EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0848

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Lulju 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

ĠU L 330, 28.11.2006, p. 18–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 202–202 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/848/oj

Related international agreement

32006D0848

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Lulju 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

Official Journal L 330 , 28/11/2006 P. 0018 - 0018
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0202 - 0202


20060717

Deċiżjoni tal-Kunsill

tas- 17 ta’ Lulju 2006

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

(2006/848/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fil- 5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2) F'isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3) Suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta' l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b’dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jkun applikat b'mod provviżorju mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Tuomioja

--------------------------------------------------

Top