Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0731

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Ottubru 2006 dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni tar-referenza ta' l-istandard EN 13000:2004 Krejnijiet – Krejnijiet mhux fissi b'konformità mad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5059) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 412–414 (MT)
    ĠU L 299, 28.10.2006, p. 26–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/731/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    412


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta' Ottubru 2006

    dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni tar-referenza ta' l-istandard EN 13000:2004 “Krejnijiet – Krejnijiet mhux fissi” b'konformità mad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5059)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/731/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta mal-makkinarju (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-kumitat permanenti stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxi proċedura għall-forniment ta' tagħrif fil-qasam ta' l-istandards tekniċi u regolamenti u ta' regoli dwar Servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informatika (2).

    Billi:

    (1)

    Fejn standard nazzjonali li jittrasponi standard armonizzat li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, ikopri rekwiżit essenzjali wieħed jew aktar ta' saħħa u siġurtà stabbilit/i fl-Anness I tad-Direttiva 98/37/KE, il-magna mibnija b'konformità ma' dan l-istandard titqies li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali kkonċernati.

    (2)

    Skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 98/37/KE, il-Ġermanja ressqet ilment formali dwar l-istandard EN 13000:2004, adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) fit-22 ta' April 2004 li s'issa r-referenza tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. għadha ma ġietx ippubblikata.

    (3)

    Wara li eżaminat l-istandard EN 13000:2004, il-Kummissjoni stabbiliet li dan ma jissodisfax bosta rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sigurtà ta' l-Anness I tad-Direttiva 98/37/KE, jiġifieri r-rekwiżit 4.2.1.4 (kontroll tat-tagħbija) flimkien mar-rekwiżiti 1.1.2(c) (prinċipji ta' integrazzjoni ta' sigurtà), 1.2.5 (għażla ta' mod ta' kontroll), 1.3.1 (stabilità), 4.1.2.1 (riskji minħabba nuqqas ta' stabilità) u 4.1.2.3 (saħħa mekkanika). B'mod speċifiku, dwar il-klawsoli 4.2.6.3.1, 4.2.6.3.2 u 4.2.6.3.3 ta' l-istandard, il-miżuri ddefiniti għad-disinn u l-kostruzzjoni ta' krejnijiet mhux fissi ma jiggarantux livell għoli biżżejjed ta' sigurtà għall-użu previst tal-prodott. B'mod partikolari, l-istandard ma jispeċifikax miżuri ta' ħarsien xierqa li ma jħallux li jsir użu ħażin tat-tagħmir ta' bbriġġjar għal-limitatur tal-kapaċità kkalkulat.

    (4)

    F'isem is-siġurtà u ċ-ċertezza legali, il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea tar-referenza ta' l-istandard għandha tkun akkumpanjata minn twissija xierqa.

    (5)

    L-Istati Membri għandhom izidu twissija identika fl-istandards nazzjonali tagħhom li jittrasponu l-istandard EN 13000:2004,

    ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea tar-referenzi ta' l-istandard EN 13000:2004 “Krejnijiet – Krejnijiet mhux fissi” għandha tiġi stabbilita fl-Anness.

    Artikolu 2

    Fejn, skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 98/37/KE, l-Istati Membri jippubblikaw ir-referenzi ta' standard nazzjonali li jittrasponi l-istandard armonizzat EN 13000:2004, għandhom iżidu ma' din il-pubblikazzjoni twissija identika għal dik stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 27 ta' Ottubru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi-President tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 207, 23.8.1998, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 98/79/KE (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

    (2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni 2003.


    ANNESS

    “(Pubblikazzjoni ta' titoli u referenzi ta' standards armonizzati Ewropej taħt id-Direttiva)

    ESO (1)

    Referenza u titolu ta' l-istandard armonizzat

    (u dokument ta' referenza)

    L-ewwel Pubblikazzjoni ĠU

    Referenza ta' standard mibdul

    Data ta' waqfien ta' suppożizzjoni ta' konformità ta' l-istandard mibdul

    Nota 1

    CEN

    EN 13000:2004

    ‘Krejnijiet – Krejnijiet mhux fissi’

    Din hija l-ewwel pubblikazzjoni

     

    Twissija: Din il-pubblikazzjoni ma tikkonċernax il-klawsoli 4.2.6.3.1, 4.2.6.3.2 u 4.2.6.3.3 ta' dan l-istandard li l-applikazzjoni tiegħu ma tfissirx suppożizzjoni ta' konformità mar-rekwiżit essenzjali ta' saħħa u sigurtà 4.2.1.4 ta' l-Anness I tad-Direttiva 98/37/KE flimkien mar-rekwiżiti 1.1.2(c), 1.2.5, 1.3.1, 4.1.2.1 u 4.1.2.3 ta' dan l-Anness.

    Nota 1

    B'mod ġenerali d-data ta' waqfien ta' suppożizzjoni ta' konformità se tkun id-data ta' rtirar (‘dow’ – date of withdrawal), stabbilita mill-Għaqda ta' Standardizzazzjoni Ewropea, iżda qed tinġibed l-attenzjoni ta' min juża dawn l-istandards għall-fatt li f'ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor.

    Nota 2.1

    L-istandard il-ġdid (jew l-emendat) għandu l-istess skop bħall-istandard mibdul. Fid-data msemmija, l-istandard mibdul ma jkunx fih aktar suppożizzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-direttiva.

    Nota 3

    F'każ ta' emendi, l-istandard referenzjat huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi tiegħu ta' qabel, jekk ikun hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. L-istandard mibdul (kolonna 3) għalhekk jikkonsisti f'EN CCCCC:YYYY u l-emendi tiegħu ta' qabel, jekk ikun hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data msemmija, l-istandard mibdul ma jkunx fih aktar suppożizzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-direttiva.

    Nota 4

    Is-suppożizzjoni ta' konformità għal xi prodott tinkiseb b'konformità mar-rekwiżiti tal-Parti 1 u l-Parti 2 rilevanti meta din il-Parti 2 tkun elenkata wkoll fil-ĠU taħt id-Direttiva 98/37/KE.

    NOTA:

    Kull informazzjoni li tikkonċerna d-disponibilità ta' l-istandards tista' tinkiseb jew mill-Għaqdiet ta' l-Istandardizzazzjoni Ewropej jew mill-korpijiet ta' l-istandardizzazzjoni nazzjonali li tagħhom hija annessa l-lista fid-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill emendata bid-Direttiva 98/48/KE (3).

    Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

    Din il-lista hija minflok il-listi kollha ta' qabel ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista.

    Aktar tagħrif dwar l-istandards armonizzati fuq l-Internet http://europa.eu.int/comm/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/


    (1)  ESO: European Standardisation Organisation:

    CEN: rue de Stassart 36, B-1050 Brussels, Tel. (32-2) 550 08 11; Fax (32-2) 550 08 19 (http://www.cenorm.be)

    CENELEC: rue de Stassart 35, B-1050 Brussels, Tel. (32-2) 519 68 71; Fax (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.org)

    ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel. (33) 492 94 42 00; Fax (33) 493 65 47 16 (http://www.etsi.org)

    (2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

    (3)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.”


    Top