Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0766

    2006/766/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi ta' l-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5171) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53–57 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Imħassar b' 32019R0626

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/766/oj

    18.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    53


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta' Novembru 2006

    li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi ta' l-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi

    (notifikata taħt dokument numru C(2006) 5171)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/766/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi, tunikati, ekinodermi u gastropodi ta' l-ibħra u ta' prodotti tas-sajd minn pajjiżi terzi ġew stipulati fir-Regolament (KE) Nru 854/2004.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/20/KE (2) stabbiliet il-lista ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' ekwivalenza għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ta' l-ibħra u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE (3) fasslet il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem.

    (3)

    Il-listi għandhom jitfasslu bil-pajjiżi terzi u t-territorji li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għalhekk jistgħu jiggarantixxu li l-molluski bivalvi, tunikati, ekinodermi u gastropodi ta' l-ibħra u l-prodotti tas-sajd esportati lill-Komunità jissodisfaw il-kondizzjonijiet sanitarji stipulati biex iħarsu s-saħħa tal-konsumaturi. Madankollu, l-importazzjonijiet tal-muskoli adductor tal-pectinidae għajr l-annimali ta' l-akwakultura, separati kompletament mill-vixxri u l-gonadi, għandhom jiġu permessi wkoll minn pajjiżi terzi li ma jidhrux fuq tali lista.

    (4)

    L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Awstralja, New Zealand u l-Urugwaj ipprovdew garanziji xierqa li l-kondizzjonijiet applikabbli għall-molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u l-gastropodi ta' l-ibħra huma ekwivalenti għal dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti Komunitarja.

    (5)

    L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Armenja, il-Belarus u l-Ukraina pprovdew garanziji xierqa li l-kondizzjonijiet applikabbli għall-prodotti tas-sajd huma ekwivalenti għal dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti Komunitarja.

    (6)

    Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 97/20/KE u 97/296/KE għandhom jiġu rrevokati u jiġu ssostiwiti b'Deċiżjoni ġdida.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Importazzjonijiet ta' molluski bivavli, tunikati, ekinodermi u gastropodi ta' l-ibħra

    1.   Il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu importati molluski bivavli, tunikati, ekinodermi u gastropodi ta' l-ibħra, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, hija stabbilita fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    2.   Minkejja l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-Paragrafu 1 m'għandux japplika għall-muskoli adductor tal-pectinidae għajr l-annimali ta' l-akwakultura, separati kompletament mill-vixxri u l-gonadi, li jistgħu jiġu importati wkoll minn pajjiżi terzi li ma jidhrux fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 2

    Importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd

    Il-lista ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom jistgħu jiġu importati l-prodotti tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, hija stabbilita fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Revoka

    Id-Deċiżjonijiet 97/20/KE u 97/296/KE huma rrevokati.

    Ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Novembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206: Verżjoni kkoreġuta mill-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

    (2)  ĠU L 6, 10.1.1997, p. 46. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2002/469/KE (ĠU L 163, tal-21.6.2002, p. 16).

    (3)  ĠU L 122, 14.5.1997, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/200/KE (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 50).


    ANNESS I

    Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ta’ l-ibħra fi kwalunkwe sura għall-konsum mill-bniedem huma permessi

    (Pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004)

    AU –

    L-AWSTRALJA

    CL –

    IĊ-ĊILI (1)

    JM –

    IL-ĠAMAJKA (2)

    JP –

    IL-ĠAPPUN (1)

    KR –

    IL-KOREA TA’ ISFEL (1)

    MA –

    IL-MAROKK

    NZ –

    NEW ZEALAND

    PE –

    IL-PERÙ (1)

    TH –

    IT-TAJLANDJA (1)

    TN –

    IT-TUNIŻIJA

    TR –

    IT-TURKIJA

    UY –

    L-URUGWAJ

    VN –

    IL-VJETNAM (1)


    (1)  Molluski bivavli, ekinodermi, tunikati u gatropodi ta’ l-ibħra ffiżżati u pproċessati biss.

    (2)  Gastropodi ta’ l-ibħra biss.


    ANNESS II

    Lista ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd f'kwalunkwe sura għall-konsum mill-bniedem huma permessi

    (Pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004)

    AE –

    L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

    AG –

    L-ANTIGWA U BARBUDA (1)

    AL –

    L-ALBANIJA

    AM –

    L-ARMENJA (2)

    AN –

    L-ANTILLI OLANDIŻI

    AR –

    L-ARĠENTINA

    AU –

    L-AWSTRALJA

    BD –

    IL-BANGLADEXX

    BG –

    IL-BULGARIJA (3)

