This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0796
2006/796/EC: Council Decision of 13 November 2006 on the European Capital of Culture event for the year 2010
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2006 dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2010
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2006 dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2010
ĠU L 324, 23.11.2006, p. 7–7
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 196–196
(MT)
In force
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
196 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Novembru 2006
dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2010
(2006/796/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 il-paragrafu 3 u 4, tagħha,
Wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta’ l-Għażla ta’ April 2006 ppreżentat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 2 il-paragrafu 2 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE,
Filwaqt li jikkunsidra li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE huma sodisfatti għal kollox,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2006,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Essen u Pécs huma magħżula bħala “Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2010” skond l-Artikolu 2 il-paragrafu 1 tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 649/2005/KE.
Artikolu 2
Istanbul hija magħżula bħala “Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2010” skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE.
Artikolu 3
Il-bliet kollha magħżula għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' l-Artikoli 1 u 5 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.
Magħmul fi Brussel, 13 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HUOVINEN
(1) ĠU L 166, 1.7.1999, p. 1, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 649/2005/KE (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 20).