Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0768

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2003/583/KE dwar l-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi li rċieva l-Bank Ewropew ta' l-Investiment għall-operazzjonijiet magħmula fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, taħt it-tieni, it-tielet, ir-raba', il-ħames u s-sitt EDF

    ĠU L 312, 11.11.2006, p. 45–46 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 158–159 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/768/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    158


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Novembru 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 2003/583/KE dwar l-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi li rċieva l-Bank Ewropew ta' l-Investiment għall-operazzjonijiet magħmula fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, taħt it-tieni, it-tielet, ir-raba', il-ħames u s-sitt EDF

    (2006/768/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern tat-12 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija bejn l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat f'Cotonu (Benin) fit-23 ta' Ġunju 2000 u l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Komunitarji li tapplika għalihom ir-Raba' Parti tat-Trattat KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni imfassla bi ftehim mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (EIB),

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2003/583/KE (3) tindika li l-ammont globali ta' l-allokazzjoni addizzjonali jkun disponibbli għal perjodu ta' erba' snin mid-data tal-ftuħ tal-kont.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2005/446/KE (4) tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2005, tiffissa l-iskadenza ta' l-impenn tal-fondi tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) fil-31 ta’ Diċembru 2007.

    (3)

    Fid-dawl tad-dewmien fil-preparamenti għall-proċess elettorali kellha tiġi prolongata t-tranżizzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-iskadenza ta' l-impenn tal-fondi addizzjonali msemmija fid-Deċiżjoni 2003/583/KE kellha tiġi estiża.

    (4)

    Għalhekk, l-iskadenza ta' l-impenn tal-fondi addizzjonali previsti fid-Deċiżjoni 2003/583/KE għandha tiġi allinjata ma' l-iskadenza prevista fid-Deċiżjoni 2005/446/KE,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tielet sentenza ta' l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2003/583/KE hija b'dan sostitwita bit-test li ġej:

    “L-iskadenza ta' l-impenn tal-fondi depożitati f'dan il-kont għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2007 konformement mad-Deċiżjoni 2005/446/KE. Mat-tlestija ta' l-operazzjonijiet kollha finanzjati mill-allokazzjoni, il-kont bankarju jingħalaq u kwalunkwe parti li tibqa' mill-fondi għandha tingħata lura lill-Istati Membri. Il-kont jingħalaq mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi adottata.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. HEINÄLUOMA


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat mill-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4).

    (2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

    (3)  ĠU L 198, 6.8.2003, p. 9.

    (4)  ĠU L 156, 18.6.2005, p. 19.


    Top