This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0636
2006/636/EC: Commission Decision of 12 September 2006 fixing the annual breakdown by Member State of the amount for Community support to rural development for the period from 1 January 2007 to 31 December 2013 (notified under document number C(2006) 4024)
2006/636/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Settembru 2006 li tistabbilixxi l-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-ammont għall-għajnuna Komunitarja għall-iżvilupp rurali għall-perjodu ta' bejn l- 1 ta' Jannar 2007 u l- 31 ta' Diċembru 2013 (notifikata nid-dokument numru C(2006) 4024)
2006/636/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Settembru 2006 li tistabbilixxi l-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-ammont għall-għajnuna Komunitarja għall-iżvilupp rurali għall-perjodu ta' bejn l- 1 ta' Jannar 2007 u l- 31 ta' Diċembru 2013 (notifikata nid-dokument numru C(2006) 4024)
ĠU L 261, 22.9.2006, p. 32–34
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 398–400
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013: This act has been changed. Current consolidated version: 28/04/2010
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
398 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' Settembru 2006
li tistabbilixxi l-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-ammont għall-għajnuna Komunitarja għall-iżvilupp rurali għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2013
(notifikata nid-dokument numru C(2006) 4024)
(2006/636/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 69(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE (2) tistipula l-ammont tal-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, l-analiżi annwali kif ukoll l-ammont minimu għar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-oġġettiv tal-“konverġenza”. |
(2) |
Il-Punt 40 tal-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013, miftiehma mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2005, iffissa l-livell massimu ta' trasferimenti mill-fondi li jsostnu l-Koeżjoni. |
(3) |
Skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-analiżi annwali mill-Istat Membru tal-ammonti għas-sostenn Komunitarju għall-iżvilupp rurali għandha ssir wara tnaqqis tar-riżorsi ddedikati lill-għajnuna teknika lill-Kummissjoni u b'kunsiderazzjoni tal-ammonti rriżervati għar-reġjuni eliġibbli taħt l-Għan ta' Konverġenza, rendiment fl-imgħoddi u qagħdiet u bżonnijiet partikolari msejsa fuq il-kriterja tal-għan. Skont l-Artikolu 69(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dawn l-ammonti għandu jkollhom indiċi ta' 2 % kull sena, filwaqt li skont il-paragrafu 5 ta' dak l-Artikolu, barra dawn l-ammonti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (3). |
(4) |
It-trasferimenti totali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija lill-FAEŻR skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (4) huma stipulati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (5) għas-snin baġitarji 2007 sa 2013. Dawn l-ammonti għandhom jiżdiedu mal-analiżi annwali għal kull Stat Membru għall-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali, skont il-metodoloġija stabbilità fl-Artikolu 10(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. L-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni stipulata fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ġiet allokata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/588/KE (6). |
(5) |
L-analiżi annwali m'għandhiex tinkludi l-ammonti għall-Bulgarija u r-Rumanija peress li t-Trattat ta' Adeżjoni ta' dawn il-pajjiżi għadu ma daħalx fis-seħħ. Mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' dawn il-pajjiżi, l-analiżi annwali għandha tiġi emendata kif xieraq biex tinkludi l-allokazzjonijiet għal dawk il-pajjiżi. |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-analiżi annwali mill-Istati Membri tal-approprjazzjonijiet għall-impenn għall-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, kif imsemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, hi stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 12 ta' Settembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).
(4) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 319/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 32).
(5) ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.
