This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0703
2006/703/EC,Euratom: Council Decision of 16 October 2006 appointing the Danish members of the European Economic and Social Committee
Decizjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Ottubru 2006 li taħtar membri Daniżi għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Decizjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Ottubru 2006 li taħtar membri Daniżi għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 291, 21.10.2006, p. 33–34
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 94–95
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
94 |
DECIZJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Ottubru 2006
li taħtar membri Daniżi għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2006/703/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-mandat tal-membri Daniżi tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew skada fl-20 ta' Settembru 2006 (1). Għalhekk, jaqbel li jiġu maħtura membri Daniżi għal dan il-Kumitat għal perijodu ġdid ta' erba' snin li jibda mill-21 ta' Settembru 2006. |
(2) |
Fil-11 ta' Lulju 2006, il-Kunsill adotta l-listi ppreżentati mill-gvern Ċek, Ġermaniż, Estonjan, Spanjol, Franċiż, Latvjan, Litwan, Lussemburgiż, Ungeriż, Malti, Awstrijakk, Sloven u Slovakk kif ukoll il-lista ta' tnejn u għoxrin kandidat ippreżentata mill-Gvern Taljan (2). |
(3) |
Fil-15 ta' Settmebru 2006, il-Kunsill adotta l-listi ppreżentati mill-gvern Belġjan, Grieg, Irlandiż, Ċiprijott, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Finlandiż, Svediż u tar-Renju Unit kif ukoll il-lista ta' tnejn u għoxrin kandidat preżentata mill-Gvern Taljan (3). |
(4) |
Fit-2 ta' Ottubru 2006, il-Gvern Daniż ippreżenta lista li tinkludi numru ta' kandidati skond il-postijiet li ġew attribwiti lilu mit-Trattati, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuni li isimhom jidher fil-lista annessa għal din id-Deċiżjoni huma maħtura membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2006 sal-20 ta' Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-21 ta' Settembru 2006.
Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Ottubru 2006.
Mill-Kunsill
Il-President
E. TUOMIOJA
(1) ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.
(2) ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.
(3) ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.
ANNESS
Id-Danimarka
|
Is-Sinjura Dorthe ANDERSEN Chefkonsulent, DA |
|
Is-Sur Henrik FALLESEN Leder af DI’s Bruxelles kontor |
|
Is-Sinjura Benedicte FEDERSPIEL Chefkonsulent, Forbrugerrådet |
|
Is-Sur Peder Munch HANSEN International konsulent, LO |
|
Is-Sinjura Randi IVERSEN Forkvinde, Kvinderådet |
|
Is-Sur Søren KARGAARD International konsulent, FTF |
|
Is-Sinjura Marie-Louise KNUPPERT LO sekretær |
|
Is-Sur Poul LÜNEBORG Konsulent, DSI |
|
Is-Sur Leif Erland NIELSEN Seniorkonsulent, Landbrugsrådet |