Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0735

Deċiżjoni tal-kunsill tas- 27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

ĠU L 300, 31.10.2006, p. 53–53 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 140–140 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/735/oj

Related international agreement

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

140


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Ġunju 2005

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

(2006/735/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80, paragrafu 2, flimkien ma' l-Artikolu 300 (2), l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu tiegħu u l-Artikolu 300 (3), l-ewwel subparagrafu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Ġunju 2003 il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għal dik id-deċiżjoni.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità soġġett għall-possibbiltà li jiġi konkluż f'data aktar tard.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna bis-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ġunju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LUX


(1)  Ara paġna 133 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top