    BR –

    IL-BRAŻIL

    BS –

    IL-BAĦAMAS

    BY –

    IL-BELARUS

    BZ –

    IL-BELIŻE

    CA –

    IL-KANADA

    CH –

    L-IŻVIZZERA

    CI –

    IL-KOSTA TA' L-AVORJU

    CL –

    IĊ-ĊILI

    CN –

    IĊ-ĊINA

    CO –

    IL-KOLUMBJA

    CR –

    IL-KOSTA RIKA

    CU –

    KUBA

    CV –

    IL-KAP VERDE

    DZ –

    L-ALĠERIJA

    EC –

    L-EKWADOR

    EG –

    L-EĠITTU

    FK –

    IL-ĠŻEJJER FALKLAND

    GA –

    IL-GABON

    GD –

    IL-GRENADA

    GH –

    IL-GANA

    GL –

    GREENLAND

    GM –

    IL-GAMBJA

    GN –

    IL-GINEA CONAKRY (4)  (5)

    GT –

    IL-GWATEMALA

    GY –

    IL-GIJANA

    HK –

    HONG KONG

    HN –

    IL-ĦONDURAS

    HR –

    IL-KROAZJA

    ID –

    L-INDONEŻJA

    IN –

    L-INDJA

    IR –

    L-IRAN

    JM –

    IL-ĠAMAJKA

    JP –

    IL-ĠAPPUN

    KE –

    IL-KENJA

    KR –

    IL-KOREA TA' ISFEL

    KZ –

    IL-KAŻAKISTAN

    LK –

    IS-SRI LANKA

    MA –

    IL-MAROKK (6)

    MD –

    IL-MADAGASKAR

    MR –

    IL-MAWRITANJA

    MU –

    IL-MAWRIZJU

    MV –

    IL-MALDIVE

    MX –

    IL-MESSIKU

    MY –

    IL-MALAŻJA

    MZ –

    IL-MOŻAMBIK

    NA –

    IN-NAMIBJA

    NC –

    NEW CALEDONIA

    NG –

    IN-NIĠERJA

    NI –

    IN-NIKARAGWA

    NZ –

    NEW ZEALAND

    OM –

    L-OMAN

    PA –

    IL-PANAMA

    PE –

    IL-PERÙ

    PG –

    IL-PAPWA-GINEA ĠDIDA

    PH –

    IL-FILIPPINI

    PF –

    IL-POLINEŻJA FRANĊIŻA

    PM –

    ST PIERRE U MIQUELON

    PK –

    IL-PAKISTAN

    RO –

    IR-RUMANIJA (3)

    RU –

    IR-RUSSJA

    SA –

    L-GĦARABJA SAWDITA

    SC –

    IS-SEYCHELLES

    SG –

    SINGAPOR

    SN –

    IS-SENEGAL

    SR –

    IS-SURINAM

    SV –

    EL SALVADOR

    TH –

    IT-TAJLANDJA

    TN –

    IT-TUNIŻIJA

    TR –

    IT-TURKIJA

    TW –

    IT-TAJWAN

    TZ –

    IT-TANŻANIJA

    UA –

    L-UKRAINA

    UG –

    L-UGANDA

    US –

    L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

    UY –

    L-URUGWAJ

    VE –

    IL-VENEZWELA

    VN –

    IL-VJETNAM

    XM –

    IL-MONTENEGRO (7)

    XS –

    IS-SERBJA (7)  (8)

    YE –

    IL-JEMEN

    YT –

    MAYOTTE

    ZA –

    L-AFRIKA TA' ISFEL

    ZW –

    IŻ-ŻIMBABWE


    (1)  Krustaċej ħajjin biss.

    (2)  Għall-ġambli ta' l-ilma ħelu ħajjin, mhux imrobbija għal skopijiet kummerjċali, biss.

    (3)  [Applikabbli biss sakemm l-Istat ta' l-Adeżjoni isir Stat Membru tal-Komunità.]

    (4)  Ħut li ma għadda minn l-ebda tħejjija jew proċessar biss ħlief it-tneħħija tar-ras, it-tindif ta' l-imsaren, tkessiħ u ffriżar.

    (5)  Il-frekwenza mnaqqsa ta' verifiki fiżiċi, stipulati mid-Deċiżjoni 94/360/KE, m'għandhiex tiġi applikata.

    (6)  Molluski bivalvi pproċessati li jagħmlu parti mill-ispeċi Acanthocardia tuberculatum għandhom jiġu akkumpanjati minn: (a) ċertifikat tas-saħħa supplimentari skond il-mudell stipulat fil-Parti B ta' l-Appendiċi V ta' l-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005; u (b) ir-riżultati analitiċi tat-testi li juri li l-molluski ma fihomx livell ta' velenu paralittiku tal-krustaċej (PSP) li jista' jinstab permezz tal-metodu bioassay.

    (7)  Ħut frisk sħiħ biss minn qabdiet selvaġġi ta' l-ilma baħar

    (8)  Mhux inkluż il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


    Top