ANNESS
Analiżi mill-Istat Membru tal-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali 2007-2013
EUR, prezzijiet attwali |
|||||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2007-2013 total |
li minimu tagħhom għar-raġunijiet eliġibbli taħt l-Għan ta' Konverġenza Total |
Il-Belġju |
63 991 299 |
63 957 784 |
60 238 083 |
59 683 509 |
59 267 519 |
56 995 480 |
54 476 632 |
418 610 306 |
40 744 223 |
Ir-Repubblika Ċeka |
396 623 321 |
392 638 892 |
388 036 387 |
400 932 774 |
406 640 636 |
412 672 094 |
417 962 250 |
2 815 506 354 |
1 635 417 906 |
Id-Danimarka |
62 592 573 |
66 344 571 |
63 771 254 |
64 334 762 |
63 431 467 |
62 597 618 |
61 588 551 |
444 660 796 |
0 |
Il-Ġermanja |
1 184 995 564 |
1 186 941 705 |
1 147 425 574 |
1 156 018 553 |
1 159 359 200 |
1 146 661 509 |
1 131 114 950 |
8 112 517 055 |
3 174 037 771 |
L-Estonja |
95 608 462 |
95 569 377 |
95 696 594 |
100 929 353 |
104 639 066 |
108 913 401 |
113 302 602 |
714 658 855 |
387 221 654 |
Il-Greċja |
461 376 206 |
463 470 078 |
453 393 090 |
452 018 509 |
631 768 186 |
626 030 398 |
619 247 957 |
3 707 304 424 |
1 905 697 195 |
Spanja |
1 012 456 383 |
1 030 880 527 |
1 006 845 141 |
1 013 903 294 |
1 057 772 000 |
1 050 937 191 |
1 041 123 263 |
7 213 917 799 |
3 178 127 204 |
Franza |
931 041 833 |
942 359 146 |
898 672 939 |
909 225 155 |
933 778 147 |
921 205 557 |
905 682 332 |
6 441 965 109 |
568 263 981 |
L-Irlanda |
373 683 516 |
355 014 220 |
329 171 422 |
333 372 252 |
324 698 528 |
316 771 063 |
307 203 589 |
2 339 914 590 |
0 |
L-Italja |
1 142 143 461 |
1 135 428 298 |
1 101 390 921 |
1 116 626 236 |
1 271 659 589 |
1 266 602 382 |
1 258 158 996 |
8 292 009 883 |
3 341 091 825 |
Ċipru |
26 704 860 |
24 772 842 |
22 749 762 |
23 071 507 |
22 402 714 |
21 783 947 |
21 037 942 |
162 523 574 |
0 |
Il-Latvja |
152 867 493 |
147 768 241 |
142 542 483 |
147 766 381 |
148 781 700 |
150 188 774 |
151 198 432 |
1 041 113 504 |
327 682 815 |
Il-Litwanja |
260 974 835 |
248 836 020 |
236 928 998 |
244 741 536 |
248 002 433 |
250 278 098 |
253 598 173 |
1 743 360 093 |
679 189 192 |
Il-Lussemburgu |
14 421 997 |
13 661 411 |
12 655 487 |
12 818 190 |
12 487 289 |
12 181 368 |
11 812 084 |
90 037 826 |
0 |
L-Ungerija |
570 811 818 |
537 525 661 |
498 635 432 |
509 252 494 |
547 603 625 |
563 304 619 |
578 709 743 |
3 805 843 392 |
2 496 094 593 |
Malta |
12 434 359 |
11 527 788 |
10 656 597 |
10 544 212 |
10 347 884 |
10 459 190 |
10 663 325 |
76 633 355 |
18 077 067 |
L-Olanda |
70 536 869 |
72 638 338 |
69 791 337 |
70 515 293 |
68 706 648 |
67 782 449 |
66 550 233 |
486 521 167 |
0 |
L-Awstrija |
628 154 610 |
594 709 669 |
550 452 057 |
557 557 505 |
541 670 574 |
527 868 629 |
511 056 948 |
3 911 469 992 |
31 938 190 |
Il-Polonja |
1 989 717 841 |
1 932 933 351 |
1 872 739 817 |
1 866 782 838 |
1 860 573 543 |
1 857 244 519 |
1 850 046 247 |
13 230 038 156 |
6 997 976 121 |
Il-Portugall |
562 210 832 |
562 491 944 |
551 196 824 |
559 018 566 |
565 142 601 |
565 192 105 |
564 072 156 |
3 929 325 028 |
2 180 735 857 |
Is-Slovenja |
149 549 387 |
139 868 094 |
129 728 049 |
128 304 946 |
123 026 091 |
117 808 866 |
111 981 296 |
900 266 729 |
287 815 759 |
Is-Slovakkja |
303 163 265 |
286 531 906 |
268 049 256 |
256 310 239 |
263 028 387 |
275 025 447 |
317 309 578 |
1 969 418 078 |
1 106 011 592 |
Il-Finlandja |
335 121 543 |
316 143 440 |
292 385 407 |
296 367 134 |
287 790 092 |
280 508 238 |
271 617 053 |
2 079 932 907 |
0 |
L-Iżvezja |
292 133 703 |
277 225 207 |
256 996 031 |
260 397 463 |
252 975 513 |
246 760 755 |
239 159 282 |
1 825 647 954 |
0 |
Ir-Renju Unit |
263 996 373 |
283 001 582 |
274 582 271 |
276 600 084 |
273 334 332 |
270 695 626 |
267 364 152 |
1 909 574 420 |
188 337 515 |
Total |
11 357 312 403 |
11 182 240 092 |
10 734 731 213 |
10 827 092 785 |
11 238 887 764 |
11 186 469 323 |
11 136 037 766 |
77 662 771 346 |
28 544 460 460 |