Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0675

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/675/PESK ta' l- 10 ta' Awwissu 2006 dwar kontribut mill-Konfederazzjoni Żvizzera għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (Operazzjoni EUFOR RD Kongo)

    ĠU L 276, 7.10.2006, p. 109–109 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 14–14 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/675/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    14


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/675/PESK

    ta' l-10 ta' Awwissu 2006

    dwar kontribut mill-Konfederazzjoni Żvizzera għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (Operazzjoni EUFOR RD Kongo)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (3) tiegħu.

    Billi:

    (1)

    Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25 tat-Trattat u skond l-Artikolu 10(2) ta' l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/319/PESK tas-27 ta' April 2006 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (1) adotta d-Deċiżjoni MONUC SPT/1/2006 (2) u d-Deċiżjoni SPT/2/2006 (3) fit-30 ta' Mejju 2006.

    (2)

    Fuq rakkomandazzjonijiet dwar kontribut mill-Konfederazzjoni Żvizzera mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE u tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Konfederazzjoni Żvizzera għandu jiġi aċċettat.

    (3)

    Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   L-offerta għal kontribut mill-Konfederazzjoni Żvizzera għall-Operazzjoni EUFOR RD Kongo hija b'dan aċċettata.

    2.   Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tkun rappreżentata fil-Kumitat ta' Kontributuri stabbilit bid-Deċiżjoni MONUC SPT/2/2006.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tieħu effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta' Awwissu 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. TUOMIOJA


    (1)  ĠU L 116, 29.4.2006, p. 98.

    (2)  ĠU L 197, 19.7.2006, p. 14.

    (3)  ĠU L 194, 14.7.2006, p. 31.


    Top