata konsistenza u komplimentarjetà ta' azzjonijiet taħt il-programm Pericles, huwa importanti li jiġu żviluppati sinerġiji bejn azzjonijiet iffinanzjati mill-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol.

    (10)

    B'konsegwenza, u minħabba l-ħtieġa għal taħriġ u assistenza kontinwi għall-protezzjoni tal-euro, il-programm Pericles għandu jiġi estiz sal-31 ta’ Diċembru 2013. Id-Deċiżjoni 2001/923/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

    IDDEĊIEDA KIF GEJ:

    Artikolu 1

    Emendi

    Id-Deċiżjoni 2001/923/KE hija b'dan emendata hekk:

    1.

    Fl-Artikolu 1(2), l-aħħar sentenza qed tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “Għandu jopera mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2013.”;

    2.

    Is-sub-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-aħħar ta' l-Artikolu 6:

    “L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ azzjoni Komunitarju għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 7 000 000.”;

    3.

    L-Artikolu 13(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt (a), id-data “30 ta’ Ġunju 2005” għandha tiġi sostitwita bi “30 ta' Ġunju 2013”.

    (b)

    il-Punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(b)

    fit-tmiem tal-perijodi inizjali u addizzjonali tal-programm u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2006 u 2014 rispettivament, rapporti dettaljati dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm li jagħtu rendikont, b’mod partikolari, tal-valur miżjud ta’ l-assistenza finanzjarja mill-Komunità.”

    Artikolu 2

    Applikabbiltà

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fl-Istati Membri parteċipanti kif definit fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (5).

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. KORKEAOJA


    (1)  ĠU C 163, 14.7.2006, p. 7.

    (2)  ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/75/KE (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 40).

    (3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (4)  COM(2005) 127 finali.

    (5)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1647/2006 (ĠU L 309, 9.11.2006, p. 2).


    Top